Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Celsentri
maraviroc

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


CELSENTRI 25 mg pilloli miksijin b’rita CELSENTRI 75 mg pilloli miksijin b’rita CELSENTRI 150 mg pilloli miksijin b’rita CELSENTRI 300 mg pilloli miksijin b’rita maraviroc


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara Sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu CELSENTRI u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu CELSENTRI

  3. Kif għandek tieħu CELSENTRI

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen CELSENTRI

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu CELSENTRI u gћalxiex jintuża


    CELSENTRI fih mediċina msejħa maraviroc. Maraviroc jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa antagonisti ta’ CCR5. CELSENTRI jaħdem billi jimblokka riċettur imsejjaħ CCR5 li l-HIV juża biex jidħol u jinfetta ċ-ċelloli tad-demm tiegħek.


    CELSENTRI jintuża għall-kura tal-Virus tal-Immunodefiċjenza Uman tat-tip I (HIV-1) f’persuni adulti, fl-adolexxenti u fi tfal ta’ sentejn jew aktar, u li jiżnu tal-inqas 10 kg.


    CELSENTRI jrid jittieħed flimkien ma’ mediċini oħra li jintużaw ukoll għall-kura ta’ infezzjoni tal- HIV. Dawn il-mediċini jissejħu kollha mediċini kontra l-HIV jew mediċini antiretrovirali.


    CELSENTRI, bħala terapija ta’ kombinazzjoni, inaqqas l-ammont tal-virus fil-ġisem tiegħek, u jżommu f’livell baxx. Dan jgħin lill-ġisem tiegħek sabiex iżid l-għadd taċ-ċelloli CD4 fid-demm tiegħek. Iċ-ċelloli CD4 huma tip ta’ ċelloli bojod tad-demm li huma importanti biex jgħinu lill-ġisem tiegħek jiġġieled l-infezzjonijiet.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu CELSENTRI


    Tiħux CELSENTRI

    • jekk inti (jew il-wild tiegħek, jekk hu pazjent) allerġiku għal maraviroc jew għall-karawett jew

      għas-sojja jew għal xi sustanzi oħra ta’ CELSENTRI (elenkati fis-sezzjoni 6).


      Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li dan japplika għalik jew għall-wild tiegħek.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu jew tagħti CELSENTRI.

      It-tabib tiegħek irid jeħodlok kampjuni tad-demm biex jittestja jekk CELSENTRI hux il-kura adattata

      għalik (jew għall-wild tiegħek, jekk hu pazjent).


      Xi persuni li kienu qed jieħdu CELSENTRI żviluppaw reazzjonijiet allerġiċi jew reazzjonijiet tal-ġilda

      serji (ara wkoll “Effetti sekondarji serji” f’sezzjoni 4).


      Qabel tieħu din il-mediċina, kun żgur li t-tabib tiegħek ikun jaf jekk għandek (jew jekk il-wild tiegħek għandux) jew jekk fil-passat kellek (jew jekk il-wild tiegħek fil-passat kellu) xi waħda minn dawn li ġejjin:


    • problemi fil-fwied, inkluż epatite B jew Ċ kronika. Numru limitat ta’ persuni bi problemi fil- fwied biss ħadu CELSENTRI. Il-funzjoni tal-fwied tiegħek tista’ tkun teħtieġ li tiġi mmonitorjata mill-qrib. (Ara wkoll “Problemi fil-fwied” f’sezzjoni 4).

    • pressjoni tad-demm baxxa, inkluż sturdament meta tqum bil-wieqfa jew tqum minn bilqiegħda f’salt, jew jekk qed tieħu xi mediċini biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm.Dan huwa minħabba li l- pressjoni tad-demm tiegħek (jew tal-wild tiegħek) taqa’ f’daqqa. Jekk jiġri dan, imtedd (jew il- wild tiegħek għandu jimtedd) sakemm tħossok (jew il-wild tiegħek iħossu) aħjar. Meta tqum(jew il-wild tiegħek iqum), agħmel (jew il-wild tiegħek għandu jagħmel) dan kemm jista’ jkun bil-mod.

    • tuberkulożi (TB) jew infezzjoni fungali serja . CELSENTRI jista’ potenzjalment iżid ir-riskju tiegħek ta’ żvilupp ta’ infezzjonijiet.

      problemi fil-kliewi. Dan hu b’mod partikolari importanti jekk qed tieħu wkoll xi mediċini oħra

      (ara “Mediċini oħra u CELSENTRI” aktar tard f’sezzjoni 2).

    • problemi b’qalbek jew bis-sistema taċ-ċirkolazzjoni. Numru limitat ta’ persuni bi problemi serji bil-qalb jew bis-sistema taċ-ċirkolazzjoni biss ħadu CELSENTRI.


      Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda l-kura jekk taħseb li xi waħda minn dawn li ġejjin tapplika għalik (jew għall-wild tiegħek).


      Kondizzjonijiet li trid toqgħod attent għalihom


      Xi persuni li jkunu qegħdin jieħdu mediċini għall-infezzjoni tal-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Dawn jinkludu:

      • sintomi ta’ infezzjonijet u infjammazjoni

      • uġigħ fil-ġogi, ebusija u problemi fl-għadam


        Għandek tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li trid toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed

        tieħu CELSENTRI.


        Aqra l-informazzjoni “Effetti sekondarji possibbli oħra ta’ terapija kombinata għall-HIV” f’Sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.


        Ipproteġi persuni oħra

        L-infezzjoni tal-HIV tinxtered permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (pereżempju, billi tuża l-istess labar tal-injezzjoni ta’ persuni oħra). Int (jew il-wild tiegħek) xorta tista’ (jista’) tittrasmetti (jittrasmetti) l-HIV waqt li tkun (jkun) qed tieħu (jieħu) din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettivapersuni


        Kellem lit-tabib tiegħek dwar kif tevita milli tinfetta persuni oħra.


        Persuni akbar fl-età


        CELSENTRI ttieħed biss f’numru limitat ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar. Jekk inti tagħmel parti minn dan il-grupp ta’ etajiet, iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tistax tuża CELSENTRI.

        Tfal

        L-użu ta’ CELSENTRI ma ġiex ittestjat fi tfal ta’ taħt is-sentejn jew li jiżnu inqas minn 10 kg. Għalhekk CELSENTRI mhuwiex irrakkomandat fi tfal iżgħar minn sentejn, jew li jiżnu inqas minn 10 kg.


        Mediċini oħra u CELSENTRI


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu (jew il-wild tiegħek qed jieħu), ħadt (jew il- wild tiegħek ħa) dan l-aħħar jew tista’ tuża (jew il-wild tiegħek jista’ juża) xi mediċina oħra.


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tibda tieħu (jew il-wild tiegħek jibda jieħu) mediċina ġdida

        waqt li tkun qed tieħu CELSENTRI.

        Mediċini li fihom St. John’s Wort (Hypericum perforatum) x’aktarx li jtellfu CELSENTRI milli

        jaħdem kif suppost. M’għandekx toħodhom waqt li tkun qed tieħu CELSENTRI.


        Xi mediċini jistgħu jbiddlu l-ammont ta’ CELSENTRI fil-ġisem meta jittieħdu fl-istess ħin ma’

        CELSENTRI. Dawn jinkludu


    • mediċini oħra għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV jew tal-epatite Ċ (eż. atazanavir, cobicistat, darunavir, efavirenz, etravirine, fosamprenavir, indinavir, lopinavir, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, boceprevir, telaprevir)


    • antibijotiċi (clarithromycin, telithromycin, rifampicin, rifabutin)


    • mediċini antifungali (ketoconazole, itraconazole, fluconazole).


    • mediċini antikonvulsanti (carbamazepine, phenytoin, phenobarbital).


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu (jew il-wild tiegħek qed jieħu) xi waħda minn dawn il-

      mediċini. Dan jippermetti li t-tabib tiegħek jordna d-doża korretta ta’ CELSENTRI.


      Tqala u treddigħ


      Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qiegħda tippjana biex ikollok tarbija:


      Kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji ta’ metatieħu CELSENTRI.


      Nisa li jkunu pożittivi għall-HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni tal-HIV tista’

      tiġi mgħoddija lit-tarbija fil-ħalib tas-sider.


      Mhuwiex magħruf jekk l-ingredjenti f’CELSENTRI jistgħux jgħaddu wkoll fil-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, jew qed taħseb dwar it-treddigħ:

      Kellem lit-tabib tiegħek minnufih.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      CELSENTRI jista’ jistordik.


      Issuqx, tużax ir-rota, jew tużax għodod jew magni sakemm int ċert li m’intix affettwat.


      CELSENTRI fih leċitina tas-sojja u sodium.


      Jekk inti allerġiku/allerġika għall-karawett jew għas-sojja, tużax dan il-prodott mediċinali.


      CELSENTRI fih inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri huwa essenzjalment “mingħajr sodium”.

  3. Kif gћandek tieћu CELSENTRI


    Dejjem għandek tieħu jew tagħti din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek se javżak dwar jekk hux aħjar tieħu CELSENTRI soluzzjoni orali, jekk int (jew il-wild tiegħek) ma t/jistax t/jibla’ pilloli.


    Kemm għandek tieħu


    Adulti

    Id-doża rakkomandata ta’ CELSENTRI li ssoltu tingħata hija 150 mg, 300 mg jew 600 mg darbtejn kuljum skont il-mediċini l-oħra li inti tkun qed tieħu fl-istess ħin. Dejjem ħu d-doża rakkomandata mit-tabib tiegħek.


    Persuni bi problemi fil-kliewi

    Jekk għandek problema fil-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jbiddel id-doża tiegħek.


    Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.


    Adoloxxenti u tfal minn sentejn u li jiżnu tal-inqas 10 kg

    It-tabib tiegħek se jiddeċiedi dwar id-doża korretta ta’ CELSENTRI abbażi tal-piż u dwar mediċini oħra li jkunu qed jittieħdu fl-istess ħin.


    CELSENTRI jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. CELSENTRI għandu dejjem jittieħed

    mill-ħalq.


    CELSENTRI irid jittieħed ma’ mediċini oħra għall-kura tal-HIV. Irreferi għall-Fuljetti ta’ Tagħrif ta’ dawn il-mediċini għal gwida dwar kif għandek teħodhom.


    Jekk tieħu jew tagħti CELSENTRI aktar CELSENTRI milli suppost


    Jekk aċċidentalment tieħu jew tagħti wisq CELSENTRI: Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew lill-eqreb sptar immedjatament. Jekk tinsa tieħu jew tagħti CELSENTRI


    Jekk tinsa tieħu (jew il-wild tiegek jinsa jieħu) doża ta’ CELSENTRI, ħu jew agħti d-doża li jmiss

    mill-aktar fis u mbagħad kompli bid-doża tiegħek li jmiss fil-ħin regolari tagħha.


    Jekk ikun wasal il-ħin għad-doża li jmiss, tiħux jew tagħti d-doża li tkun insejt tieħu. Stenna għad- doża li jmiss fil-ħin regolari tagħha.


    M’għandekx tieħu jew tagħti doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk tieqaf tieħu (jew il-wild tiegħek jieqaf jieħu) CELSENTRI

    Ibqa’ ħu CELSENTRI sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.


    Li tieħu l-mediċini tiegħek kuljum fil-ħin korrett huwa importanti billi dan jassigura li l-infezzjoni tal- HIV ma tiżdiedx fil-ġisem tiegħek. Għalhekk, sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx (jew ma jgħidx lill-wild tiegħek) biex twaqqaf (jew biex il-wild tiegħek iwaqqaf) il-kura, huwa importanti li tkompli tieħu (jew li l-wild tiegħek ikompli jieħu) CELSENTRI b’mod korrett, kif deskritt hawn fuq.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi ħaġa mhux tas-soltu dwar saħħtek (jew dwar is-saħħa tal-wild tiegħek).


    Effetti sekondarji serji — fittex għajnuna medika immedjatament Reazzjonijiet allerġiċi jew reazzjonijiet tal-ġilda serji

    Xi persuni li kienu qed jieħdu CELSENTRI żviluppaw reazzjonijiet allerġiċi jew reazzjonijiet tal-ġilda severi u ta’ theddida għall-ħajja. Dawn huma rari u jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 li jkunu qed jieħdu CELSENTRI.


    Jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi li ġejjin,waqt li tkun qed tieħu CELSENTRI:

    • nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn jew fl-ilsien

    • diffikultà biex tieħu nifs

    • raxx tal-ġilda mifrux

    • deni (temperatura għolja)

    • infafet u tqaxxir tal-ġilda, b’mod partikolari madwar il-ħalq, l-imnieħer, l-għajnejn u l-ġenitali.


      Jekk ikollok dawn is-sintomi fittex għajnuna medika immedjatament.Waqqaf CELSENTRI.


      Problemi fil-fwied

      Dawn huma rari u jistgħu jaffettwaw sa persuna 1minn kull 10,000 li qed jieħdu CELSENTRI. Sinjali

      jinkludu:

      • telf ta’ aptit

      • tħossok imdardar jew tirremetti

      • ġilda jew għajnejn jisfaru

      • raxx jew ħakk tal-ġilda

      • tħossok għajjien ħafna

      • uġigħ jew tenerezza fl-istonku

      • awrina skura

      • ħedla u konfużjoni

      • deni (temperatura għolja).


        Ikkuntattja tabib minnufih jekk ikollok dawn is-sintomi. Waqqaf CELSENTRI Effetti sekondarji oħra

        Effetti sekondarji komuni

        Dawn jistgħu jaffettwaw persuna 1 sa 10 minn kull 100):


      • dijarea, tħossok imdardar, uġigħ ta’ żaqq, sintomi relatati mal-gass (gass addominali)

      • telf ta’ aptit

      • uġigħ ta’ ras, problemi ta’ rqad, depressjoni

      • raxx (ara wkoll “Reazzjonijiet allerġiċi jew reazzjonijiet tal-ġilda serji” aktar kmieni f’sezzjoni 4)

      • tħossok dgħajjef jew b’nuqqas ta’ enerġija, anemija (li tintwera fir-riżultat tat-testijiet tad-demm)

      • żieda fl-enzimi tal-fwied (tintwera fir-riżultati tat-testijiet tad-demm), litista’ tkun sinjal ta’ problemi fil-fwied (ara wkoll “Problemi fil-fwied” aktar kmieni f’sezzjoni 4).


        Effetti sekondarji mhux komuni

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1minn kull 100


      • infezzjoni fil-pulmun

      • infezzjoni ta’ fungus fil-kanal tal-ikel (esofagu)

      • attakki tal-qamar (attakki ta’ puplesija)

      • tħossok sturdut/a, iħossok ħażin jew debboli meta tqum bil-wieqfainsuffiċjenza tal-kliewi, proteina fl-awrina

      • żieda f’sustanza magħrufa bħala CPK (tintwera fir-riżultati tat-testijiet tad-demm) li hija sinjal li l-

        muskoli huma infjammati jew saritilhom il-ħsara.


        Effetti sekondarji rari

        Dawnjistgħu jaffettwaw sa persuna 1minn kull 1,000):


      • uġigħ fis-sider (minħabba tnaqqis fil-provvista tad-demm lejn il-qalb)

      • nuqqas fid-daqs tal-muskolu

      • tipi ta kanċer bħal tal-kanal tal-ikel (esofagu) u fil-kanal li jwassal il-bili mill-fwied għall-musrana

      • tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli tad-demm


        Effetti sekondarji possibbli oħra ta’ terapija kombinata għall-HIV


        Il-persuni li jkunu qed jieħdu terapija kombinata għall-HIV jista’ jkollhom effetti sekondarji oħra.

        Sintomi ta’ infezzjoni u infjammazzjoni

        Persuni b’infezzjoni tal-HIV avvanzata (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfin, u għandhom aktar probabbiltà li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta jibdew il-kura, is- sistema immuni ssir aktar b’saħħitha, u għalhekk il-ġisem jibda jiġġieled l-infezzjonijiet.


        Jistgħu jiżviluppaw sintomi ta’ infezzjoni u infjammazjoni, ikkawżati minn jew:


    • infezzjonijet antiki, moħbijin li jerġgħu jibdew jidhru hekk kif il-ġisem jiġġilidhom


    • is-sistema immuni li tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu (disturbi awtoimmuni).


      Is-sintomi ta’ disturbi awtoimmuni jistgħu jiżviluppaw ħafna xhur wara li tibda tieħu l-mediċina

      biex tikkura l-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Is-sintomi jistgħu jinkludu:


    • dgħufija fil-muskoli


    • dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li timxi ʼl fuq sat-tronk tal-ġisem

    • palpitazzjonijiet jew rogħda

    • attività eċċessiva (aġitazzjoni u movimenti eċċessivi).


    Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi ta’ infezzjoni jew jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi ta’ hawn fuq:


    Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

    Uġigħ fil-ġogi, ebusija jew problemi fl-għadam

    Xi persuni li jieħdu terapija kombinata għall-HIV jiżviluppaw kondizzjoni li tissejjaħ osteonekrosi. B’din il-kondizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam imut minħabba tnaqqis fil-provvista ta’ demm għall-għadam.


    Mhux magħruf kemm hi komuni din il-kondizzjoni. Inti jkollok probabbiltà akbar li tiżviluppaha:


  5. Kif taħżen CELSENTRI


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa, folja jew tikketta tal-flixkun. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar


    Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kondizzjonijiet speċjali għall-ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih CELSENTRI



Qalba tal-pillola: cellulose microcrystalline, calcium hydrogen phosphate anhydrous, sodium starch glycolate, magnesium stearate


Kisja tar-rita: poly (vinyl alcohol), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc, leċitina tas- sojja, indigo carmine aluminium lake (E132).


Kif jidher CELSENTRI u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli miksijin b’rita CELSENTRI huma ta’ lewn blu mnaqqxa b’“MVC 25”, “MVC 75”, “MVC 150” jew “MVC 300”.


Il-pilloli miksijin b’rita CELSENTRI ta’ 25 mg u 75 mg jiġu fi fliexken ta’ 120 pillola.

Il- pilloli miksijin b’rita CELSENTRI ta’ 150 mg u 300 mg jiġu fi fliexken ta’ 180 pillola jew f’pakketti ta’ folji ta’ 30, 60, 90 pillola miksijin b’rita u pakketti multipli li fihom 180 (2 pakketti

ta’ 90) pillola miksija b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’kull pajjiż.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

ViiV Healthcare BV, Van Asch van Wijckstraat 55H, 3811 LP Amersfoort, In-Netherlands.


Manifattur

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH, Betriebsstātte Freiburg, Mooswaldallee 1, 79090 Freiburg, Il-Ġermanja.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien ViiV Healthcare srl/bv Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 65 00

Lietuva

ViiV Healthcare BV Tel: +370 80000334


България

ViiV Healthcare BV

Teл.: +359 80018205

Luxembourg/Luxemburg ViiV Healthcare srl/bv Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 65 00


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország ViiV Healthcare BV Tel.: +36 80088309


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

ViiV Healthcare BV Tel: +356 80065004


Deutschland

ViiV Healthcare GmbH Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

viiv.med.info@viivhealthcare.com

Nederland

ViiV Healthcare BV Tel: + 31 (0)33 2081199


Eesti

ViiV Healthcare BV Tel: +372 8002640

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


Ελλάδα

GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L.

Tel: +34 900 923 501

es-ci@viivhealthcare.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

ViiV Healthcare SAS Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

Infomed@viivhealthcare.com

Portugal

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL, LDA. Tel: + 351 21 094 08 01

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com

Hrvatska

ViiV Healthcare BV Tel: +385 800787089

România

ViiV Healthcare BV Tel: +40 800672524


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija

ViiV Healthcare BV Tel: +386 80688869


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika ViiV Healthcare BV Tel: +421 800500589


Italia

ViiV Healthcare S.r.l. Tel: + 39 (0)45 7741600

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com


Κύπρος

ViiV Healthcare BV

Τηλ: +357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

ViiV Healthcare BV Tel: +371 80205045

United Kingdom (Northern Ireland)

ViiV Healthcare BV Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}



a.eu.