Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Novem
meloxicam


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Novem 5 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar u l-majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtori zza zzj oni għat -t qegħi d f is -suq Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    55216 Ingelheim/Rhein IL-ĠERMANJA


    Manifattur r es ponsa bbli għal l -ħrug tal -lott: Labiana Life Sciences S.A.

    Venus, 26

    Can Parellada Industrial 08228 Terrassa SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Novem 5 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar u l-majjali. Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru fih:

    Meloxicam 5 mg

    Ethanol 150 mg Soluzzjoni safra ċara.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Baqar:

    Għall-użu fi żmien ta’ infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata biex ittaffi s-sintomi kliniċi tal-marda fil-baqar.

    Għall-użu fit-trattament ta’ dijarea flimkien ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, biex jitnaqqsu s-sintomi kliniċi f’għoġġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew frieħ baqar ta’ età żgħira.

    Għas-solliev tal-uġigħ ta' wara l-operazzjoni wara t-tneħħija tal-qrun fl-għoġġiela.


    Majjali:

    Għall-użu waqt mard mhux infettiv tal-mixi biex jitnaqqsu s-sintomi ta’ meta l-annimal ikun qed izappap u dawk ta’ l-infjammazzjoni.

    Għas-solliev mill-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni assoċjat ma’ kirurġija minuri fuq tessut artab bħal kastrazzjoni.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.

    Għat-trattament tad-dijarea fil-baqar, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa. Tużax fuq majjali li jkollhom inqas minn jumejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Fil-baqar, nefħa ħafifa temporanja biss fis-sit tal-injezzjoni wara l-għoti taħt il-ġilda ġiet osservata f’inqas minn 10% tal-baqar li kienu ttrattati fi studji kliniċi.


    Reazzjonijiet anafilattojdi, li jistgħu jkunu serji (inklużi fatali) ġew osservati rarament ħafna minn esperjenza ta’ sigurtà ta’ wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jiġu trattati b’mod sintomatiku.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar (għoġġiela u baqar żgħar) u majjali


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda b’dożaġġ ta’ 0.5 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e. 10.0 ml / 100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-

    ġdid, skond kif ikun xieraq.


    Majjali:

    Disturbi fil-mixi:

    Injezzjoni waħda fil-muskolu b’dożaġġ ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e. 2.0 ml / 25 kg ta’ piż tal-ġisem). Jekk ikun meħtieġ, it-tieni doża ta’ meloxicam tista’ tingħata wara 24 siegħa.


    Tnaqqis tal-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni:

    Injezzjoni waħda ġol-muskoli b’dożaġġ ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam/kilogramm ta’ piż tal-ġisem (i.e.

    0.4 ml/5 kg ta’ piż tal-ġisem) qabel l-operazzjoni.

    Attenzjoni partikulari għandha tingħata fir-rigward tal-preċiżjoni tad-dożaġġ li tinkludi l-użu ta’ tagħmir adattat li jkejjel id-dożaġġ u stima bir-reqqa tal-piż tal-ġisem.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Baqar: Laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il ġurnata Majjali: Laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ġranet

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 jum.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza indikata fuq il-kaxxa tal-kartun u

    fuq il-flixkun wara JIS.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Trattament ta' għoġġiela b'Novem 20 minuta qabel it-tneħħija tal-qrun tnaqqas l-uġigħ ta' wara l- operazzjoni. Novem waħdu mhux se jipprovdi solliev adegwat tal-uġigħ waqt il-proċedura tat-tneħħija tal-qrun. Biex tikseb solliev adegwat tal-uġigħ waqt l-operazzjoni, medikazzjoni fl-istess ħin b'analġesiku adattat hi meħtieġa.


    Kura ta’ majjali b’Novem qabel il-kastrazzjoni tnaqqas l-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni. Biex jinkiseb solliev mill-uġigħ matul l-operazzjoni, ko-medikazzjoni b’anestetiku/sedattiv adattat hi meħtieġa.


    Biex tikseb l-aħjar effett possibbli biex jittaffa l-uġigħ wara operazzjoni, Novem għandu jingħata 30 minuta qabel intervent kirurġiku.


    Pre kawzj oni ji et għal l -użu fl-annimali:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il- parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali li huma deidratati, ipovolaemiċi jew ipotensivi severament, li jkunu jeħtieġu

    idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal- kliewi.


    Pre kawzj oni ji et li għandhom ji tt ieħdu mi ll -persuna li tamministra l-prodott m edi ċi nal i veterinarju lill- annimali:

    Injezzjoni aċċidentali tiegħek nnifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Nies li huma sensittivi għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta’

    tagħrif jew it-tikketta.

    Dan il-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn laħlaħ sewwa immedjatament bl-ilma.


    Tqala u tr eddi għ

    Baqar: Jista’ jintuża waqt it-tqala.

    Majjali: Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ.


    Int er azz joni m a’ pr odot ti medi ċi nal oħr aj n u f or om oħraj n t a’ i nt eraz zj oni :

    M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi anti-infjammatorji oħrajn mhux sterojdi jew ma’ antikoagulanti.


    Doża eċċe ssi va ( si nt om i , proċe dur i t a’ em erġenza, a ntidoti): F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun b’kunjett wieħed jew 12-il kunjett tal-ħġieġ mingħajr kulur għall-injezzjoni, ta’ 20 ml, 50 ml jew 100 ml, mingħajr kulur.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Novem 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar u majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtori zza zzj oni għat -t qegħi d f is -suq Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    55216 Ingelheim/Rhein IL-ĠERMANJA


    Ma nif at t ur r es ponsa bbli għal l -ħrug tal -lott: Labiana Life Sciences S.A.

    Venus, 26

    Can Parellada Industrial 08228 Terrassa SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Novem 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar u majjali Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru fih:

    Meloxicam 20 mg

    Ethanol 150 mg Soluzzjoni safra ċara.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Baqar:

    Għall-użu fi żmien ta’ infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata biex ittaffi s-sintomi kliniċi tal-marda fil-baqar.

    Għall-użu fit-trattament ta’ dijarea flimkien ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, biex jitnaqqsu s-sintomi kliniċi f’għoġġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew frieħ baqar ta’ età żgħira li mhumiex qed jerdgħu

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ mastite akuta, flimkien ma’ terapija antibijotika. Għas-solliev tal-uġigħ ta' wara l-operazzjoni wara t-tneħħija tal-qrun fl-għoġġiela.


    Majjali:

    Għall-użu waqt mard mhux infettiv tal-mixi biex jitnaqqsu s-sintomi ta’ meta l-annimal ikun qed izappap u dawk ta’ l-infjammazzjoni.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ settiċemija puwerperali u tossemija (sindrome mastite- metrite-agalaktja) flimkien ma’ terapija antibijotika adattata.

  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.

    Għat-trattament tad-dijarea fil-baqar, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Fil-baqar kienet osservata biss nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit ta’ l-injezzjoni wara l-għoti taħt il- ġilda, f’inqas minn 10% tal-baqar li kienu ttrattati fi studji kliniċi.


    Reazzjonijiet anafilattojdi, li jistgħu jkunu serji (inklużi fatali) ġew osservati rarament ħafna minn esperjenza ta’ sigurtà ta’ wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jiġu trattati b’mod sintomatiku.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar u majjali


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda b’dożaġġ ta’ 0.5 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e.

    2.5 ml/100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, skond kif ikun xieraq.


    Majjali:

    Injezzjoni waħda fil-muskolu b’dożaġġ ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e.

    2.0 ml/100 / kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, kif ikun xieraq. Jekk ikun meħtieġ, it-tieni doża ta’ meloxicam tista’ tingħata wara 24 siegħa.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Baqar: Laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il ġurnata; ħalib: 5 ġranet Majjali: Laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ġranet

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 jum

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza indikata fuq il-kaxxa tal-kartun u fuq il-kunjett wara JIS.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Trattament ta' għoġġiela b'Novem 20 minuta qabel it-tneħħija tal-qrun tnaqqas l-uġigħ ta' wara l- operazzjoni. Novem waħdu mhux se jipprovdi solliev adegwat tal-uġigħ waqt il-proċedura tat-tneħħija tal-qrun. Biex tikseb solliev adegwat tal-uġigħ waqt l-operazzjoni, medikazzjoni fl-istess ħin b'analġesiku adattat hi meħtieġa.


    Pre kawzj oni ji et għal l -użu fl-annimali

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il- parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali li huma deidratati, ipovolaemiċi jew ipotensivi severament, li jkunu jeħtieġu

    idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal- kliewi.


    Pre kawzj oni ji et li għandhom ji tt ieħdu mi ll -persuna li tamministra l-prodott m edi ċi nal i vet er inarj u veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali tiegħek nnifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Nies li huma sensittivi għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta’

    tagħrif jew it-tikketta.

    Dan il-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn laħlaħ sewwa immedjatament bl-ilma.


    Tqala u tr eddi għ

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ.


    Int er azz joni m a’ pr odot ti medi ċi nal oħr aj n u f or om oħraj n t a’ i nt eraz zj oni :

    M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi oħrajn mhux sterojdiċi u anti- infjammatorji jew ma’ mediċini antikoagulanti.


    Doża eċċe ssi va ( si nt om i , proċe dur i t a’ em erġenza, a nt idot i) : F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun b’kunjett wieħed jew 12-il kunjett tal-ħġieġ għall-injezzjoni ta’ 20 ml, 50 ml jew 100 ml, mingħajr kulur.

Kaxxa tal-kartun b’kunjett wieħed jew 6 kunjetti tal-ħġieġ għall-injezzjoni ta’250 ml, mingħajr kulur.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Novem 40 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għal baqar


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtori zza zzj oni għat -t qegħi d f is -suq Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    55216 Ingelheim/Rhein

    IL-ĠERMANJA


    Ma nif at t ur r es ponsa bbli għal l -ħruġ tal -lott Labiana Life Sciences S.A.

    Venus, 26

    Can Parellada Industrial 08228 Terrassa SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Novem 40 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għal baqar Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru fih:

    Sustanza attiva:

    Meloxicam 40 mg


    Ingredjent ieħor:

    Ethanol 150 mg


    Soluzzjoni safra ċara


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għall-użu fi żmien ta’ infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata biex ittaffi s-sintomi kliniċi tal-marda fil-baqar.

    Għall-użu fit-trattament ta’ dijarea flimkien ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, biex jitnaqqsu s-sintomi kliniċi f’għoġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew frieħ baqar ta’ età żgħira li mhumiex qed jerdgħu.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ mastite akuta, flimkien ma’ terapija antibijotika. Għas-solliev tal-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni wara t-tneħħija tal-qrun fl-għoġiela.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.

    Għat-trattament tad-dijarea fil-baqar, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Nefħa ħafifa temporanja biss fis-sit tal-injezzjoni wara l-għoti taħt il-ġilda ġiet osservata f’inqas minn 10% tal-baqar li kienu ttrattati fi studji kliniċi.


    Reazzjonijiet anafilattojdi, li jistgħu jkunu serji (inklużi fatali) ġew osservati rarament ħafna minn esperjenza ta’ sigurtà ta’ wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jiġu trattati b’mod sintomatiku.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TAAMMINISTRAZZJONI


    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda, b’doża ta’ 0.5 mg ta’ meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem (i.e.

    1.25 ml/100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, kif ikun xieraq.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il ġurnata; ħalib: 5 ġranet.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li l-kontenitur jinfetaħ għall-ewwel darba: 28 jum.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data tal-iskadenza li hemm fuq il-kartuna u t- tikketta wara JIS.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċj al i ghal kul l spe ci għal x’ hiex huwa i ndi kat :

    Trattament ta’ għoġiela b'Novem 20 minuta qabel it-tneħħija tal-qrun inaqqas l-uġigħ ta’ wara l- operazzjoni. Novem waħdu mhux se jipprovdi solliev adegwat tal-uġigħ waqt il-proċedura tat-tneħħija

    tal-qrun. Biex tikseb solliev adegwat tal-uġigħ waqt l-operazzjoni, medikazzjoni fl-istess ħin b’ analġesiku adattat hi meħtieġa.


    Pre kawzj oni ji et speċ jali għal l -użu fl -annimali:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il- parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali li huma deidratati, ipovolaemiċi jew ipotensivi severament, li jkunu jeħtieġu

    idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal- kliewi.


    Pre kawzj oni ji et speċ jali li għandhom ji tti eħdu mi ll -persuna li tamministra l-pr odott mediċi nali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali fuqek innifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Nies li huma sensittivi għal Mediċini

    Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Minħabba r-riskju li tinjetta lilek innifsek b'mod aċċidentali u l-effetti avversi magħrufa tal-klassi ta’ NSAIDs u inibituri oħrajn ta' prostaglandin fuq it-tqala u/jew l-iżvilupp embrijofetali, il-prodott mediċinali veterinarju m’ għandux jingħata minn nisa tqal jew minn nisa li jkun qed jippruvaw joħorġu tqal.

    Dan il-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn laħlaħ sewwa immedjatament bl-ilma.


    Tqal a u tr eddi għ

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ.


    Int er azz joni m a’ pr odot ti medi ċi nal i oħra j ew f orom oħr a ta’ interazzjoni:

    M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi NSAIDs oħrajn jew ma’ mediċini antikoagulanti.


    Doża eċċe ssi va ( si nt om i , proċe dur i t a’ em erġenza, a nt idot i) : F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet maġġur i.

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TAPRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakkett ta’ kunjett jew 12-il kunjett tal-ħġieġ mingħajr kulur għall-injezzjoni ta’ 50 ml jew 100 ml. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.