Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Moventig
naloxegol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Moventig 12.5 mg pilloli miksijin b’rita Moventig 25 mg pilloli miksijin b’rita


naloxegol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Moventig u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Moventig

  3. Kif għandek tieħu Moventig

4. Effetti sekondarji possibbli

  1. Kif taħżen Moventig

  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Moventig u għalxiex jintuża


    Moventig fih is-sustanza attiva naloxegol. Hija mediċina użata fl-adulti biex tikkura stitikezza ikkawżata speċifikament minn mediċini għall-uġigħ, li jissejħu opjojdi, (eż. morfina, oxycodone, fentanyl, tramadol, koedina) li jittieħdu fuq bażi regolari. Tintuża meta l-lassattivi ma pprovdewx solliev aċċettabbli għal stitikezza.


    L-istitikezza relatata mal-opjojdi tista’ tirriżulta f’sintomi bħal:

    • uġigħ fl-istonku

    • strapazz tar-rektum (ikollok bżonn tagħmel sforz kbir ħafna biex tkun tista’ tipporga, li jista’ wkoll jikkawża uġigħ fl-anus meta timbotta)

    • ippurgar iebes (ippurgar li jkunu iebes "ġebla")

    • tbattil mhux komplut tar-rektum (wara li jkollok moviment tal-imsaren, is-sensazzjoni

      bħallikieku li għad trid tipporga iżjed)


      F’pazjenti bi stitikezza li jieħdu opjojdi, li ppruvaw għallinqas lassattiv wieħed u kellhom serħan inkomplet minn stitikezza, Moventig intwera, fi provi kliniċi, li jżid in-numru ta’ movimenti tal- imsaren u jtejjeb is-sintomi ta’ stitikezza kkawżati mill-opjojdi.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Moventig Tiħux Moventig:

    • jekk inti allerġiku għal naloxegol jew mediċini simili jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk imsarnek huma, jew jistgħu jkunu, misdudin (ostakolati) jew jekk ġejt imwissi/ja li

      msarnek huma f’riskju li jinstaddu.

    • jekk għandek kanċer f’imsarnek jew ‘peritoneum’ (l-inforra tal-istonku tiegħek), kanċer fl- ovarji avvanzat jew rikorrenti jew qed tieħu mediċini użati għall-kura tal-kanċer bħal “inibituri tal-VEGF” (eż. bevacizumab).

    • jekk qed tieħu ċerti mediċini oħra bħal ketoconazole jew itraconazole (biex tikkura infezzjonijiet fungali), clarithromycin jew telithromycin (antibijotiċi) jew ritonavir, indinavir jew saquinavir (għall-kura tal-HIV).


      Tużax Moventig jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig:

    • jekk għandek ulċeri fl-istonku, Marda ta’ Crohn (marda fejn imsarnek ikunu infjammati), divertikulite (marda oħra fejn imsarnek ikunu infjammati), kanċer f’imsarnek jew ‘peritoneum’ (l-inforra tal-istonku tiegħek), jew kwalunkwe kondizzjoni li tista’ tagħmel ħsara lill-ħajt tal- musrana tiegħek.

    • jekk fil-preżent għandek uġigħ fl-istonku sever, persistenti jew li qed jiggrava mhux tas-soltu

    • jekk il-barriera protettiva naturali bejn il-vini tad-demm fir-ras u fil-moħħ tkun dammeġġjata, bħal pereżempju jekk ikollok kanċer fil-moħħ jew is-sistema nervuża ċentrali, jew jekk ikollok mard tas-sistema nervuża ċentrali bħal sklerożi multipla jew il-marda ta’ Alzheimer - ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok nuqqas ta’ serħan mill-uġigħ mill-mediċina tal- opjojdi tiegħek jew sintomi ta’ sindromu ta’ rtirar mill-opjojdi (ara sezzjoni 4).

    • jekk qed tieħu methadone (ara sezzjoni taħt “Mediċini oħra u Moventig”)

    • jekk kellek attakk tal-qalb tul dawn l-aħħar 6 xhur, għandek indeboliment tal-qalb bi qtugħ ta’

      nifs ta’ kuljum jew problemi severi oħrajn b’qalbek li jistgħu jikkawżaw sintomi ta’ kuljum

    • jekk għandek problemi bil-kliewi – it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu doża differenti (ara

      sezzjoni taħt “Kif għandek tieħu Moventig”)

    • jekk għandek mard tal-fwied sever

    • jekk għandek uġigħ relatat mal-kanċer


      Jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik jew jekk mintix ċert/a, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig.


      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek meta tkun qed tieħu Moventig:

    • jekk tiżviluppa uġigħ fl-istonku sever, persistenti jew li qed jiggrava. Dan jista’ jkun sintomu ta’ ħsara għar-rita tal-imsaren u jista’ tkun ta’ periklu għal ħajja. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel, jaf ikollok bżonn tnaqqas id-doża jew tieqaf tieħu Moventig.

    • jekk il-mediċina tal-opjojdi tiegħek trid titwaqqaf għal aktar minn 24 siegħa

    • jekk tesperjenza sintomi ta’ sindromu ta’ rtirar mill-opjojdi (ara sezzjoni 4 hawn isfel). Kellem lit-tabib tiegħek, jista’ jkollok bżonn tieqaf tieħu Moventig.


      Tfal u adolexxenti

      Moventig mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal u adoloxxenti li għandhom inqas minn 18-il sena

      peress li ma ġiex studjat f’dawn il-gruppi ta’ età.


      Mediċini oħra u Moventig

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Għid lit-tabib tiegħek x’mediċini għall-uġigħ tal-opjojdi qiegħed tieħu u d-doża tagħhom.


      Tiħux Moventig jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin (ara sezzjoni “Tiħux Moventig”):

    • ketoconazole jew itraconazole - biex tikkura infezzjonijiet fungali

    • clarithromycin jew telithromycin - antibijotiċi

    • ritonavir, indinavir jew saquinavir - għall-kura tal-HIV


      Tiħux Moventig jekk japplika xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq.


      Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

    • mediċini oħra għall-istitikezza (kwalunkwe lassattiv)

    • methadone

    • diltiazem jew verapamil (għal pressjoni tad-demm għolja jew anġina). Jaf ikollok tieħu doża

      aktar baxxa ta’ Moventig

    • rifampin (antibijotiku), carbmazepine (għal epilessija) jew il-mediċina erbali St John’s wort (għad-dipressjoni). Jaf ikollok bżonn tieqaf tieħu Moventig.

    • mediċini msejħa ‘antagonisti tal-opjojdi’ (bħal naltrexone u naloxone) li jintużaw għal kontra l- effetti tal-opjojdi


      Jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik, jew jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig.


      Moventig ma’ xorb

      Ma għandekx tixrob ammonti kbar ta’ meraq tal-grejpfrut waqt li tkun qed tieħu Moventig. Dan peress li ammonti kbar jistgħu jaffettwaw kemm mill-mediċina naloxegol tasal f’ġismek.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Billi hemm dejta addizzjonali

      mill-użu ta’ din il-mediċina f’nisa tqal, l-użu ta’ Moventig matul it-tqala mhuwiex rakkomandat.


      Peress li mhuwiex magħruf jekk din il-mediċina toħroġx fil-ħalib tas-sider, tużax Moventig matul it-

      treddigħ.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Moventig mhuwiex mistenni li jaffettwa l-abbiltà li ssuq karozza jew tuża kwalunkwe għodda jew

      magna.


      Moventig fiha sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull 12,5 mg / 25 mg pillola, jiġifieri

      essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Moventig


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola ta’ 25 mg kuljum.


    Ħu Moventig filgħodu, biex tevita movimenti tal-imsaren f’nofs ta’ lejl. Moventig għandu jittieħed fuq

    stonku vojt tal-inqas 30 minuta qabel l-ewwel ikla tal-jum jew sagħtejn wara l-ewwel ikla.


    Meta tinbeda l-kura b’Moventig, għandhom jitwaqqfu l-lassattivi li jkunu qegħdin jintużaw, sakemm tiġi infurmat mit-tabib tiegħek biex terġa’ tibda teħodhom.


    It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu doża aktar baxxa ta’ 12.5 mg

    • jekk għandek problemi fil-kliewi

    • jekk tieħu diltiazem jew verapamil (għal pressjoni tad-demm għolja jew anġina)


      It-tabib jista’ jgħidlek biex iżżid id-doża għal 25 mg, jiddependi minn kif inti twieġeb għall-mediċina.


      Jekk għandek problema biex tibla l-pillola

      Jekk għandek problema tibla l-pillola tista’ tfarrakha u tħallatha mal-ilma kif ġej:

    • Farrak il-pillola fi trab

    • Ferra’ t-trab ġo nofs tazza ilma (120 ml)

    • Ħawwad u ixrob minnufih

    • Sabiex tkun żgur li ma fadalx mediċina, laħlaħ it-tazza vojta b’nofs tazza ilma oħra (10 ml), u

      ixrobha

      Jekk tieħu Moventig aktar milli suppost

      Jekk tieħu Moventig aktar milli suppost, kellem lil tabib jew mur l-isptar.


      Jekk tinsa tieħu Moventig

    • Jekk taqbeż doża ta’ Moventig, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun fadal anqas minn 12-il siegħa għad-doża li jmiss tiegħek, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

    • M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-

      infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Ieqaf ħu din il-mediċina u avża lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-opjojdi (jekk għandek kombinazzjoni ta’ tliet sintomi jew aktar minn dawn: tħossok imdejjaq, dardir, rimettar, uġigħ fil-muskoli, għajnejk jibdew idemmgħu iktar, flissjoni, twessigh tal-pupilli, ġismek iqum xewk xewk, għaraq eċċessiv, dijarea, titwib, deni jew insomnja) li ġeneralment iseħħu fl- ewwel ftit jiem wara t-teħid ta’ naloxegol. Sintomi ta’ astinenza mill-opjojdi jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna.


    Effetti sekondarji possibbli oħrajn:

    Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • uġigħ fl-istonku

    • dijarea (tipporga maħlul u b’mod frekwenti)


      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

    • gass

    • nawsja (dardir fl-istonku)

    • rimettar

    • nasofarinġite (imnieħer inixxi jew misdud)

    • uġigħ ta’ ras

    • għaraq eċċessiv


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

    • reazzjoni allerġika

    • perforazzjoni gastrointestinali (toqba li qed tiżviluppa fil-ħajt tal-musrana)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Moventig


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta

    tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Moventig


Kif jidher Moventig u l-kontenut tal-pakkett

Moventig 12.5 mg: pillola miksija b’rita b’dimensjonijiet ta’ 10.5 x 5.5 mm, ovali, ta’ kulur vjola, immarkata "nGL" fuq naħa minnhom u "12.5" fuq in-naħa l-oħra.


Moventig 25 mg: pillola miksija b’rita b’dimensjonijiet ta’ 13 x 7 mm, ovali, ta’ kulur vjola, immarkata "nGL" fuq naħa minnhom u "25" fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli ta’ Moventig 12.5 mg huma disponibbli f’folji tal-aluminju f’pakketti ta’ 30 jew 90 pillola miksija b’rita ġo folji mhux imtaqqba u pilloli miksijin b’rita ta’ 30x1 jew 90x1 f’folji mtaqqba b’doża waħda.


Il-pilloli ta’ Moventig 25 mg huma disponibbli f’folji tal-aluminju f’pakketti ta’ 10, 30 jew 90 pillola miksija b’rita ġo folji mhux imtaqqba u pilloli miksijin b’rita ta’ 10x1, 30x1, 90x1 jew 100x1 f’folji mtaqqba b’doża waħda.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jiġu kkumerċjalizzati f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Kyowa Kirin Holdings B.V.

Bloemlaan 2

2132 NP Hoofddorp In-Netherlands


Manifattur

Piramal Pharma Solutions (Dutch) B.V.

Bargelaan 200 u 715

Leiden

2333CW

In-Netherlands


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: .