Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Otezla
apremilast

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Otezla 10 mg pilloli miksija b’rita Otezla 20 mg pilloli miksija b’rita Otezla 30 mg pilloli miksija b’rita apremilast


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Otezla u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Otezla

  3. Kif għandek tieħu Otezla

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Otezla

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Otezla u għalxiex jintuża X’inhu Otezla

    Otezla fih is-sustanza attiva ‘apremilast’. Din tappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase 4, li jgħinu biex inaqqsu l-infjammazzjoni.


    Għalxiex jintuża Otezla


    Otezla jintuża biex jikkura adulti bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    • Artrite psorjatika attiva- jekk ma tistax tuża tip ieħor ta’ mediċina li tissejjaħ

      ‘Disease-Modifying Antirheumatic Drugs’ (DMARDs) jew meta tkun ippruvajt xi waħda minn dawn il-mediċini u ma tkunx ħadmet.

    • Psorjasi tal-plakka kronika minn moderata sa severa – jekk ma tkunx tista’ tuża waħda milll-kuri li ġejjin jew meta tkun ippruvajt waħda minn dawn il-kuri u ma tkunx ħadmet:

      • fototerapija kura fejn ċerti żoni tal-ġisem jiġu esposti għal dawl ultraviolet

      • terapija sistematika kura li taffettwa l-ġisem kollu aktar milli żona waħda biss, bħal ‘cyclosporin’, ‘methotrexate’ jew ‘psoralen’.

    • Il-marda ta’ Behçet (BD) - biex tittratta ulċeri fil-ħalq li hija problema komuni għal persuni b’din il-marda.


      X’inhi artrite psorjatika


      Artrite psorjatika hi marda infjammatorja tal-ġogi, normalment akkumpanjata minn psorjasi, marda infjammatorja tal-ġilda.

      X’inhi psorjasi tal-plakka


      Psorjasi hi marda infjammatorja tal-ġilda, li tista’ tikkawża rqajja’ ħoxnin ħomor, bil-qxur, bil-ħakk u bl-uġigħ fuq il-ġilda tiegħek u tista’ taffettwa wkoll il-qorriegħa u d-dwiefer.


      X’inhi l-marda ta’ Behçet


      Il-marda ta’ Behçet hija tip rari ta’ marda infjammatorja li taffettwa ħafna partijiet tal-ġisem. L-iktar problema komuni hija ulċeri fil-ħalq.


      Kif jaħdem Otezla


      Artrite psorjatika, psorjasi u marda ta’ Behçet normalment huma kundizzjonijiet li jdumu għal ħajtek kollha u li għalihom bħalissa m’hemmx kura. Otezla jaħdem billi jnaqqas l-attività ta’ enzima fil- ġisem li tissejjaħ ‘phosphodiesterase 4’, li hi involuta fil-proċess tal-infjammazzjoni. Billi jnaqqas l- attività ta’ din l-enzima, jista’ jgħin biex jikkontrolla l-infjammazzjoni assoċjata ma’ artrite psorjatika, psorjasi u marda ta’ Behçet, u b’hekk inaqqas is-sinjali u s-sintomi ta’ dawn il-kundizzjonijiet.


      F’artrite psorjatika, il-kura b’Otezla tirriżulta f’titjib f’ġogi minfuħin u bl-uġigħ, u jista’ jtejjeb il- funzjoni fiżila ġenerali tiegħek.


      Fi psorjasi, il-kura b’Otezla tirriżulta fi tnaqqis fil-plakki psorjatiċi tal-ġilda u s-sinjali u s-sintomi oħrajn tal-marda.


      Fil-marda ta’ Behçet, it-trattament b’Otezla jnaqqas in-numru ta’ ulċeri fil-ħalq u jista’ jwaqqafhom kompletament. Dan jista’ wkoll inaqqas l-uġigħ assoċjat.


      Intwera wkoll li Otezla jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’pazjenti bi psorjasi, artrite psorjatika jew marda ta’ Behçet. Dan ifisser li l-impatt tal-kundizzjoni tiegħek fuq l-attivitajiet ta’ kuljum, relazzjonijiet u fatturi oħrajn, għandu jkun inqas milli kien qabel.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Otezla Tiħux Otezla:

    • jekk inti allerġiku għal apremilast jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

    • jekk inti tqila jew jekk taħseb li tista’ tkun tqila


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Otezla:


      Dipressjoni u ħsibijiet ta’ suwiċidju


      Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda Otezla jekk għandek dipressjoni li qed tmur għall-agħar bi ħsibijiet ta’ suwiċidju.


      Inti jew il-persuna li tieħu ħsiebek għandha wkoll tgħid lit-tabib tiegħek minnufih dwar kwalunkwe tibdil fl-imġiba jew fil-burdata, sentimenti ta’ dipressjoni u kwalunkwe ħsieb ta’ suwiċidju li jista’ jkollok wara li tieħu Otezla.


      Problemi severi tal-kliewi


      Jekk għandek problemi severi tal-kliewi, id-doża tiegħek ser tkun differenti – ara sezzjoni 3.

      Jekk int taħt il-piż


      Kellem lit-tabib tiegħek waqt li qed tieħu Otezla jekk titlef il-piż mingħajr ma jkollok intenzjoni li tagħmel dan.


      Problemi tal-Imsaren


      Jekk ikollok dijarea, dardir, jew rimettar severi, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.


      Tfal u adolexxenti


      Otezla ma ġiex studjat fi tfal u adolexxenti, u għalhekk mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti li għandhom 17-il sena jew inqas.


      Mediċini oħra u Otezla


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini li jinkisbu mingħjr riċetta u mediċini li ġejjin mill-ħxejjex. Dan hu għax Otezla jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħrajn. Ukoll, xi mediċini oħrajn jistgħu jaffettwaw il- mod li bih jaħdem Otezla.


      B’mod partikulari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Otezla jekk qed tieħu kwalunkwe mill-mediċini li ġejjin:


    • rifampicin – antibijotiku li jintuża kontra t-tuberkulożi

    • phenytoin, phenobarbital u carbamazepine - mediċini li jintużaw fil-kura ta’ aċċessjonijiet jew epilessija

    • St John’s Wort – mediċina li ġejja mill-ħxejjex li tintuża għal ansjetà ħafifa u depressjoni.


      Tqala u treddigħ


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Ftit hemm informazzjoni dwar l-effetti ta’ Otezla fit-tqala. M’għandekx tinqabad tqila waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina u għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni matul il-kura b’Otezla. Mhuwiex magħruf jekk din il-mediċina tgħaddix fil-ħalib tal-bniedem. M’għandekx tuża Otezla waqt li tkun treddda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Otezla m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Otezla fih il-lactose


      Otezla fih il-lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. Kif għandek tieħu Otezla


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu


    • Meta tibda tieħu Otezla għall-ewwel darba, se tirċievi ‘pakkett tal-bidu tal-kura’ li jkun fih id- dożi kollha kif elenkati fit-Tabella hawn taħt.

      • Il-‘pakkett tal-bidu tal-kura’ hi ttikkettat b’mod ċar biex jiġi aċċertat li inti tieħu l-pillola li suppost fil-ħin li suppost.

      • Il-kura tiegħek se tibda f’doża iktar baxxa u din se tiżdied b’mod gradwali matul l-ewwel 6 ijiem tal-kura.

      • Il-‘pakkett tal-bidu tal-kura’ se jkun fih ukoll biżżejjed pilloli għal 8 ijiem oħra fid-doża rakkomandata (jiem 7 sa 14).

      • Id-doża rakkomandata ta’ Otezla hi ta’ 30 mg darbtejn kuljum wara li titlesta l-fażi tat- titrazzjoni - doża waħda ta’ 30 mg filgħodu u doża waħda ta’ 30 mg filgħaxija, b’intervall ta’ madwar 12-il siegħa, mal-ikel jew fuq stonku vojt.

      • Din hi doża totali ta’ 60 mg. Sal-aħħar ta’ jum 6, inti se tkun ilħaqt id-doża rakkomandata.

      • Ġaladarba d-doża rakkomandata tkun intlaħqet, inti se jkollok biss il-qawwa ta’ pillola ta’

        30 mg fil-pakketti li għalihom tkun ingħatajt riċetta. Inti se tgħaddi minn din il-fażi li żżid id- doża b’mod gradwali darba biss, anki jekk terġa’ tibda l-kura.



        Jum


        Doża ta’ Filgħodu


        Doża ta’ Filgħaxija

        Doża Totali ta’ Kuljum

        Jum 1

        10 mg (roża)

        Tiħux doża

        10 mg

        Jum 2

        10 mg (roża)

        10 mg (roża)

        20 mg

        Jum 3

        10 mg (roża)

        20 mg (kannella)

        30 mg

        Jum 4

        20 mg (kannella)

        20 mg (kannella)

        40 mg

        Jum 5

        20 mg (kannella)

        30 mg (beige)

        50 mg

        Jum 6 u wara

        30 mg (beige)

        30 mg (beige)

        60 mg


        Nies bi problemi tal-kliewi severi


        Jekk għandek problemi severi tal-kliewi, allura d-doża rakkomandata ta’ Otezla hi ta’ 30 mg darba kuljum (doża ta’ filgħodu). It-tabib tiegħek se jkellmek dwar kif iżżid id-doża tiegħek meta tibda tieħu Otezla għall-ewwel darba.


        Kif u meta għandek tieħu Otezla


      • Otezla huwa għal użu mill-ħalq.

      • Ibla’ l-pilloli sħaħ, preferibbilment mal-ilma.

      • Tista’ tieħu l-pilloli jew mal-ikel jew fuq stonku vojt.

      • Ħu Otezla bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum, pillola waħda filgħodu u pillola waħda filgħaxija.


        Jekk il-kundizzjoni tiegħek ma tkunx tjiebet wara sitt xhur ta’ kura, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.


        Jekk tieħu Otezla aktar milli suppost


        Jekk tieħu Otezla aktar milli suppost, kellem tabib jew mur fi sptar immedjatament. Ħu l-pakkett tal- mediċina u dan il-fuljett miegħek.


        Jekk tinsa tieħu Otezla


      • Jekk tinsa tieħu doża ta’ Otezla, ħudha hekk kif tiftakar. Jekk ikun qorob il-ħin li tieħu d-doża li jkun imiss, sempliċiment aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża li jkun imiss fil-ħin regolari tagħha.

      • M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


        Jekk tieqaf tieħu Otezla


      • Għandek tkompli tieħu Otezla sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.

      • Tiqafx tieħu Otezla mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.

      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji – dipressjoni u ħsibijiet ta’ suwiċidju


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih dwar kwalunkwe tibdil fl-imġiba jew fil-burdata, sentimenti ta’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju jew imġiba suwiċidali (dan mhux komuni).


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni)

    • dijarea

    • dardir

    • uġigħat ta’ ras

    • infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju bħal riħ, imnieħer inixxi, infezzjoni tas- sinus


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

    • sogħla

    • uġigħ fid-dahar

    • rimettar

    • tħossok għajjien

    • uġigħ fl-istonku

    • telf ta’ aptit

    • tipporga ta’ spiss

    • diffikultà biex torqod (insomnija)

    • indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku

    • infjammazzjoni u nefħa tat-tubi fil-pulmun (bronkite)

    • riħ komuni (nażofarinġite)

    • dipressjoni

    • emigranja

    • uġigħ ta’ ras minħabba tensjoni


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

    • raxx

    • ħorriqija (urtikarja)

    • telf ta’ piż

    • reazzjoni allerġika

    • fsada fl-imsaren jew fl-istonku

    • ideazzjoni jew imġiba suwiċidali


      Effetti sekondarji mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli):

      • reazzjoni allerġika severa (tista’ tinkludi nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ħalq, ilsien, jew griżmejn li tista’ twassal għal diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’)


      Jekk għandek 65 sena jew aktar, jista’ jkollok riskju ogħla ta’ kumplikazzjonijiet ta’ dijarea, dardir u rimettar severi. Jekk il-problemi tal-imsaren tiegħek isiru severi, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

      image

      sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Otezla


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja jew fuq il-wallet jew fuq il-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    • Tużax din il-mediċina jekk tinnota kwalunkwe ħsara jew sinjali ta’ tbagħbis fil-ippakkjar tal- mediċina.


      Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Otezla

Is-sustanza attiva hi apremilast.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Amgen Europe B.V. Minervum 7061

4817 ZK Breda L-Olanda

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Amgen Europe B.V. Minervum 7061

4817 ZK Breda L-Olanda


image

Manifattur Amgen NV Telecomlaan 5-7

1831 Diegem Il-Belġju


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

s.a. Amgen n.v.

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711

Lietuva

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +370 5 219 7474


България

Амджен България ЕООД Тел.: +359 (0)2 424 7440

Luxembourg/Luxemburg

s.a. Amgen Belgique/Belgien

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711


Česká republika

Amgen s.r.o.

Tel: +420 221 773 500

Magyarország

Amgen Kft.

Tel.: +36 1 35 44 700


Danmark

Amgen, filial af Amgen AB, Sverige Tlf: +45 39617500

Malta

Amgen B.V. The Netherlands

Tel: +31 (0)76 5732500


Deutschland AMGEN GmbH Tel: +49 89 1490960

Nederland

Amgen B.V.

Tel: +31 (0)76 5732500


Eesti

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +372 586 09553

Norge

Amgen AB

Tel: +47 23308000


Ελλάδα

Amgen Ελλάς Φαρμακευτικά Ε.Π.Ε. Τηλ: +30 210 3447000

Österreich

Amgen GmbH

Tel: +43 (0)1 50 217


España

Amgen S.A.

Tel: +34 93 600 18 60

Polska

Amgen Biotechnologia Sp. z o.o. Tel.: +48 22 581 3000


France

Amgen S.A.S.

Tél: +33 (0)9 69 363 363

Portugal

Amgen Biofarmacêutica, Lda. Tel: +351 21 4220606

Hrvatska

Amgen d.o.o.

Tel: +385 (0)1 562 57 20

România

Amgen România SRL Tel: +4021 527 3000


Ireland

Amgen Ireland Limited Tel: +353 1 8527400

Slovenija

AMGEN zdravila d.o.o. Tel: +386 (0)1 585 1767


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Amgen Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 321 114 49


Italia

Amgen S.r.l.

Tel: +39 02 6241121

Suomi/Finland

Amgen AB, sivuliike Suomessa/Amgen AB, filial i Finland

Puh/Tel: +358 (0)9 54900500


Kύπρος

C.A. Papaellinas Ltd Τηλ: +357 22741 741

Sverige

Amgen AB

Tel: +46 (0)8 6951100


Latvija

Amgen Switzerland AG Rīgas filiāle Tel: +371 257 25888

United Kingdom (Northern Ireland)

Amgen Limited

Tel: +44 (0)1223 420305


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata u aġġornata dwar din il-mediċina hija disponibbli jekk wieħed jiskennja l- kodiċi QR fuq il-pakkett ta’ barra bi smartphone. L-istess informazzjoni hija disponibbli wkoll fuq il- URL li ġej: www.otezla-eu-pil.com


.