Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Improvac
Gonadotropin releasing factor (GnRF) analogue-protein conjugate


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Improvac soluzzjoni għall-injezzjoni għal ħnieżer


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal- awtorizza zzjo ni g ħat -tq egħid fi s -suq u l-mani fattu r res po nsab bl i għ all -ħr ug tal -lott: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Improvac soluzzjoni għal injezzjoni għal ħnieżer


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Doża waħda (2 ml) fiha:


    Sustanza Attiva:

    Proteina konjugata tixbah lil Gonadotropin releasing factor (GnRF) min. 300 µg (peptajd sintetiku jixbah lil GnRF ikkonjugat mat-Toksojd tad-Difterja)


    Sustanza mhux attiva:

    Diethylaminoethyl (DEAE)-Dextran, sustanza akweja miżjuda,

    b’bażi ta’ żejt mhux minerali 300 mg


    Ingredjent ieħor:

    Chlorocresol 2.0 mg


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Ħnieżer irġiel:

    Biex jistimula l-antikorpi kontra l-GnRF u jwassal għal tnaqqis immunoloġiku temporanju fil-funzjoni tat-testikoli. Għal użu bħala alternattiva għal kastrazzjoni fiżika sabiex titnaqqas ir-riħa / togħma assoċjati mal-faħal u kkawżata minn adrostenone, sustanza prinċipali li tikkawża r-riħa / togħma assoċjati mal-faħal, fi ħnieżer irġiel mhux imsewwija kif jidħlu għall-pubertà.

    Skatole, sustanza prinċipali oħra għar-riħa / togħma assoċjati mal-faħal, tista’ tiġi mnaqqsa wkoll b’effett indirett. Imġieba aggressiva u sesswali (irkib) huma wkoll imnaqqsa.


    L-effett immunitarju (formazzjoni ta’ antikorpi kontra GnRF) huwa mistenni fi żmien ġimgħa wara t- tieni tilqima. Tnaqqis fil-livelli ta’ androstenone u skatole dehru minn 4 sa 6 ġimgħat wara t-tieni tilqima. Dan jirrifletti l-perjodu li fih jitneħħew dawk is-sustanzi li jwasslu għar-riħa / togħma avversa assoċjati mal-faħal li jkunu diġà preżenti fil-ħin tat-tilqima kif ukoll għar-rispons differenti bejn annimal u ieħor. Wieħed għandu jistenna tnaqqis fl-aggressività u fl-imġieba sesswali (irkib) minn ġimgħa sa’ ġimgħatejn wara t-tieni tilqima.


    Ħnieżer nisa:

    Biex jistimula l-antikorpi kontra l-GnRF u jwassal għal tnaqqis immunoloġiku temporanju fil-funzjoni tatl-ovarji (soppressjoni tal-estru) sabiex titnaqqas l-inċidenza ta’ tqalat mhux mixtieqa fi ħnieżer nisa żgħar maħsuba għall-qtil, u titnaqqas l-imġiba sesswali assoċjata (estru wieqaf).

    L-effett immunitarju (formazzjoni ta’ antikorpi kontra GnRF) huwa mistenni fi żmien ġimgħa wara t- tieni tilqima. Wieħed għandu jistenna tnaqqis fl-imġiba sesswali (estru wieqaf) minn ġimgħa sa ġimagħtejn wara t-tieni tilqima. Is-soppressjoni tal-funzjoni tal-ovarji hija mistenna li ddum għal mill- inqas 9 ġimgħat wara t-tieni tilqima.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fi ħnieżer irġiel jew nisa intenzjonati għat-tgħammir. Tużax la fi ħnieżer nisa tat-tgħammir u lanqas fi ħnieżer irġiel tat-tgħammir. Tużax waqt it-tqala.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Nefħiet sa 4x8 cm fil-post tal-injezzjoni dehru ta’ spiss meta ingħatat lil ħnieżer tal-iżgħar età rakkomandata (8 ġimgħat). Ir-reazzjonijiet lokali jitilqu bil-mod imma f’20 – 30% tal-annimali dawn jistgħu jdumu aktar minn 42 ġurnata. Hija osservata b’mod komuni ħafna fi ħnieżer irġiel żieda li tgħaddi ta’ madwar 0.5 ºC fit-temperatura tar-rektum (ipertermija ta’ wara t-tilqim) fil-perjodu ta’ 24 siegħa wara t-tilqima. Hija osservata b’mod komuni ħafna fi ħnieżer nisa, żieda li tgħaddi ta’ madwar 1.0-1.3 ºC fit-temperatura tar-rektum (ipertermija ta’ wara t-tilqim) fil-perjodu ta’ 24 siegħa wara t- tilqima.

    Meta jingħata lil ħnieżer ta’ età akbar (età ta’ 14-23 ġimgħa), jistgħu jseħħu nefħiet fil-post tal- injezzjoni b’mod komuni ħafna. In-nefħiet fil-post tal-injezzjoni jvarjaw minn 2 sa 5 cm fid-diametru jidhru ta’ spiss, u jekk l-annimali jinqatlu erba’ ġimgħt biss wara t-tieni tilqima r-reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni fil-qtil ikunu jidhru spiss.

    F'każijiet rari ħafna reazzjonijiet ta’ tip anafilattojdi (dispnea, kollass, sijanosi u tbeżliq eċċessiv assoċjati ma ' jew mingħajr tibrim muskoli jew rimettar) kienu osservati fi ftit minuti wara l-ewwel tilqima li ttul sa 30 minuta. F’numru żgħir ta' annimali l-mewt seħħet wara r-reazzjoni, madankollu l- maġġoranza tal-annimali rkupraw mingħajr kura u ma kienx jidher li jirreaġixxu għal tilqim sussegwenti.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Ħnieżer irġiel (minn età ta’ 8 ġimgħat). Ħnieżer nisa (minn età ta’ 14-il ġimgħa).


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    2 ml, b’injezzjoni taħt il-ġilda (injezzjoni tingħata taħt il-ġilda).


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Ħnieżer irġiel mhux imsewwija minn età ta’ 8 ġimgħat ’il fuq għandhom jitlaqqmu b’żewġ dożi ta’ 2

    ml b’tal-anqas 4 ġimgħat minn xulxin, bit-tieni doża normalment tingħata 4 sa 6 ġimgħat qabel il-qatla.

    Jekk il-qatla biħsiebha ssir aktar tard minn 10 ġimgħat wara t-tieni doża, għandha tingħata t-tielet doża minn 4 sa’ 6 ġimgħat qabel id-data ppjanata ghall-qatla. F’każ li hemm suspett ta’ dożaġġ żbaljat, l- annimal għandu jerġa’ jiġi mlaqqam mill-ewwel.


    Ħnieżer nisa minn età ta’ 14-il ġimgħa ’l fuq għandhom jitlaqqmu b’żewġ dożi ta’ 2 ml b’tal-

    anqas 4 ġimgħat minn xulxin. F’każ li hemm suspett ta’ dożaġġ żbaljat, l-annimal għandu jerġa’ jiġi mlaqqam mill-ewwel.


    Amministra fl-għonq permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda, eżatt wara l-widna, billi tuża vaċċinatur sigur.

    Bħala gwida, uża labra qasira (normalment 16G) biex tinfed minn 12 sa 15 mm. Biex tevita depositu fil-muskolu u leżjonijiet huwa rakkomandat li tintuża labra iqsar biex tippenetra 5 sa 9mm fi qżieqeż ta’ piż baxx u qżieqeż iżgħar minn 16-il ġimgħa. Innota li meta jintuża vaċċinatur sigur parti mil-labra tkun mgħottija minn parti protettiva u ma tippenetrax fil-qażquż. Skont it-tip ta’ vaċċinatur sigur, tistà tiġi applikata pressjoni fuq il-ġilda biex il-labra tippenetra ftit mm aktar ’il fond fit-tessuti. Dawn iċ- ċirkostanzi għandhom jitqiesu meta tingħażel labra ta’ qies xieraq. Segwi l-istruzzjonijiet tal-apparat għal injezzjoni xierqa taħt il-ġilda. Evita l-introduzzjoni tal-kontaminazzjoni. Evita li ttaqqab ħnieżer imxarbin jew maħmuġin. Ħalli t-tilqima tilħaq it-temperatura tal-kamra (15-25 ºC) qabel l-għoti.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn ġranet.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2C – 8C) Tiffriżax.

    Ipproteġi mid-dawl.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta.

    Wara li t-tapp ikun ittaqqab għall-ewwel darba b’labra sterilizzata, il-kontenitur għandu jitqiegħed lura fil-friġġ. Il-kontenitur jista’ jittaqqab sa darba oħra biss fi żmien 28 ġurnata li jmiss, imbagħad għandu jintrema immedjatament wara l-użu.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet sp eċjali g ħall -użu fl -annimali:

    Għandhom jiġu mlaqqma biss annimali f’saħħithom. Ġie muri li l-użu ta’ Improvac huwa bla periklu fi ħnieżer irġiel u nisa ta’ età minn 8 ġimgħat ’il fuq.


    Fil-ħnieżer irġiel, huwa rakkomandat li l-qatla ssir minn 4 sa 6 ġimgħat wara l-aħħar injezzjoni. Jekk il-ħnieżer irġiel ma jistgħux jinqatlu f’dan il-perjodu rakkomandat, l-informazzjoni li ġejja minn provi turi li l-ħnieżer jistgħu jintbagħtu għall-qatla sa 10 ġimgħat wara l-aħħar injezzjoni b’riskju minimu

    tar-riħa / togħma avversa assoċjati mal-faħal. Proporzjon dejjem jikber jirritorna għal funzjoni normali wara daż-żmien.


    Billi l-livelli ta’ skatole ma jiddependux kompletament mill-istat sesswali, proċeduri ta’ mmaniġjar tad-dieta u l-iġene huma t-tnejn importanti ukoll sabiex jitnaqqas il-livell ta’ skatole.


    Fil- ħnieżer nisa, is-soppressjoni tal-funzjoni tal-ovarji hija mistennija li ddum għal mill-inqas

    9 ġimgħat wara t-tieni tilqima. Proporzjon akbar ta’ ħnieżer nisa huma mistennija li jerġgħu lura għall- funzjoni normali wara dan iż-żmien.


    Prek awzjo ni jiet sp eċjali l i g ħan dh om ji ttieħd u mill -persuna li tamministra l-pr od ott medi ċinali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali fin-nies tista’ twassal għall-istess effetti li naraw fil-ħnieżer. Dawn jistgħu jinkludu tnaqqis temporanju fl-ormoni sesswali u funzjonijiet riproduttivi kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa u effett ħażin fuq it-tqala. Ir-riskju li jseħħu dawn l-effetti huwa akbar wara t-tieni jew aktar injezzjonijiet aċċidentali milli wara l-ewwel injezzjoni.


    Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tiġi evitata injezzjoni aċċidentali fuqek innifsek u ħsara minn titqib mil-labra waqt li qed jingħata l-prodott mediċinali veterinarju. Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jintuża biss b’vaċċinatur sigur li għandu sistema ta’ sigurtà doppja li fiha hemm protezzjoni mil-labra kif ukoll mekkaniżmu li jħares kontra l-attivazzjoni aċċidentali tal-grillu.


    Il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jiġi amministrat minn nisa tqal jew dawk li jistgħu jkunu tqal. F’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn, laħlaħ fil-pront b’ħafna ilma. F’każ ta’kuntatt mal-ġilda, aħsel fil-pront bis-sapun u bl-ilma. Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jinħażen b’mod sigur fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Għal min se juża, f’każ ta’ injezzjoni aċċidentali fuqek innifsek:

    Injezzjoni aċċidentali/injezzjoni fuqek innifsek tista’ twassal għal uġigħ qawwi u nefħa, b’mod partikolari jekk injettat ġo ġog jew saba’, u f’każijiet rari dan jista’ jwassal għal telf tas-saba’ effettwat jekk ma tingħatax attenzjoni medika fil-pront.

    F’każ ta’ injezzjoni aċċidentali lilek innifsek, aħsel il-ferita sew b’ilma ġieri nadif. Fittex għajnuna medika fil-pront anki jekk ikun injettat ammont żgħir ħafna u ħu l-fuljett ta’ informazzjoni li jinsab fil- pakkett miegħek. Jekk l-uġigħ jippersisti għal 12-il siegħa wara l-vista medika, erġa’ ħu parir mediku. Terġax tamministra l-prodott mediċinali veterinarju fil-futur.


    Għat-Tabib:

    Injezzjoni aċċidentali tista’ taffettwa b’mod temporanju l-fisjoloġija riproduttiva kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Il-fisjoloġija riproduttiva f’każ ta’ supett ta’ injezzjoni b’Improvac, għandha tiġi mmonitorata billi jitkejlu l-livelli ta’ testosterone u estrogeni (kif ikun hemm bżonn). Ir-riskju ta’ effett fisjoloġiku huwa akbar wara t-tieni jew aktar injezzjonijiet aċċidentali milli wara l-ewwel injezzjoni. Tnaqqis kliniku importanti tal-funzjoni tal-organi sesswali għandu jiġi mmaniġjat bl-għajnuna ta’ endocrine replacement therapy sakemm il-funzjoni terġa’ lura għan-normal. Il-pazjent għandu jiġi mwissi biex ma jerġax jamministra Improvac u/jew prodotti b’azzjoni simili fil-futur.

    L-injezzjoni aċċidentali b’dan il-prodott, anki jekk ġew injettati ammonti żgħar, jista’ jikkawża nefħa qawwija li tista’ twassal għal, per eżempju, nekrożi iskemika kif ukoll telf tas-saba’. Hemm bżonn ta’ attenzjoni kirurġika ta’ espert FIL-PRONT u jista’ jkun hemm bżonn ta’ qsim kmieni u irrigazzjoni taż-żona injettata b’mod speċjali meta jkun involut it-tessut artab jew it-tendini tas-saba’.


    In terazzjon i ma’ p ro do tti mediċin al o ħr ajn u fo ro m oħr ajn ta’ in terazzjon i:

    M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin meta jintuża ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra. Deċiżjoni biex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor għandha tittieħed każ b’ każ.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju li ma ġiex użat jew materjal għar-rimi li huwa derivat minn dan il-prodott mediċinali veterinarju għandhom jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini ().

  15. TAGĦRIF IEĦOR


It-tilqim tal-ħnieżer irġiel b’Improvac iwassal għal rispons immunoloġiku kontra gonadotrophin releasing factor (GnRF) endoġenu, sustanza li tikkontrolla l-funzjoni testikulari permezz tal-ormoni gonadotrofiċi LH u FSH. Is-sustanza attiva f’dan il-prodott immunoloġiku huwa xebh sintetiku ta’ GnRF, li huwa kkonjugat ma’ proteina immunoġenika li ġġorru. Il-konjugat huwa msaħħaħ biex iżid il-livell u t-tul tal-effett.


L-effetti tat-tilqima ġejjin minn tnaqqis tal-funzjoni testikolari kkawżata minn tnaqqis fl-attività ta’ GnRF. Dan iwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni u l-konċentrazzjoni ta’ testosterone u sterojdi testikulari oħrajn, inkluż androstenone, wieħed mis-sustanzi prinċipali responsabbli għar-riħa / togħma avversa assoċjati mal-faħal. Barra minn hekk, ħnieżer irġiel imlaqqma sew jiżviluppaw karateristiċi metaboliċi bħal ta’ annimali msewwija b’mod kirurġiku, fosthom tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ skatole, sustanza prinċipali oħra fir-riħa / togħma avversa assoċjati mal-faħal. Wara t-tieni tilqima jista’ jkun hemm tnaqqis fl-imġieba tipika maskili bħal irkib u aggressività meta l-ħnieżer mhux mill- istess maqjel jitħalltu flimkien.


Ħnieżer irġiel li jingħataw l-ewwel doża ta’ Improvac jieħdu l-ewwel effett immunoloġiku imma jżommu funzjoni testikolari kompleta sakemm jieħdu t-tieni doża li tikkawża rispons immunoloġiku qawwi għal GnRF u twassal għal tnaqqis temporanju immunoloġiku fil-funzjoni testikolari. Dan jikkontrolla b’mod dirett il-produzzjoni ta’ androstenone u billi jitneħħa l-effett inibitorju tal-isterojdi testikolari fuq il-metaboliżmu tal-fwied, b’mod indirett jitnaqqsu l-livelli ta’ skatole. Dan l-effett jidher fi żmien ġimgħa mit-trattament imma jistgħu jgħaddu sa 3 ġimgħat biex konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi diġà preżenti li jwasslu għar-riħa / togħma avversa assoċjati mal-faħal jonqsu għal livelli insinifikanti.


It-tilqim tal-ħnieżer irġiel b’Improvac iwassal għal rispons immunoloġiku kontra gonadotrophin releasing factor (GnRF) endoġenu, sustanza li tikkontrolla l-funzjoni tal-ovarji permezz tal-ormoni gonadotrofiċi, LH u FSH. Is-sustanza attiva f’dan il-prodott immunoloġiku huwa xebh sintetiku ta’ GnRF, li huwa kkonjugat ma’ proteina immunoġenika li ġġorru. Il-konjugat huwa msaħħaħ biex iżid il-livell u t-tul tal-effett.

L-effetti tat-tilqima ġejjin minn tnaqqis tal-funzjoni tal-ovarji kkawżata minn tnaqqis fl-attività ta’ GnRF. Dan iwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni u l-konċentrazzjoni ta’ oestradiol u progesterone. Bejn ġimgħa u ġimagħtejn wara t-tieni tilqima għandhom ikunu mistennija l-prevenzjoni tal-imġiba tipika tan-nisa (estru wieqaf) u prevenzjoni ta’ tqala potenzjali; il-prevenzjoni ta’ tqala potenzjali hija partikolarment relevanti f’sitwazzjonijiet fejn jitħallat it-tismin tal-irġiel u tan-nisa.


Flixkun tal-poli-etilin ta’ 100 ml (50 doża) jew 250 ml (125 doża) issiġillat b’għeluq tal-gomma u miżmum b’tapp tal-aluminjum.


Daqs tal-pakketti:


Pakkett tal-kartun bi flixkun 1 ta’ 100 ml. Pakkett tal-kartun b’10 fliexken ta’ 100 ml.


Pakkett tal-kartun bi flixkun 1 ta’ 250 ml. Pakkett tal-kartun b’4 fliexken ta’ 250 ml.


Mhux id-daqsijiet kolha tal-pakketti jistgħu qegħdin fis-suq.