Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Zytiga
abiraterone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


ZYTIGA 250 mg pilloli

abiraterone acetate


Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tiħux din il-mediċina jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk għandek xi dubju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina:


Għid lit-tabib tiegħek jekk qalulek li għandek xi kundizzjonijiet tal-qalb jew tal-kanali tad-demm, inklużi problemi bir-ritmu tal-qalb (arritmija), jew jekk qed tiġi ttrattat/a b’mediċini għal dawn il- kundizzjonijiet.


Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek il-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru, l-awrina tiskura, jew nawsja jew rimettar severi, minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjali jew sintomi ta’ problemi fil-fwied. B’mod rari, jista’ jiġri li l-fwied ma jibqax jaħdem (imsejħa insuffiċjenza akuta tal-fwied), li jista’ jwassal għall-mewt.


Jista’ jseħħ tnaqqis fiċ-ċelluli ħomor tad-demm, tnaqqis fil-ġibda sesswali (libido), dgħufija fil- muskoli u/jew uġigħ fil-muskoli.


ZYTIGA m’għandux jingħata flimkien ma’ Ra-223 minħabba żieda possibbli fir-riskju ta’ ksur fl- għadam jew mewt.


Jekk tippjana li tieħu Ra-223 wara trattament b’ZYTIGA u prednisone/prednisolone, inti għandek tistenna 5 ijiem qabel tibda trattament b’Ra-223.


Jekk m’initx ċert jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Monitoraġġ tad-demm

ZYTIGA jista’ jaffettwalek il-fwied, u inti jista’ ma jkollokx sintomi. Meta inti tkun qed tieħu din il- mediċina, kull tant żmien it-tabib tiegħek se jiċċekkjalek id-demm biex jara jekk hemmx xi effetti fuq il-fwied tiegħek.


Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex qegħda biex tintuża fit-tfal u l-adolexxenti. Jekk ZYTIGA jinbela’ bi żball minn tfal jew adoloxxenti, mur l-isptar immedjatament u ħu l-fuljett ta’ tagħrif miegħek biex turih lit- tabib tal-emerġenza.


Mediċini oħra u ZYTIGA

Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tieħu kwalunkwe mediċina.


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, dan l-aħħar ħadt jew stajt ħadt xi mediċini oħra. Dan huwa importanti għaliex ZYTIGA jista’ jżid l-effetti ta’ numru ta’ mediċini li jinkludu mediċini għall-qalb, trankwillanti, xi mediċini għad-dijabete, mediċini magħmulin minn ħxejjex (eż. St John’s wort) u oħrajn. Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ibiddel id-doża ta’ dawn il-mediċini. Ukoll, ċertu mediċini jistgħu jżidu jew inaqqsu l-effetti ta’ ZYTIGA. Dan jista’ jwassal għal effetti sekondarji jew biex ZYTIGA ma’ jaħdimx tajjeb daqs kemm wieħed jistenna.


It-trattament b’deprivazzjoni ta’ androġen jista’ jżid ir-riskju ta’ problemi tar-ritmu tal-qalb. Għid lit- tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi mediċina


Sewqan u tħaddim ta’ magni

X’aktarx li din il-mediċina ma taffettwax il-ħila li ssuq u li tuża xi għodod jew tħaddem magni.


ZYTIGA fih lactose u sodium


  1. Kif gћandek tieћu ZYTIGA


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert.


    Kemm għandek tieħu

    Id-doża rakkomandata hija ta’ 1 000 mg (erba’ pilloli) darba kuljum.


    Meta tieħu din il-mediċina

    • Ħu din il-mediċina mill-ħalq.

    • Tiħux ZYTIGA mal-ikel. It-teħid ta’ ZYTIGA mal-ikel jista’ jikkawża li l-ġisem jassorbi aktar mill-mediċina minn dak li għandu bżonn u dan jista’ jikkawża effetti sekondarji.

    • Ħu l-pilloli ZYTIGA bħala doża waħda darba kuljum fuq stonku vojt. ZYTIGA għandu jittieħed mill-anqas sagħtejn wara li tiekol u m’għandux jittiekel ikel għal mill-anqas siegħa wara li tieħu ZYTIGA. (ara s-sezzjoni 2, ZYTIGA mal-ikel”).

    • Ibla’ l-pilloli sħaħ mal-ilma.

    • Tfarrakx il-pilloli.

    • ZYTIGA jittieħed ma’ mediċina msejħa prednisone jew prednisolone. Ħu il-prednisone jew prednisolone skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek.

    • Inti jkollok bżonn tieħu prednisone jew prednisolone kuljum waqt li tkun qed tieħu ZYTIGA.

    • L-ammont ta’ prednisone jew prednisolone li inti tieħu jista’ jkollu bżonn jinbidel jekk inti jkollok emerġenza medika. It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk inti għandekx bżonn tibdel l- ammont ta’ prednisone jew prednisoloneli inti tieħu. Tiqafx tieħu prednisone jew prednisolone sakemm ma jgħidlikx tagħmel dan it-tabib tiegħek.It-tabib tiegħek jista’ jordnalek ukoll mediċini oħra waqt li inti tkun qed tieħu ZYTIGA u prednisone jew prednisolone.

    Jekk tieħu ZYTIGA aktar milli suppost

    Jekk tieħu aktar milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek jew mur fi sptar minnufih.


    Jekk tinsa tieħu ZYTIGA

    • Jekk tinsa tieħu ZYTIGA jew prednisone jew prednisolone, ħu d-doża tiegħek tas-soltu l-għada.

    • Jekk tinsa tieħu ZYTIGA jew prednisone jew prednisolone għal aktar minn jum wieħed, kellem lit-tabib tiegħek mingħajr dewmien.


      Jekk tieqaf tieħu ZYTIGA

      Tiqafx tieħu ZYTIGA jew prednisone jew prednisolone sakemm ma jgħidlekx tagħmel dan it-tabib tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ieqaf ħu ZYTIGA u ara tabib minnufih jekk inti tinnota xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    • Dgħufija fil-muskoli, ċaqlieq involuntarju tal-muskoli jew qalb tħabbat tgħaġġel (palpitazzjonijiet). Dawn jistgħu jkunu sinjali li l-livell tal-potassium fid-demm tiegħek huwa baxx.


      Effetti sekondarji oħra jinkludu:

      Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10):

      Ilma fir-riġlejn jew fis-saqajn, livell baxx tal-potassium fid-demm, żidiet fir-riżultat tat-test tal- funzjoni tal-fwied, pressjoni għolja, infezzjoni fl-apparat tal-awrina, dijarea.

      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10):

      Livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm tiegħek, uġigħ fis-sider, qalb tħabbat irregolari (fibrillazzjoni tal- atriju), insuffiċjenza tal-qalb, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb, infezzjonijiet severi msejħa sepsis, ksur fl-għadam, indiġestjoni, demm fl-awrina, raxx.

      Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 100):

      Problemi bil-glandoli adrenali (marbuta ma’ problemi tal-melħ u l-ilma), ritmu ta’ taħbit tal-qalb mhux normali (arritmija), debbulizza muskolari u/jew uġigħ muskolari.

      Rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 f’1 000):

      Irritazzjoni pulmonari (li tissejjaħ ukoll alveolite allerġika).

      Il-fwied ma jibqax jaħdem (li tissejjaħ ukoll insuffiċjenza akuta tal-fwied).

      Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

      Attakk ta’ qalb, bidliet fl-ECG – elettrokardjogramm (intervall QT mtawwal), u reazzjonijiet allerġiċi serji b’diffikultà biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs; wiċċ, xufftejn, ilsien jew gerżuma minfuħin, jew raxx bil-ħakk.


      Jista’ jseħħ telf tal-għadam f’irġiel ikkurati għall-kanċer tal-prostata. ZYTIGA flimkien ma’ prednisone jew prednisolone jista’ jżid it-telf tal-għadam.


      Rapportar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

  3. Kif taħżen ZYTIGA


    • Żomm din il-mediċina fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-flixkun.

      Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn ebda kondizzjoni ta’ ħażna speċjali.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih ZYTIGA

Kull kaxxa tal-kartun fiha flixkun wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse Il-Belġju


Il-Manifattur Janssen-Cilag SpA Via C. Janssen Borgo San Michele

I-04100 Latina, L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.: +359 2 489 94 00

jjsafety@its.jnj.com

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com


Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel. +420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com

Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 45 94 82 82

jacdk@its.jnj.com

Malta

AM MANGION LTD. Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111

janssen@jacnl.jnj.com


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: +47 24 12 65 00

jacno@its.jnj.com


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

contacto@its.jnj.com

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.+48 22 237 60 00


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com


Ísland

Janssen-Cilag AB c/o Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Slovenská republika Johnson & Johnson, s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800.688.777 / +39 02 2510 1

janssenita@its.jnj.com

Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300

jacfi@its.jnj.com


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Τηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00

jacse@its.jnj.com

Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini