Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Copalia HCT
amlodipine, valsartan, hydrochlorothiazide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Copalia HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita Copalia HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita Copalia HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita Copalia HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita Copalia HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

“mitrijali”) jew li l-ħxuna tal-muskolu ta’ qalbek kibret aktar min-normal (magħrufa bħala “kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva”).


Skont kif ikun ir-rispons tiegħek għall-kura, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi doża ogħla jew aktar baxxa.


Taqbiżx id-doża li jordnawlek.


Jekk tieħu Copalia HCT aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment ħadt wisq pilloli ta’ Copalia HCT, kellem tabib immedjatament. Inti tista’ tkun

teħtieġ attenzjoni medika.


Jekk tinsa tieħu Copalia HCT

Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħudha malli tiftakar imbagħad ħu d-doża li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jkun imiss inti għandek tieħu biss id-doża li jkun

imiss fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ pilloli f’daqqa) biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


Jekk tieqaf tieħu Copalia HCT

Li twaqqaf il-kura tiegħek b’Copalia HCT jista’ jwassal biex il-marda tiegħek tmur għall-agħar.

Tiqafx tieħu l-mediċina tiegħek sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel hekk it-tabib tiegħek.

Ħu din il-mediċina dejjem, anke jekk tkun qed tħossok tajjeb/tajba

Persuni li jkollhom il-pressjoni għolja ħafna drabi ma jinnutaw l-ebda sinjali tal-problema. Ħafna nies iħossuhom normali. Huwa importanti ħafna li tieħu din il-mediċina eżattament kif jgħidlek it-tabib

tiegħek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju li jkollok effetti sekondarji. Żomm l- appuntamenti mat-tabib tiegħek anki jekk tkun qed tħossok tajjeb.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Jekk jittieħdu kwalunkwe tliet sustanzi attivi flimkien, ma jistax ikun eskluż li kull waħda minnhom ikollha l-effetti sekondarji tagħha. L-effetti sekondarji rrappurtati b’Copalia HCT jew b’waħda mit- tliet sustanzi attivi tiegħu (amlodipine, valsartan u hydrochlorothiazide) jinsabu mniżżla hawn taħt u jistgħu jseħħu bl-użu ta’ Copalia HCT.


    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jkollhom bżonn attenzjoni medika minnufih. Kellem tabib minnufih jekk qed tesperjenza kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin wara li tieħu din il-mediċina:

    Komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’10):

    • sturdament

    • pressjoni baxxa (tħossok qisu se jtik ħass ħażin, tħoss mejt, tintilef minn sensik f’daqqa waħda)


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’100):

    • għamil tal-awrina mnaqqas ħafna (tnaqqis fil-funzjoni renali)


      Rari (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’1,000):

    • fsada spontanja

    • taħbit tal-qalb irregolari

    • disturb fil-fwied


      Rari ħafna (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’10,000):

    • tħarħir għal għarrieda, uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs jew diffikultà fit-teħid tan-nifs

    • nefħa fil-kpiepel tal-għajnejn, il-wiċċ jew ix-xofftejn

    • nefħa fl-ilsien u l-gerżuma li tikkawża diffikultà kbira biex tieħu n-nifs

    • reazzjonijiet severi tal-ġilda fosthom raxx qawwi fil-ġilda, ħorriqija, ħmura fil-ġilda fuq ġismek kollu, ħakk qawwi, infafet, tqaxxir u nefħa fil-ġilda, infjammazzjoni tal-membrani mukużi

      (Sindrome ta’ Stevens Johnson, nekroliżi epidermali tossika) jew reazzjonijiet allerġiċi oħra

    • diffikultà respiratorja akuta (is-sinjali jinkludu qtugħ ta’ nifs sever, deni, dgħufija, u konfużjoni).

    • attakk tal-qalb

    • infjammazzjoni fil-frixa li tista’ tikkawża wġigħ qawwi addominali u fid-dahar akkumpanjat b’sensazzjoni ta’ mard kbir

    • debbulizza, tbenġil, deni u infezzjonijiet frekwenti

    • ebusija

      Effetti sekondarji oħrajn jistgħu jinkludu:

      Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 f’10)

    • livell baxx ta’ potassju fid-demm

    • żieda fil-lipid fid-demm


      Komuni (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’10)

    • ngħas

    • palpitazzjonijiet (tħoss it-taħbita tal-qalb tiegħek)

    • fwawar

    • nefħa fl-għekiesi (edema)

    • uġigħ addominali

    • tħoss skumdità fl-istonku wara l-ikel

    • għeja

    • uġigħ ta’ ras

    • tgħaddi l-awrina b’mod frekwenti

    • livell għoli ta’ aċidu uriku fid-demm

    • livell baxx ta’ manjesju fid-demm

    • livell baxx ta’ sodju fid-demm

    • sturdament, mejt meta tkun bilwieqfa

    • nuqqas ta’ aptit

    • dardir u rimettar

    • raxx bil-ħakk u tipi oħrajn ta’ raxx

    • nuqqas ta’ ħila li jkollok jew iżżomm erezzjoni


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’100):

    • qalb tħabbat tgħaġġel

    • sensazzjoni li kollox qed idur bik

    • disturb fil-vista

    • skumdità fl-istonku

    • uġigħ fis-sider

    • żieda fin-nitroġenu tal-urea, fil-kreatinina u fl-aċidu uriku fid-demm

    • livell għoli ta’ kalċju, xaħam jew sodju fid-demm

    • tnaqqis fil-potassju fid-demm

    • riħa man-nifs

    • dijarea

    • ħalq xott

    • żieda fil-piż

    • telf ta’ aptit

    • sens ta’ togħma mibdul

    • uġigħ fid-dahar

    • nefħa fil-ġogi

    • bugħawwieġ/dgħufija/uġigħ fil-muskoli

    • uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn

    • nuqqas ta’ abbiltà li żżomm wieqaf jew li timxi b’mod normali

    • dgħufija

    • koordinazzjoni mhux normali

    • sturdament malli tqum bilwieqfa jew wara l-eżerċizzju

    • nuqqas ta’ enerġija

    • disturbi fl-irqad

    • tnemnim jew titrix

    • newropatija

    • titntilef minn sensik f’daqqa waħda, għal ftit ħin

    • pressjoni baxxa x’ħin tqum bilwieqfa

    • sogħla

    • qtugħ ta’ nifs

    • irritazzjoni fil-griżmejn

    • għaraq eċċessiv

    • ħakk

    • nefħa, ħmura u wġigħ it-tul tal-vina

    • ħmura fil-ġilda

    • rogħda

    • bidliet fil-burdata

    • ansjetà

    • dipressjoni

    • nuqqas ta’ rqad

    • togħma abnormali

    • ħass ħażin

    • telf tas-sensazzjoni tal-uġigħ

    • disturbi viżwali

    • nuqqas ta’ vista

    • żanżin fil-widnejn

    • għatis/imnieħer iqattar ikkawżati minn infjammazzjoni fir-rita tal-imnieħer (rinite)

    • tibdil fir-regolarità tal-ippurgar

    • indiġestjoni

    • twaqqigħ tax-xagħar

    • ġilda tieklok

    • tnaqqis fl-intensità tal-kulur tal-ġilda

    • disturb biex tagħmel l-awrina

    • żieda fil-bżonn li tagħmel l-awrina billejl

    • żieda fin-numru ta’ drabi li tagħmel l-awrina

    • skonfort jew tkabbir tas-sider fl-irġiel

    • uġigħ

    • tħossok ma tiflaħx

    • tnaqqis fil-piż


      Rari (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’1,000):

    • livell baxx ta’ plejtlits tad-demm (kultant bid-demm jew tbenġil taħt il-ġilda)

    • zokkor fl-awrina

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • l-istat metaboliku tad-dijabete jmur għall-agħar

    • skonfort fiż-żaqq

    • stitikezza

    • disturbi fil-fwied li jista’ jseħħ flimkien ma’ sfurija fil-ġilda u fl-abjad tal-għajnejn, jew awrina b’kulur skur (anemija emolitika)

    • żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx

    • irqajja’ vjola fil-ġilda

    • disturbi fil-kliewi

    • konfużjoni

      Rari ħafna (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’10,000):

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm li jista’ jwassal għal tbenġil mhux tas-soltu jew fsada malajr (ħsara fiċ-ċelloli ħomor tad-demm)

    • nefħa fil-ħanek

    • nefħa addominali (gastrite)

    • infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

    • sfura fil-ġilda (suffejra)

    • żieda fl-enzimi tal-fwied li jista’ jkollha effett fuq xi testijiet mediċi

    • żieda fit-tensjoni tal-muskoli

    • infjammazzjoni fil-vini u l-arterji, ħafna drabi b’raxx fil-ġilda

    • sensittività għad-dawl

    • disturbi li jikkombinaw riġidità, rogħda, u/jew disturbi fil-moviment

    • deni, uġigħ fil-griżmejn jew ulċeri fil-ħalq, infezzjonijiet aktar frekwenti (nuqqas totali jew livell baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod)

    • ġilda pallida, għeja, qtugħ ta’ nifs, awrina ta’ lewn skur (anemija emolitika, tkissir mhux normali taċ-ċelluli tad-demm ħomor jew fl-arterji u fil-vini inkella xi mkien ieħor fil-ġisem)

    • konfużjoni, għeja, ġbid u spażi tal-muskoli, nifs mgħaġġel (alkalożi ipokloremika)

    • uġigħ qawwi fil-parti ta’ fuq tal-istonku (infjammazzjoni tal-frixa)

    • diffikultà biex tieħu n-nifs flimkien ma’ deni, sogħla, tisfir, qtugħ ta’ nifs (mard respiratorju, edima pulmonari, pnewmonite)

    • raxx fil-wiċċ, uġigħ fil-ġogi, disturb fil-mukskoli, deni (lupus erythematosus)

    • infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini b’sintomi bħal raxx, tikek vjola fl-aħmar, deni (vaskulite)

    • mard qawwi fil-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, nfafet fix-xofftejn fl-għajnejn jew fil-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni (nekrolożi epidermali tossika)


      Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tkun stmata mid-data disponibbli):

    • tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm għall-funzjoni renali, żieda tal-potassju fid-demm tiegħek, tnaqqis fl-ammont ta’ ċelloli ħomor

    • riżultat mhux normali ta’ test taċ-ċelluli ħomor tad-demm

    • livell baxx ta’ ċertu tip ta’ ċelluli tad-demm bojod u ta’ plejtlits tad-demm

    • żieda fil-kreatinina fid-demm

    • riżultati mhux normali ta’ test tal-funzjoni tal-fwied

    • tnaqqis qawwi fl-ammont ta’ awrina

    • infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini

    • dgħufija, tbenġil u infezzjonijiet frekwenti (anemija aplastika)

    • tnaqqis fil-vista jew uġigħ f'għajnejk minħabba pressjoni għolja (sinjali possibbli ta' akkumulazzjoni ta’ fluwidu fis-saff vaskulari tal-għajn (effużjoni korojdali) jew glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu)

    • qtugħ ta' nifs

    • tnaqqis gravi fl-ammont ta' awrina (sinjali possibbli ta' disturb fil-kliewi jew insuffiċjenza renali)

    • mard gravi tal-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, infafet fuq ix-xofftejn, l-għajnejn jew il-ħalq, ġilda titqaxxar, deni (eritema multiformi)

    • spażmi fil-muskoli

    • deni (piressija)

    • infafet fil-ġilda (sinjal ta’ kondizzjoni msejħa dermatite bl-infafet)

    • kanċer tal-ġilda u tax-xoffa (kanċer tal-ġilda mhux melanoma)


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

    effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

  2. Kif taħżen Copalia HCT


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tuża l-ebda pakkett ta’ Copalia HCT li jkun bil-ħsara jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Copalia HCT

Copalia HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Copalia HCT huma amlodipine (bħala amlodipine besylate), valsartan u hydrochlorthiazide. Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg amlodipine (bħala amlodipine besylate),

160 mg valsartan u 12.5 mg hydrochlorthiazide.


Is-sustanzi l-oħra huma ċelluloża mikrokristallina; krospovidon (tip A); silica, colloidal anhydrous; stearat tal-manjesju; ipromelloża (sostituzzjoni tip 2910.3 mPa.s), makrogol 4000, talc, dijossidu tat- titanju (E171).


Copalia HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Copalia HCT huma amlodipine (bħala amlodipine besylate), valsartan u hydrochlorthiazide. Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg amlodipine (bħala amlodipine besylate), 160 mg valsartan u 12.5 mg hydrochlorthiazide.


Is-sustanzi l-oħra huma ċelluloża mikrokristallina; krospovidon (tip A); silica, colloidal anhydrous; stearat tal-manjesju; ipromelloża (sostituzzjoni tip 2910.3 mPa.s), makrogol 4000, talc, dijossidu tat- titanju (E171), ossidu tal-ħadid isfar (E172), ossidu tal-ħadid aħmar (E172).


Copalia HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Copalia HCT huma amlodipine (bħala amlodipine besylate), valsartan u

hydrochlorthiazide. Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg amlodipine (bħala amlodipine besylate), 160 mg valsartan u 25 mg hydrochlorthiazide.


Is-sustanzi l-oħra huma ċelluloża mikrokristallina; krospovidon (tip A); silica, colloidal anhydrous, stearat tal-manjesju, ipromelloża (sostituzzjoni tip 2910.3 mPa.s), makrogol 4000, talc, dijossidu tat- titanju (E171), ossidu tal-ħadid isfar (E172).


Copalia HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Copalia HCT huma amlodipine (bħala amlodipine besylate), valsartan u hydrochlorthiazide. Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg amlodipine (bħala amlodipine besylate),

160 mg valsartan u 25 mg hydrochlorthiazide.


Is-sustanzi l-oħra huma ċelluloża mikrokristallina; krospovidon (tip A); silica, colloidal anhydrous, stearat tal-manjesju, ipromelloża (sostituzzjoni tip 2910.3 mPa.s), makrogol 4000, talc, ossidu tal- ħadid isfar (E172).

Copalia HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Copalia HCT huma amlodipine (bħala amlodipine besylate), valsartan u

hydrochlorthiazide. Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg amlodipine (bħala amlodipine besylate), 320 mg valsartan u 25 mg hydrochlorthiazide.


Is-sustanzi l-oħra huma ċelluloża mikrokristallina; krospovidon (tip A); silica, colloidal anhydrous, stearat tal-manjesju, ipromelloża (sostituzzjoni tip 2910.3 mPa.s), makrogol 4000, talc, isfar ossidu tal- ħadid (E172).


Kif jidher Copalia HCT u l-kontenut tal-pakkett

Copalia HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli bojod, ovali b’“NVR” fuq naħa

waħda u b’“VCL” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 15 mm (tul) x 5.9 mm (wisa’).


Copalia HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli sofor ċari, ovali b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VDL” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 15 mm (tul) x 5.9 mm (wisa’).


Copalia HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita pilloli sofor, ovali b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VEL” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 15 mm (tul) x 5.9 mm (wisa’).


Copalia HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli kannella fl-isfar, ovali b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VHL” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 15 mm (tul) x 5.9 mm (wisa’).


Copalia HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli kannella fl-isfar, ovali b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VFL” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 19 mm (tul) x 7.5 mm (wisa’).


Copalia HCT huwa disponibbli f’pakketti li fihom 14, 28, 30, 56, 90, 98 jew 280 pillola miksija b’rita, f’pakketti multipli ta’ 280 pillola (magħmulin minn 4 kartuniet, li kull waħda minnhom fiha 70 pillola, jew 20 kartuna, li kull waħda minnhom fiha 14-il pillola), u f’pakketti tal-isptar li fihom 56, 98 jew 280 pillola f’folji pperforati bid-dożi.


Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għall-bejgħ f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road Dublin 4

L-Irlanda


Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito 131 80058 Torre Annunziata (NA)

L-Italja


Novartis Farmacéutica S.A.

Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona

image

Spanja


image

Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25

D-90429 Nuremberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas

Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S

Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal

Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS

Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH

Tel: +43 1 86 6570


España

J. Uriach y Cia., S.A. Tel: +34 93 864 96 92

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited

Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A.

Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Mediċini .