Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pergoveris
follitropin alfa, lutropin alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Pergoveris 150 IU/75 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

follitropin alfa/lutropin alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Pergoveris u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Pergoveris

  3. Kif għandek tuża Pergoveris

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Pergoveris

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Pergoveris u għalxiex jintuża


    X’inhu Pergoveris

    Pergoveris soluzzjoni għall-injezzjoni fih żewġ sustanzi attivi differenti li jissejħu “follitropin alfa” u “lutropin alfa”. It-tnejn jagħmlu parti mill-familja ta’ ormoni msejħa “gonadotropini”, li huma involuti fir-riproduzzjoni u fil-fertilità.


    Għalxiex jintuża Pergoveris

    Din il-mediċina tintuża biex tistimula l-iżvilupp ta’ follikuli (kull waħda jkun fiha bajda) fl-ovarji tiegħek. Dan sabiex jgħinek toħroġ tinqabad tqila. Għandu jintuża f’nisa adulti (18-il sena jew aktar) li għandhom livelli baxxi (nuqqas serju) ta’ “ormon ta’ stimulazzjoni tal-follikuli” (FSH) u tal-“ormon luteinizzatur” (LH). Normalment, dawn in-nisa mhumiex fertili.


    Kif jaħdem Pergoveris

    Is-sustanzi attivi f’Pergoveris huma kopji tal-ormoni FSH u LH naturali. Fil-ġisem tiegħek:

    • FSH jistimula l-produzzjoni tal-bajd

    • LH jistimula l-bajda li tinħeles.


      Billi jissostitwixxi l-ormoni neqsin, Pergoveris jippermetti lin-nisa b’livelli baxxi ta’ FSH u LH li jiżviluppaw follikolu. Imbagħad dan jerħi bajda, wara injezzjoni tal-ormon “gonadotropin kroniku uman (hCG)”. Dan jgħin lin-nisa jinqabdu tqal.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Pergoveris


    Qabel ma tibda l-kura għandha tiġi eżaminata l-fertilita tiegħek u tas-sieħeb tiegħek minn tabib b’esperjenza fil-kura ta’ disturbi fil-fertilità.


    Tużax Pergoveris

    • jekk inti allerġiku għal mediċini li fihom l-ormon li jistimula l-follikolu (FSH), ormon luteinizzanti (LH) jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6)

    • jekk għandek xi tumuri fil-moħħ (fl-ipotalamu jew fil-glandola pitwitarja tiegħek)

    • jekk għandek ovarji kbar jew membrani mimlijin bi fluwidu fl-ovarji (ċisti fl-ovarji) ta’ oriġini mhux magħrufa

    • jekk għandek xi ħruġ ta’ demm mill-vaġina li l-kawża tiegħu ma tkunx magħrufa

    • jekk għandek kanċer fl-ovarji, l-utru jew fis-sider

    • jekk għandek kundizzjoni li tagħmel tqala normali impossibbli, bħala menopawsa bikrija jew

      organi sesswali malformati, jew tumuri beninni fil-ġuf.


      Tużax din il-mediċina jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċerta, kellem lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Pergoveris.


      Porfirja

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda l-kura. Jekk inti jew xi membru tal-familja tiegħek għandkom il- porfirija (marda li tista’ tintiret mill-ġenituri fejn ma tkunx kapaċi tkisser il-porphyrins).


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

    • il-ġilda tiegħek issir fraġili u trabbi l-infafet faċilment, b’mod speċjali ġilda li spiss tkun esposta

      għax-xemx

    • għandek uġigħ fl-istonku, f’dirgħajk jew f’riġlejk.


      F’każ li jseħħ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti t’hawn fuq, it-tabib tiegħek jista’ jirrakomandalek li

      twaqqaf il-kura.


      Sindrome ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS)

      Din il-mediċina tistimula l-ovarji. Dan iżid ir-riskju tiegħek li tiżviluppa sindrome ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS). Dan iseħħ meta l-follikuli jiżviluppaw iżżejjed u jsiru ċisti kbar. Jekk jaqbdek uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq, ikollok żieda fil-piż malajr, tħossok ma tiflaħx jew tirremetti jew jekk tbati biex tieħu n-nifs, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Dan jista’ jgħidlek biex tieqaf tuża din il-mediċina (ara f’sezzjoni 4. taħt “Effetti sekondarji possibbli”).


      F’każ li m’intix tovula u qed issegwi d-doża rakkomandata u l-iskeda tal-għoti, hemm inqas probabbiltà ta’ OHSS. Il-kura b’Pergoveris rari tikkawża OHSS severa. Dan isir iktar possibbli jekk din il-mediċina li tintuża għall-maturazzjoni follikulari finali (li fiha Gonadotropin Korjonika umana – hCG) (ara sezzjoni 3. “Kemm għandek tuża” għad-dettalji). Jekk qiegħda tiżviluppa l-OHSS, it-tabib tiegħek jista’ ma jagħtik l-ebda hCG f’dan iċ-ċiklu ta’ kura u jista’ jgħidlek biex ma tagħmilx attività sesswali jew biex tuża metodu ta’ kontraċezzjoni barrier għal mill-inqas erbat ijiem.


      It-tabib tiegħek se jassigura monitoraġġ bir-reqqa tal-effett fuq l-ovarji, bl-ultrasound u testijiet tad- demm (kejl tal-oestradiol) qabel u matul il-kura.


      Tqala multipla

      Meta tuża Pergoveris għandek riskju akbar li toħroġ tqila b’aktar minn tarbija waħda fl-istess ħin (’tqala multipla’, l-aktar tewmin), milli f’każ ta’ konċepiment naturali. It-tqala multipla tista’ twassal għal kumplikazzjonijiet mediċi għalik u għat-trabi tiegħek. Tista’ tnaqqas ir-riskju ta’ tqala multipla billi tuża d-doża xierqa ta’ Pergoveris fil-ħin xieraq.


      Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ OHSS jew ta’ tqala multipla, skans ta’ l-ultrasawnd, kif ukoll testijiet tad- demm huma rrakomandati.


      Korriment

      Meta tkun qiegħda tagħmel użu mit-teknoloġija ta’ riproduzzjoni assistita jew ta’ stimulazzjoni tal- ovarji biex tipproduċi l-bajd, ir-riskju ta’ korriment hu akbar mill-medja għal mara normali.


      Tqala ektopika

      Nisa li xi darba kellhom it-tubi fallopjani tagħhom imblukkati jew difettużi (marda tat-tubi) għandhom riskju li jkollhom tqala fejn l-embriju jiġi impjantat barra mill-ġuf (tqala ektopika). Dan iseħħ kemm jekk it-tqala tkun minn konċepiment naturali kif ukoll wara kura tal-fertilità.

      Problemi ta’ tagħqid tad-demm (avvenimenti tromboemboliċi)

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Pergoveris jekk inti jew membru tal-familja tiegħek qatt kellkom emboli fid-demm f’riġlejk jew fil-pulmun, jew attakk tal-qalb jew puplesija. Inti tista’ tkun f’riskju ogħla li li jkollok każijiet serji ta’ emboli tad-demm jew l-emboli tad-demm eżistenti jistgħu jaggravaw bil-kura b’Pergoveris.


      Tumuri tal-organi sesswali

      Kien hemm rapporti ta’ tumuri fl-ovarji u f’organi sesswali oħra, la beninni u anqas malinni, f’nisa li

      kienu ħadu korsijiet multipli ta’ kura għall-infertilità.


      Reazzjonijiet allerġiċi

      Kien hemm rapporti iżolati ta’ reazzjonijiet allerġiċi mhux serji b’Pergoveris. Jekk qatt kellek din it-

      tip ta’ reazzjoni għal mediċina simili, kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Pergoveris.


      Tfal u adolexxenti

      Pergoveris mhuwiex għall-użu fit-tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u Pergoveris

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra.


      Tużax Pergoveris ma’ mediċini oħra fl-istess injezzjoni, ħlief mal-follitropin alfa, jekk inhu preskritt mit-tabib tiegħek.


      Tqala u treddigħ

      Tużax Pergoveris jekk int tqila jew jekk qed tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Mhux mistenni li din il-mediċina ser taffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.


      Pergoveris fih is-sodium

      Pergoveris fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis- sodium’.


  3. Kif għandek tuża Pergoveris


Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


Meta tuża din il-mediċina


Is-sustanzi mhux attivi huma


Kif jidher Pergoveris u l-kontenut tal-pakkett


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Europe B.V., Gustav Mahlerplein 102, 1082 MA Amsterdam, L-Olanda


Manifattur

Merck Serono S.p.A, Via delle Magnolie 15 (Zona industriale), 70026 Modugno (Bari), L-Italja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.



.