Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ryzodeg
insulin degludec, insulin aspart

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Ryzodeg 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

70% insulina degludec / 30% insulina aspart


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: /.

Istruzzjonijiet dwar kif tuża Ryzodeg 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest (FlexTouch)


Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet li ġejjin bl-attenzjoni qabel ma tuża l-pinna mimlija għal- lest FlexTouch tiegħek.

Jekk ma ssegwix sew l-istruzzjonijiet, tista’ tieħu ftit wisq jew żżejjed ta’ insulina, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq.


Tużax il-pinna mingħajr taħriġ kif suppost mit-tabib jew l-infermier tiegħek.

Ibda billi tiċċekkja l-pinna tiegħek biex tiżgura li fiha Ryzodeg 100 unità/ml, imbagħad ħares lejn l- istampi hawn taħt biex issir familjari mal-partijiet differenti tal-pinna u l-labra tiegħek.


Jekk inti persuna għamja jew għandek vista batuta u ma tistax taqra il-kontatur tad-doża fuq il- pinna tużax din il-pinna mingħajr għajnuna. Ikseb għajnuna mingħand persuna b’vista tajba li tkun imħarrġa biex tuża l-pinna mimlija għal-lest Ryzodeg FlexTouch.


Il-pinna tiegħek hi pinna tal-insulina mimlija għal-lest tat-tip isselezzjona doża u li fiha 300 unità ta’ insulina. Tista’ tagħżel massimu ta’ 80 unità f’kull doża, f’gradi ta’ 1 unità. Il-pinna tiegħek hi maħsuba biex tintuża ma’ labar NovoTwist jew NovoFine li jintużaw darba biss u li jintremew wara l- użu u li jkollhom tul sa 8 mm.


image Tagħrif importanti

Oqgħod attent ħafna għal dawn in-noti għax huma importanti għall-użu korrett tal-pinna.

Ryzodeg pinna mimlija għal-lest u labra (eżempju) (FlexTouch)


Għatu tal- pinna


Skala tal- insulina

Tieqa tal-

Ryzodeg

FlexTouch

insulina


Tikketta

tal-pinna


Kontatur tad- doża

Indikatur tad-

doża


Selettur

tad-doża

Buttuna tal- injezzjoni

Għatu ta’ barra tal- labra


Għatu ta’ ġewwa

tal-labra


Labra


Siġill

protettiv


Buttuna tal- injezzjoni b’3 linji


image

1 Ipprepara l-pinna tiegħek