Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cayston
aztreonam

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Cayston 75 mg trab u solvent għal soluzzjoni għan-nebulizzatur

aztreonam


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

1. X’inhu Cayston u għalxiex jintuża

  1. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Cayston

  2. Kif għandek tieħu Cayston

  3. Effetti sekondarji possibbli

  1. Kif taħżen Cayston

  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Cayston u għalxiex jintuża


    Cayston fih is-sustanza attiva aztreonam. Cayston hu antibijotiku li jintuża biex irazzan infezzjoni kronika fil-pulmun ikkawżata mill-batterji Pseudomonas aeruginosa f’pazjenti li għandhom 6 snin jew iżjed bil-fibrożi ċistika. Il-fibrożi ċistika, magħrufa wkoll bħala mukovixxidosi, hi marda ta’ periklu għall-ħajja li tintiret u li taffettwa l-glandoli mukużi tal-organi interni, speċjalment il-pulmun, iżda wkoll tal-fwied, tal-frixa, u tas-sistema diġestiva. Il-fibrożi ċistika fil-pulmun twassal għal biex dan jinstadd b’mukus oħxon u li jwaħħal. Dan jagħmilha diffiċli biex wieħed jieħu n-nifs.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Cayston Tiħux Cayston

    - jekk inti allerġiku għal aztreonam jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Cayston:

    • jekk inti allerġiku/a għal xi antibijotiċi oħra (bħal penicillins, cephalosporins, u/jew carbapenems)

    • jekk ma tittollerax jew ikollok dwejjaq fis-sider minħabba t-teħid ta’ mediċini oħra li jinġibdu

      man-nifs

    • jekk għandek problemi tal-kliewi

    • jekk qatt kellek demm mas-sogħla

    • jekk qatt kellek tnaqqis fir-riżultat tat-testijiet tal-funzjoni pulmonari.

      Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, għid lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Cayston.


      Bħala mediċina li tinġibed man-nifs, Cayston jista’ jwasslek biex tisgħol, u dan jista’ jwassal biex tisgħol id-demm. Jekk xi darba sogħolt id-demm, għandek tuża Cayston biss jekk it-tabib tiegħek jaħseb li l-benefiċċju li tieħu din il-mediċina jiżboq ir-riskju li tisgħol id-demm.

      Jista’ jkollok tnaqqis temporanju tar-riżultat tat-test tal-funzjoni tal-pulmun matul il-kura b’Cayston, imma dan tipikament hu effett li ma jdumx.


      Tfal


      Cayston mhuwiex għall-użu fit-tfal taħt is-6 snin.


      Mediċini oħra u Cayston


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Tqala u treddigħ


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

      tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      M’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ Cayston f’nisa tqal, għalhekk m’għandekx tieħu Cayston matul it-tqala ħlief jekk tkun iddiskutejt dan b’mod speċifiku mat-tabib tiegħek.


      Jekk qed tippjana biex tredda’, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel ma tieħu Cayston. Tista’ tredda’ waqt il-kura b’Cayston minħabba li l-ammont ta’ Cayston li x’aktarx li jgħaddi lit-tarbija tiegħek waqt it-treddigħ ser ikun estremament żgħir.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Cayston mhux mistenni li jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni.


  3. Kif gћandek tieћu Cayston


Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew

mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża rakkomandata hija:


bl-Ingliż biss. L-informazzjoni li tidher fuq l-ampulla hi ppreżentata hawn taħt:


Solvent għal Cayston Sodium Chloride 0.17%

Għal biex jinġibed man-nifs biss

1 ml

GILEAD SCIENCES

Kif jidher Cayston u l-kontenut tal-pakkett


Cayston hu trab ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż jew fl-isfar u solvent għal soluzzjoni għan- nebulizzatur.


Cayston jinsab f’kunjett tal-ħġieġ ta’ lewn safrani b’tapp griż tal-lastku u overseal tal-aluminju tear-off

b’għatu blu.


Il-1 ml ta’ solvent tkun fl-ampulla tal-plastik.


Kull pakkett ta’ 28 jum ta’ Cayston fih 84 kunjett ta’ Cayston lajofilizzat u 88 ampulla bis-solvent. L-

erba’ ampulli bis-solvent addizzjonali qegħdin hemm f’każ li jkun hemm xi tixrid.


Id-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin huma disponibbli:


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Gilead Sciences Ireland UC Carrigtohill

County Cork, T45 DP77

L-Irlanda


Manifattur:


Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park Carrigtohill

County Cork L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Gilead Sciences Belgium SRL-BV Tél/Tel: + 32 (0) 2 401 35 50

Lietuva

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 48 22 262 8702


България

Gilead Sciences Ireland UC Teл.: + 353 (0) 1 686 1888

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences Belgium SRL-BV Tél/Tel: + 32 (0) 2 401 35 79


Česká republika Gilead Sciences s.r.o. Tel: + 420 910 871 986

Magyarország

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888


Danmark

Gilead Sciences Sweden AB Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Malta

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888

Deutschland

Gilead Sciences GmbH Tel: + 49 (0) 89 899890-0

Nederland

Gilead Sciences Netherlands B.V. Tel: + 31 (0) 20 718 36 98


Eesti

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 48 22 262 8702

Norge

Gilead Sciences Sweden AB Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849


Ελλάδα

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ. Τηλ: +30 210 8930 100

Österreich

Gilead Sciences GesmbH Tel: + 43 1 260 830


España

Gilead Sciences, S.L. Tel: + 34 91 378 98 30

Polska

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o. Tel: + 48 22 262 8702


France

Gilead Sciences

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Portugal

Gilead Sciences, Lda. Tel: + 351 21 7928790


Hrvatska

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888

România

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888


Ireland

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 214 825 999

Slovenija

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888


Ísland

Gilead Sciences Sweden AB Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Slovenská republika

Gilead Sciences Slovakia s.r.o Tel: + 421 232 121 210


Italia

Gilead Sciences S.r.l. Tel: + 39 02 439201

Suomi/Finland

Gilead Sciences Sweden AB Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


Κύπρος

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ. Τηλ: + 30 210 8930 100

Sverige

Gilead Sciences Sweden AB Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


Latvija

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 48 22 262 8702

United Kingdom (Northern Ireland)

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 44 (0) 8000 113700


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .