Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Epivir
lamivudine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Epivir 150 mg pilloli miksijin b'rita

lamivudine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

  3. Kif għandek tieħu Epivir

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Epivir

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Epivir u għalxiex jintuża


    Epivir jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.


    Is-sustanza attiva f’Epivir hija lamivudine. Epivir huwa tip ta’ mediċina magħrufa bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ reverse transcriptase analogi għal nucleoside (NRTI).


    Epivir ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.


    Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Epivir bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir Tiħux Epivir:


    • jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- Sezzjoni 6).


      Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li dan japplika għalik.


      Oqgħod attent ħafna b’Epivir


      Xi persuni li jieħdu Epivir jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:

    • jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

    • jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)

    • jekk inti jew ibnek/bintek għandkhom mard tal-kliewi, jista’ jkun hemm bżonn li tinbidillek id-doża

      Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.


      Oqogħod attent għal sintomi importanti


      Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Epivir.


      Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’


      Ipproteġi persuni oħra


      Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor). Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva.


      Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.


      Mediċini oħra u Epivir


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċina oħra, jew jekk dan l-aħħar ħadt xi mediċini, li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.


      Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Epivir.


      Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Epivir:


    • mediċini (normalment likwidi) li fihom sorbitol u alkoħol ieħor taz-zokkor (bħal xylitol, mannitol, lactitol jew maltitol), jekk jittieħdu regolarment mediċini oħra li fihom lamivudine, (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B)

    • emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV)

    • dożi għoljin ta’ co-trimoxazole( antibijotiku)

    • cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija


      Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.


      Tqala


      Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Epivir.


      Epivir u mediċini jixbħuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Epivir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal- effetti sekondarji.


      Treddigħ


      Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

      Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Epivir jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek. Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

      Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Epivir x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.


      Epivir fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull unità tad-dożaġġ, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Epivir


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Ibla’ l-pilloli ma’ ftit ilma. Epivir jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.


    Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d- doża kollha minnufih.


    Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.


    Epivir jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.


    Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.


    Kemm għandek tieħu


    Adulti, adolexxenti u tfal li jiżnu tal-inqas 25 kg:


    Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija 300 mg kuljum. Din tista’ tittieħed bħala pillola waħda ta’ 150 mg darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew żewġ pilloli ta’ 150 mg darba kuljum kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.


    Tfal li jiżnu tal-inqas 20 kg u inqas minn 25 kg:


    Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija 225 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) filgħodu u 150 mg (pillola sħiħa ta’150 mg) filgħaxija, jew 225 mg (pillola u nofs ta’

    150 mg) darba kuljum kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.


    Tfal li jiżnu tal-inqas 14 kg u inqas minn 20 kg:


    Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija150 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew 150 mg (pillola ta’150 mg waħda) darba kuljum kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.


    Soluzzjoni orali hija wkoll disponibbli għall-kura ta’ tfal li għandhom aktar minn 3 xhur, jew għal persuni li għandhom bżonn doża anqas mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu l-pilloli.


    Jekk int jew ibnek/bintek għandkom xi problema fil-kliewi, id-doża tista’ tinbidel.

    Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik jew għal ibnek/bintek.

    Jekk tieħu Epivir aktar milli suppost


    Jekk tieħu ż-żejjed Epivir, għid b’dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar qrib tiegħek għal aktar pariri. Jekk possibbli, urihom il-pakkett ta’ Epivir.


    Jekk tinsa tieħu Epivir


    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura bħal qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il- bidliet.


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Epivir jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV infisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdiliet f'saħħtek.


    Flimkien mal-effetti sekondarji għal Epivir elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li tieħu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.


    Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’.


    Effetti sekondarji komuni

    Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

    • uġigħ ta’ ras

    • tħossok imdardar (tqalligħ)

    • taqla’ (rimettar)

    • dijarea

    • uġigħ fl-istonku

    • għeja, nuqqas ta’ enerġija

    • deni (temperatura għolja)

    • tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

    • uġigħ u skonfort fil-muskoli

    • uġigħ fil-ġogi

    • diffikultà biex torqod (insonnja)

    • sogħla

    • mnieħer irritat jew inixxi

    • raxx

    • jaqa’ x-xagħar (alopeċja).


      Effetti sekondarji mhux komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:


      Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)

    • għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)

    • żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.


      Effetti sekondarji rari

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000:

    • reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ, l-ilsien jew il-gerżuma li tista twassal għal diffikulta biex wieħed jibla' jew jieħu n-nifs

    • infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

    • diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

    • infjammazzjoni tal-fwied (epatite).


      Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:

    • żieda f’enzima msejħa amylase.


      Effetti sekondarji rari ħafna

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:

    • Aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm)

    • tnemnim jew titrix fid-dirgħajn.fl-idejn jew fis-saqajn.


      Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

    • mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l- ħomor).


      Jekk ikollok effetti sekondarji


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.


      Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV


      Terapija b’taħlita ta’ mediċini li tinkludi Epivir tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.


      Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa


      Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.


      Minbarra infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kondizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessuti f’saħħithom tal-ġisem ) wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu diversi xhur wara l-bidu tal-kura tiegħek. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħra bħal dgħjufija fil-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqajn u timxi ’l fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament għall-kura meħtieġa.


      Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Epivir:


      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.


      Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

      Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam jgħibu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il-kundizzjoni:

    • jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

    • jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

    • jekk jixorbu l-alkoħol

    • jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

    • jekk għandhom piż żejjed.


      Sinjali ta’ ostjonekrożi jinkludu:

    • ebusija fil-ġogi

    • uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

    • diffikultà biex tiċċaqlaq.

    Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi:


    Għid lit-tabib tiegħek.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji, tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Epivir


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Taħżinx Epivir f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Epivir

Is-sustanza attiva hija lamivudine.

Il-pilloli fihom ukoll dawn is-sustanzi oħra li ġejjin:

Il-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate (gluten free), magnesium stearate

Il-kisja tar-rita: hypromellose, titanium dioxide, macrogol, polysorbate 80.


Kif jidher Epivir u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Epivir ta’ 150 mg miksijin b'rita jiġu fi fliexken bojod tal-polyethylene jew f’folji li jkun fihom 60 pillola. Huma pilloli bojod, forma ta’ djamant, b’sinjal imnaqqax fin-nofs, miksijin b’rita u mmarkati bil-kodiċi 'GXCJ7' fuq iż-żewġ naħat.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat- Tqegħid fis-Suq

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals S.A.

ul. Grunwaldzka 189

60-322 Poznan Il-Polonja


ViiV Healthcare BV

Van Asch van Wijckstraat 55H 3811 LP Amersfoort

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien ViiV Healthcare srl/bv Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Lietuva

ViiV Healthcare BV Tel: + 370 80000334


България

ViiV Healthcare BV Teл.: + 359 80018205

Luxembourg/Luxemburg ViiV Healthcare srl/bv Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország ViiV Healthcare BV Tel.: + 36 80088309


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

ViiV Healthcare BV Tel: + 356 80065004


Deutschland

ViiV Healthcare GmbH

Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

iiv.med.info@viivhealthcare.com

Nederland

ViiV Healthcare BV Tel: + 31 (0)33 2081199


Eesti

ViiV Healthcare BV Tel: + 372 8002640

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


Ελλάδα

GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L. Tel: + 34 900 923 501

ci@viivhealthcare.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

ViiV Healthcare SAS Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

Infomed@viivhealthcare.com

Portugal

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL, LDA.

Tel: + 351 21 094 08 01

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com


Hrvatska

ViiV Healthcare BV Tel: +385 800787089

România

ViiV Healthcare BV Tel: + 40 800672524


Ireland Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

ViiV Healthcare BV Tel: + 386 80688869


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika ViiV Healthcare BV Tel: + 421 800500589


Italia

ViiV Healthcare S.r.l. Tel: + 39 (0)45 7741600

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30


Κύπρος

ViiV Healthcare BV Τηλ: + 357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

ViiV Healthcare BV Tel: + 371 80205045

United Kingdom (Northern Ireland)

ViiV Healthcare BV Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}


.