Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Porcilis ColiClos
vaccine to provide passive immunity to the progeny against Escherichia coli and Clostridium perfringens in pigs


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT GĦALL-

Porcilis ColiClos

suspensjoni għall-injezzjoni għall-ħnieżer


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għ at -tqegħ id fis-suq: Intervet International B.V.

    Wim de Körverstraat 35

    5831 AN Boxmeer Olanda


    image

    Manifattur responsabbli għ all-ħ rug tal-lott: Intervet International B.V.

    Wim de Körverstraat 35

    image

    5831 AN Boxmeer Olanda


    MSD Animal Health UK Ltd

    Walton Manor, Walton, Milton Keynes Buckinghamshire, MK7 7AJ, UK


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Porcilis ColiClos suspensjoni għall-injezzjoni għall-ħnieżer


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull doża ta' 2ml fiha:


    Sustanzi attivi:

    1. coli: - F4ab fimbrial adhesin 9.7 log2 Ab tajter1

      • F4ac fimbrial adhesin 8.1 log2 Ab tajter1

      • F5 fimbrial adhesin 8.4 log2 Ab tajter1

      • F6 fimbrial adhesin 7.8 log2 Ab tajter1

      • LT toksojd 10.9 log2 Ab tajter1

    C. perfringens: Type C (strain 578) beta toksojd ≥20 IU2


    1Tajter medjan ta' antikorpi (Ab) meħud wara tilqim ta' ġrieden b'doża 1/20 jew 1/40 dik tal-ħanżira.

    2Units Internazzjonali ta' beta antitoksins skond il-Ph. Eur.


    Sustanzi mhux attivi:

    dl--tocopherol acetate 150 mg Suspensjoni akweja għall-injezzjoni bajda jew kważi bajda


  4. INDIKAZZJONI (JIET)

    Għall-immunita` passiva tal-qżieqeż permezz ta' immunita` attiva tal- ħnieżer nisa/ ħnieżer nisa żgħar sabiex titnaqqas l-imwiet u sintomi kliniċi waqt l-ewwel ġranet tal-ħajja, ikkawżati b'dawk l-istrejns ta' E.coli, li jesprimu l- adhesins F4ab(K88ab), F4ac (K88ac), F5 (K99) jew F6 (987P) u kkawżati minn

    C. perfringens type C


  5. KUNTRADIZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Fi studji fil-laboratorju u provi fil-post:


    fit-temperatura tal-ġisem sa 2o C kienet komunament osservata fil-jum il-vaċċinazzjoni. Tnaqqis fl-ikel u fl-attivita fil-ġurnata tal-vaċċinazzjoni kienu komuni u/jew xi drabi nefħa li tuġgħa u iebsa b'dijametru sa 10cm li tistgħa ddum sa 25 ġurnata kienu komunament osservatiħafna fil-post tal- injezzjoni.


    Fl-esperjenza ta' wara li tpoġġa fuq is-suq:


    F'każijiet rari ħafna rejazzjonijiet tip anafilattiċi jistgħu jseħħu, li jista jkun ta' periklu għall-ħajja. F'każ ta' rejazzjonijiet simili, jista jkun hemm bżonn ta' trattament.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali trattati li juru effetti mhux mixtieqa

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal trattati)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal trattati)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal trattati)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal trattat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Ħnieżer (ħnieżer nisa u ħnieżer nisa żgħar)


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Għall-injezzjoni fil-muskolu.

    Amministra 1 doża (2ml) tal-vaċċin għal kull annimal fl-għonq fin-naħa ta' wara l-widna.


    Skema ta' vaċċinazzjoni:

    Vaċċinazzjoni primarja: ħnieżer nisa/ ħnieżer nisa żgħar li għadhom ma ġewx vaċċinati bil-prodott għandhom jingħataw l-ewwel injezzjoni 6 sa 8 ġimgħat qabel id-data mistennija tat-tifrigħ segwita bit- tieni injezzjoni 4 ġimgħat wara.

    Revaċċinazzjoni: Rivaċċinazzjoni waħda għandha tingħata wara 2 sa 4 ġimgħat qabel id-data mistennija tat-tifrigħ.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

    Qabel l-użu ħalli l-vaċċin jilħaq it-temperatura tal-kamra. Ħawwad tajjeb qabel l-użu u f'intervalli waqt l-użu.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn ġranet


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn majidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen fil-friġġ (2 C – 8 C).

    Ipproteġi mid- dawl Tiffriżax


    Tużax dan il-prodott veterinarju wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.

    Iż-żmien ta' kemm il-prodott idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur: 10 sigħat


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet sp eċjali g ħ al kull speċi g ħal xi ex h uwa in di kat : Laqqam biss annimali b`saħħithom.


    Prek awzjo ni jiet sp eċjali g ħall -użu fl -annimali:

    Protezzjoni tal-qżieqeż ġejja mit-teħid tal-kolustrum, għalhekk għandha tingħata attenzjoni li kull qażquż jieħu biżżejjed kolustrum.


    Prekawzjon ijiet sp eċjali għal min se j amministra l-prodott lill-annimali:

    F'każ li tinjetta lilek innifsek fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta' informazzjoni li jkun fih ġewwa.


    Tqala:

    Jista' jintuża waqt it-tqala.


    Interazzjoni ma’ p ro do tti mediċin ali o ħr a jew fo ro m o ħr a ta’ in terazzjon i :

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effiċjenza ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni li tuża dan il-vaċċin qabel jew wara kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor trid tittieħed kull każ għalih.


    Doża eċċessiv a (sinto mi, pr oċedu ri t a’ emerġen za, antid ot i ):

    Ftit ħmura u/jew ebusija li ma ddumx tista’ tfiġġ wara vaċċinazzjoni ta'doża doppja. L-ebda effetti mhux mixtieqa ma ġew osservati apparti dawk osservati u msemijja fis-sezzjoni “Effeti mhux mixtieqa”.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma l-ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Saqsi lil kirurgu veterinarju dwar kif għandek tiddisponi minn mediċini li m`għandekx aktar bżonnhom. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu tipproteġi l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs tal-pakett:

Kaxxa tal-kartun b'kunjett tal-ħġieġ ta' 20, 50, 100 or 250 ml.

Kaxxa tal-kartun b'kunjett PET ta' 20, 50, 100, 200 or 250 ml. Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.


Kwalitajiet immunoloġiċi: Biex jistimula immunita` attiva sabiex jipprovdi immunita` passiva tal- qżieqeż kontra enterotoxicosis ikkawżata minn E.coli, li jesprimu l- adhesins F4ab(K88ab), F4ac (K88ac), F5 (K99) jew F6 (987P) u kontra enterite` (nekrotika) ikkawżata minn C. perfringens type C. Il-vaċċinazzjoni tirriżulta f'rispons fl-antikorpi b'effett newtralizzanti kontra l-attivita ta' tossini LT.