Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Lamivudine/Zidovudine Teva
lamivudine, zidovudine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Lamivudine/Zidovudine Teva 150 mg/300 mg pilloli miksijin b’rita

lamivudine/zidovudine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.



  1. X’inhu Lamivudine/ZidovudineTeva u għalxiex jintuża Lamivudine/Zidovudine Teva jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal-

    immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.


    Lamivudine/Zidovudine Teva fih żewġ sustanzi attivi li jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV: lamivudine u zidovudine. It-tnejn li huma jagħmlu parti minn grupp ta’ mediċini antiretrovirali msejħa inibituri ta’ reverse transcriptase analogi għal nucleoside (NRTI).


    Lamivudine/Zidovudine Teva ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.


    Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Lamivudine/Zidovudine Teva bl-istess mod. It-tabib tiegħek

    jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Lamivudine/ZidovudineTeva


    Tiħux LamivudineZidovudine Teva

    • jekk inti allerġiku għal lamivudine jew zidovudine, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-

      mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

    • jekk għandek l-għadd ta’ ċelluli tad-demm baxx ħafna (anemija severa) jew għadd ta’ ċelluli ħomor baxx ħafna (newtropenija).


      Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li xi waħda minn dawn tapplika għalik.


      Oqgħod attent ħafna b’Lamivudine/Zidovudine Teva

      Xi persuni li jieħdu Lamivudine/Zidovudine Teva jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:

    • jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

    • jekk għandek mard tal-kliewi

    • jekk inti għandek piż żejjed b’mod serju (speċjalment jekk inti mara)


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk is-sustanzi attivi ikunux adattati għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.


      Oqgħod attent għal sintomi importanti

      Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva.

      Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’ f’Sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

      Ipproteġi persuni oħra

      Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor). Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva.


      Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.


      Mediċini oħra u Lamivudine/Zidovudine Teva

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva.


      Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Lamivudine/Zidovudine Teva:

    • prodotti mediċinali oħra li fihom lamivudine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV jew tal-epatite B

    • emtricitabine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV

    • stavudine jew zalcitabine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV

    • ribavirin, jew injezzjonijiet ta’ ganciclovir biex tikkura infezzjonijiet virali

    • dożi għoljin ta’ co-trimoxazole (antibijotiku)

    • cladribine, użata biex tikkura l-lewkimja taċ-ċelluli ċiljati

      Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.


      Xi mediċini jistgħu jżidu l-probabbiltà li inti jkollok effetti sekondarji, jew iġgħielu l-effetti sekondarji jmorru għall-agħar. Dawn jinkludu:

    • sodium valproate, biex jikkura l-epilessija

    • interferon, biex jikkura infezzjonijiet virali

    • pyrimethamine, biex jikkura l-malarja u infezzjonijiet parassitiċi oħra

    • dapsone, biex jilqa’ kontra pulmonite u biex jikkura infezzjonijiet fil-ġilda

    • fluconazole jew flucytosine, biex jikkura infezzjonijiet bil-fungu bħal candida

    • pentamidine jew atovaquone, biex jikkura infezzjonijiet parassitiċi bħal pulmonite b’Pneumocystis jirovecii (ħafna drabi ssir referenza għaliha bħala PCP [Pneumocystis jirovecii pneumonia])

    • amphotericin jew co-trimoxazole, biex jikkura infezzjonijiet bil-fungu u bil-batterji

    • probenecid, biex jikkura l-gotta u kundizzjonijiet jixbhuha, u jingħata ma’ xi antibijotiċi biex jagħmilhom aktar effettivi

    • methadone, jintuża bħala sostitut tal-eroina

    • vincristine, vinblastine jew doxorubicin, biex jikkuraw il-kanċer.

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.


      Xi mediċini jkollhom interazzjoni ma’ Lamivudine/Zidovudine Teva

      Dawn jinkludu:

    • clarithromycin, antibijotiku

      jekk qed tieħu clarithromycin, hu d-doża tiegħek mill-anqas sagħtejn qabel jew wara li tieħu

      Lamivudine/Zidovudine Teva.

    • phenytoin, biex jikkura l-epilessija.

      Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu phenytoin. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jimmonitorjak waqt li tkun qed tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva.

    • mediċini (normalment likwidi) li fihom sorbitol u alkoħol ieħor taz-zokkor (bħal xylitol, mannitol, lactitol jew maltitol), jekk jittieħdu regolarment.


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tiġi kkurat b’xi waħda minn dawn.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Lamivudine/Zidovudine Teva u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk tkun ħadt Lamivudine/Zidovudine Teva waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jirrikjedi li jsiru testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħrajn biex jimmonitorja l- iżvilupp tal-wild tiegħek. Fi tfal li ommhom tkun ħadet NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-ħarsien kontra l-HIV kien ikbar mir-riskju tal-effetti sekondarji.


      Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’

      tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

      Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Lamivudine/Zidovudine Teva jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

      Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

      Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament. Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Lamivudine/Zidovudine Teva jista’ jġiegħelek tistordi u għandu effetti sekondarji oħra li. bihom tkun anqas pront.

      Issuqx u tħaddimx magni jekk m’intix tħossok f’siktek.


      Lamivudine/Zidovudine Teva fih is-sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa

      mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Ibla’ l-pilloli Lamivudine/Zidovudine Teva ma’ ftit ilma. Lamivudine/Zidovudine Teva jista’ jittieħed

    mal-ikel jew mingħajru.


    Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d- doża kollha minnufih.

    Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

    Lamivudine/Zidovudine Teva jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda tiegħek milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.


    Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva mingħajr il- parir tat-tabib tiegħek.


    Id-doża rakkomandata hija


    Tfal u adoloxxenti li jiżnu 30 kg jew aktar:

    Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine/Zidovudine Teva hija pillola waħda darbtejn kuljum.


    Hu l-pilloli f’ħinijiet regolari, filwaqt li tħalli madwar 12-il siegħa bejn pillola u oħra.


    Tfal li jiżnu bejn 21 u 30 kg

    Id-doża ta’ Lamivudine/Zidovudine Teva li s-soltu wieħed jibda biha hija nofs pillola (½) li tittieħed filgħodu u pillola waħda sħiħa li tittieħed filgħaxija.


    Tfal li jiżnu bejn 14 u 21 kg

    Id-doża ta’ Lamivudine/Zidovudine Teva li s-soltu wieħed jibda biha hija nofs pillola (½) li tittieħed filgħodu u nofs pillola (½) li tittieħed filgħaxija.


    Għal tfal li jiżnu anqas minn 14-il kg lamivudine u zidovudine (is-sustanzi ta’ Lamivudine/Zidovudine Teva) għandhom jittieħdu separatament.


    Jekk għandek xi problema fil-kliewi, id-doża tiegħek tista’ tinbidel.

    Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.


    Jekk tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tieħu ż-żejjed Lamivudine/Zidovudine Teva għid b’dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar qrib tiegħek għal aktar pariri.


    Jekk tinsa tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva

    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura tiegħek bħal qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il-bidliet.


    Il-kura b’Lamivudine/Zidovudine Teva ħafna drabi tikkawża tnaqqis fix-xaħam mir-riġlejn, mid- dirgħajn u mill-wiċċ (lipoatrofija). Dan it-tnaqqis ta’ xaħam fil-ġisem intwera li mhuwiex kompletament riversibbli wara li twaqqaf zidovudine. It-tabib tiegħek għandu jissorvelja għal sinjali ta’ lipoatrofija. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi tnaqqis ta’ xaħam mir-riġlejn, mid-dirgħajn, u mill- wiċċ. Meta jseħħu dawn is-sinjali, Lamivudine/Zidovudine Teva għandu jitwaqqaf u l-kura tal-HIV tiegħek tinbidel.

    Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Lamivudine/Zidovudine Teva jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV innifisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdiliet f'saħħtek.


    Flimkien mal-effetti sekondarji għal Lamivudine/Zidovudine Teva elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li tittieħed terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

    Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’.


    Effetti sekondarji komuni ħafna

    Dawn jistghu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10:

    • Uġigħ ta ras

    • Tħossok mdardar (tqalligħ)


      Effetti sekondarji komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

    • taqla’ (rimettar)

    • dijarea

    • uġigħ fl-istonku

    • telf t’aptit

    • tħossok stordut

    • għeja, nuqqas ta’ enerġija

    • deni (temperatura għolja)

    • tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

    • diffikultà biex torqod (insomnja)

    • uġigħ u skonfort fil-muskoli

    • uġigħ fil-ġogi

    • sogħla

    • mnieħer irritat jew inixxi

    • raxx fil-ġilda

    • jaqa’ x-xagħar (alopeċja).


      Effetti sekondarji komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

    • għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija jew

      lewkopenija)

    • żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied

    • żieda fl-ammont ta’ bilirubin fid-demm (sustanza li jipproduċiha l-fwied) li tista’ ġġiegħel il- ġilda tiegħek tidher safra.


      Effetti sekondarji mhux komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

    • tħossok bla nifs

    • gass

    • ħakk

    • dgħjufija fil-muskoli.


      Effett sekondarju mhux komuni li jista’ jidher minn testijiet tad-demm huwa:

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija) jew kull tip ta’

      ċelluli tad-demm (panċitopenija)


      Effetti sekondarji rari

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000:

    • reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ, l-ilsien jew il-gerżuma li tista’ twassal għal diffikultà biex wieħed jibla' jew jieħu n-nifs

    • disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

    • aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm; ara s-sezzjoni li jmiss ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’)

    • infjammazzjoni tal

    • -frixa (pankrejatite)

    • uġigħ fis-sider, mard tal-muskolu tal-qalb (kardjomijopatija)

    • aċċessjonijiet (konvulżjonijiet)

      • Tħossok dipress jew anzjuż, ma tkunx tista’ tikkonċentra, tħossok bi ngħas

    • indiġestjoni, disturb fit-togħma

    • tibdil fil-kulur tad-dwiefer, tal-ġilda jew tal-ġilda fuq ġewwa ta’ ħalqek

    • tħossok qisek għandek l-influwenza – tkexkix ta’ bard u għaraq

    • tħoss tingiż fil-ġilda (torqodlok))

    • sensazzjoni ta’ dgħjufija fir-riġlejn u fid-dirgħajn

    • diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

    • titrix

    • tgħaddi l-awrina b’mod aktar frekwenti

    • tkabbir tas-sider fl-irġiel.


      Effetti sekondarji rari li jistgħu jidhru f’testijiet tad-demm huma:

    • żieda f’enzima msejħa amylase.

    • mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l- ħomor).


      Effetti sekondarji rari ħafna

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:


      Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

    • mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli tad-demm ħomor jew bojod ġodda (anemija aplastika).


      Jekk ikollok effetti sekondarji

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.


      Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV

      Terapija b’taħlita ta’ mediċini bħal Lamivudine/Zidovudine Teva tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.


      Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa

      Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbiltà akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il-persuni jibdew il- kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis- sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l- infezzjonijiet.


      Minbarra infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kondizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessuti f’saħħithom tal-ġisem ) wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu diversi xhur wara l-bidu tal-kura tiegħek. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħra bħal dgħjufija fil-muskoli, dgħjufija li

      tibda fl-idejn u s-saqajn u timxi ’l fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament għall-kura meħtieġ.


      Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Lamivudine/Zidovudine Teva:

      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.


      Aċidożi lattika hija effett sekondarju rari iżda serju

      Xi persuni li jkunu qed jieħdu Lamivudine/Zidovudine Teva, jiżviluppaw kundizzjoni msejħa aċidożi

      lattika, flimkien ma’ fwied kbir aktar mis-soltu.


      Aċidożi lattika tiġi kkawżata minn aċidu lattiku li jinġemgħa fil-ġisem. Hija rari; jekk isseħħ, ġeneralment tiżviluppa wara ftit xhur ta’ kura. Hija tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja, billi tikkawża insuffiċjenza tal-organi interni.


      L-aċidożi lattika hija aktar probabbli li tiżviluppa f’persuni li għandhom mard tal-fwied, jew f’persuni

      b’esagerazzjoni ta’ piż żejjed (ħoxnin ħafna), speċjalment in-nisa.


      Sinjali ta’ aċidożi lattika jinkludu:

    • Tieħu nifs fil-fond, mgħaġġel, bi tbatija

    • ħedla tan-ngħas

    • titrix jew dgħjufija fid-dirgħajn u r-riġlejn

    • tħossok imdardar (nawsja), taqla’ (rimettar)

    • uġigħ fl-istonku.


      Waqt il-kura tiegħek, it-tabib jimmonitorjak għal sinjali ta’ aċidożi lattika. Jekk ikollok kwalunkwe sintomu minn dawn imsemmijin hawn fuq, jew xi sintomi oħra li jinkwetawk:

      Ara t-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.


      Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

      Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostejonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam imutu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il-kundizzjoni:

    • jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

    • jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

    • jekk jixorbu l-alkoħol

    • jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

    • jekk għandhom piż żejjed.


      Sinjali ta’ ostejonekrożi jinkludu:

    • ebusija fil-ġogi

    • uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

    • diffikultà biex tiċċaqlaq.

      Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi:

      Għid lit-tabib tiegħek.


      Effetti oħra jistgħu jidhru mit-testijiet tad-demm

      Terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV tista’ tikkawża wkoll:

    • żieda fil-livelli ta’ aċidu lattiku fid-demm, li f’okkazzjonijiet rari tista’ twassal għal aċidożi

    lattika


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

    sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

    image

    direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

    effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Lamivudine/Zidovudine Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur jew il-kartuna u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali ma jeħtieġ ebda kundizzjoni speċjali ta’ ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Lamivudine/Zidovudine Teva Pharma BV



Kif jidher Lamivudine/Zidovudine Teva u l-kontenut tal-pakkett


Pillola bajda, f’għamla ta’ kapsula mżaqqa fuq żewġ naħat, miksija b’rita u bil-ferq - li fuqha hemm

mnaqqax “L/Z” fuq naħa waħda u “150/300” fuq naħa oħra.


Il-pillola tista’ tinqasam.


Lamivudine/Zidovudine Teva jiġi f’folji tal-aluminju jew reċipjenti tal-HDPE li fihom 60 pillola.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Teva B.V. Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifatturi


Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13

Debrecen H-4042 L-Ungerija


Pharmachemie B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda

Teva Operations Poland Sp. z.o.o. 80 Mogilska St.

31-546 Krakow Poland


Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Strasse 3

89143 Blaubeuren Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Teл: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg ratiopharm GmbH Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49 73140202


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 73140202

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E.

Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524

Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E.

Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


.