Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NutropinAq
somatropin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NutropinAq 10 mg/2 ml (30 IU) soluzzjoni għall-injezzjoni

Somatropin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu NutropinAq u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NutropinAq

  3. Kif għandek tuża NutropinAq

4. Effetti sekondarji possibbli

5. Kif taħżen NutropinAq

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu NutropinAq u għalxiex jintuża


    NutropinAq fih somatropin li huwa ormon rikombinanti tat-tkabbir simili għall-ormon naturali tat- tkabbir tal-bniedem magħmul mill-ġisem tiegħek. Huwa rikombinanti, li jfisser li huwa magħmul barra mill-ġisem permezz ta’ proċess speċjali. L-Ormon tat-Tkabbir (GH – Growth Hormone) huwa

    messaġġier kimiku magħmul minn glandola żgħira fil-moħħ imsejħa l-pitwitarja. Fit-tfal dan jgħid lill- ġisem biex jikber, jgħin l-għadam biex jiżviluppa b’mod normali u, aktar tard fil-ħajja adulta, GH

    jgħin biex jinżammu forma tal-ġisem u metaboliżmu normali.


    Fit-tfal, NutropinAq jintuża:

    • Meta l-ġisem tiegħek ma jagħmilx biżżejjed ormon tat-tkabbir u għal din ir-raġuni ma tkunx qed tikber kif suppost.

    • Meta jkollok is-sindrome ta’ Turner. Is-sindrome ta’ Turner huwa anormalità ġenetika fil-bniet (nuqqas ta’ kromożoma(i) sesswali femminili) li tipprevjeni t-tkabbir.

    • Meta l-kliewi tiegħek ikollhom il-ħsara u jitilfu l-kapaċità li jiffunzjonaw b’mod normali b’impatt fuq it-tkabbir.


      Fl-adulti NutropinAq jintuża għal:

    • Jekk il-ġisem tiegħek ma jipproduċix biżżejjed ormon tat-tkabbir bħala adult. Dan jista’ jibda matul il-ħajja adulta jew ikompli mit-tfulija.


      Benefiċċji jekk qed tuża din il-mediċina


      Fit-tfal, dan jgħin lill-ġisem jikber u l-għadam biex jiżviluppaw b’mod normali.

      Fl-adulti, dan jgħin biex tinżamm forma tal-ġisem u metaboliżmu normali pereżempju profil tal-lipidi u livelli tal-glucose.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NutropinAq Tużax NutropinAq:

    • jekk inti allerġiku għal somatropin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-

      sezzjoni 6).

    • fit-tfal jekk l-għadam diġà waqaf jikber.

    • jekk għandek tumur attiv (kanċer). Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek jew kellek tumur attiv.

      Tumuri għandhom ikunu inattivi u trid tkun spiċċajt il-kura kontra t-tumur tiegħek qabel tibda l-

      kura b’NutropinAq.

    • jekk għandek komplikazzjonijiet wara kirurġija maġġuri (kirurġija open-heart jew addominali), trawma multipla, insuffiċjenza respiratorja akuta, jew kondizzjonijiet simili.


      Twissijiet u Prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża NutropinAq.


    • Jekk ikollok bidliet fil-vista, uġigħ ta’ ras qawwi jew frekwenti, assoċjat ma’ dardir (tqalligħ) jew rimettar, speċjalment fil-bidu tal-kura, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ żieda temporanja fil-pressjoni ġewwa l-moħħ (pressjoni għolja fil-kranju).

    • Jekk waqt li qed tikber, tibda zzappap jew tiżviluppa wġigħ fil-ġenbejn jew fl-irkoppa, staqsi lit- tabib għal parir.

    • Jekk tinnota kurva fl-ispina (skoljosi) se jkollok bżonn tiġi eżaminat ta’ spiss mit-tabib tiegħek peress li skoljosi tista’ tiżviluppa fi kwalunkwe tifel/tifla matul tkabbir rapidu.

    • It-tabib tiegħek għandu jissorveljak għal-livelli għolja ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) waqt kura b’NutropinAq. Jekk qed tiġi kkurat bl-insulina, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jaġġusta d-doża tal-insulina tiegħek. Jekk għandek id-dijabete u marda tal-għajnejn severa/li qed taggrava assoċjata m’għandekx tiġi kkurat b’NutropinAq.

    • It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja l-funzjoni tat-tirojde tiegħek kull tant żmien u jekk meħtieġ jippreskrivi kura adegwata. Jekk għandek glandola tat-tirojde mhux attiva biżżejjed li twassal għal-livelli baxxi tal-ormoni tat-tirojde (ipotirojdiżmu) din għandha tiġi kkurata qabel ma tibda kura b’NutropinAq. Jekk l-ipotirojdiżmu tiegħek ma jiġix ikkurat, dan jista’ jwaqqaf NutropinAq milli jaħdem.

    • Jekk għandek terapija ta’ sostituzzjoni bi glukokortikojdi għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek b’mod regolari peress li jista’ jkollok bżonn aġġustament fid-doża tal-glukokortikojdi tiegħek.

    • Jekk kellek tumur (kanċer) fil-passat, speċjalment tumur li jaffettwa l-moħħ, it-tabib tiegħek għandu joqgħod attent ħafna u jeżaminak b’mod regolari għal possibbiltà li t-tumur jerġa’ joħroġ mill-ġdid.

    • Numru żgħir ta’ pazjenti b’defiċjenza tal-ormoni tat-tkabbir ikkurati bl-ormon tat-tkabbir kellhom lewkimja (kanċer tad-demm). Madankollu ma ġietx ippruvata relazzjoni ta’ kawża u effett ma’ kura bl-ormon tat-tkabbir.

    • Jekk kellek trapjant tal-kliewi kura b’NutropinAq għandha titwaqqaf.

    • Jekk għandek komplikazzjonijiet wara kirurġija maġġuri (kirurġija open-heart jew addominali), trawma multipla, insuffiċjenza respiratorja akuta, jew kondizzjonijiet simili, it-tabib tiegħek għandu jiddeċiedi jekk huwiex perikoluż li titkompla l-kura b’NutropinAq.

    • Jista’ jkun hemm riskju akbar li tiżviluppa infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite), li tikkawża wġigħ sever fl-addome u fid-dahar. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tiżviluppaw uġigħ fl-istonku wara li tieħdu NutropinAq.

    • Jekk għandek is-sindrome ta’ Prader-Willi, m’għandekx tiġi kkurat b’NutropinAq jekk ma jkollokx defiċjenza tal-ormon tat-tkabbir.


      Mediċini oħra u NutropinAq


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.


    • jekk għandek terapija ta’ sostituzzjoni bi glukokortikojdi din tista’ tnaqqas l-effett ta’ NutropinAq fuq it-tkabbir. Għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek b’mod regolari peress li jista’ jkollok bżonn aġġustament fid-doża tal-glukokortikojdi tiegħek.


    • jekk qed tiġi kkurat bl-insulina, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tal-insulina tiegħek.

    • jekk qed tiġi kkurat bi sterojdi tas-sess, antikonvulżivi jew cyclosporin staqsi lit-tabib għall- parir. Jekk tkun iddijanjostikat b’insuffiċjenza adrenali waqt kura b’NutropinAq, inti teħtieġ kura bi sterojdi. Jekk diġà qed tiġi kkurat għall-insuffiċjenza adrenali jista’ jkollok bżonn aġġustament fid-doża tal-isterojdi tiegħek.


    • b’mod partikolari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra. It- tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża ta’ NutropinAq jew ta’ mediċini oħra:

      - Estroġenu meħud b’mod orali jew ormoni oħra tas-sess.


      Tqala u treddigħ


      Għandek tieqaf tieħu NutropinAq jekk inti tqila.

      Għandu jkun hemm attenzjoni waqt it-treddigħ waqt kura b’NutropinAq.

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Ma kien innutat l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni waqt l-użu ta’ NutropinAq.


      NutropinAq huwa essenzjalment “mingħajr sodium”


      Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull kunjett, jiġifieri, huwa essenzjalment “mingħajr sodium”.


  3. Kif għandek tuża NutropinAq


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Terapija b’NutropinAq għandha ssir taħt il-gwida regolari ta’ tabib li għandu esperjenza fid-defiċjenza tal-ormon tat-tkabbir.


    Id-doża ta’ NutropinAq li għandha tiġi injettata se tiġi deċiża mit-tabib tiegħek. Tbiddilx id-dożaġġ mingħajr ma tikkonsulta lit-tabib tiegħek. Id-doża rrakkomandata hija:


    Fitfalb’defiċjenzatal-ormontat-tkabbir:

    0.025 - 0.035 mg/kg ta’ piż tal-ġisem injettata kuljum taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda).


    Fibnietbis-sindrometa’ Turner:

    Sa 0.05 mg/kg ta’ piż tal-ġisem injettata kuljum taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda).


    Fitfalb’insuffiċjenzakronikatal-kliewi:

    Sa 0.05 mg/kg ta’ piż tal-ġisem injettata kuljum taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda). Inti tista’ tkompli l-kura b’NutropinAq sakemm ikollok trapjant tal-kliewi.


    F’adultib’defiċjenzatal-ormontat-tkabbir:

    Dożi baxxi tal-bidu ta’ 0.15 - 0.3 mg injettati kuljum taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda). Wara t- tabib jista’ jżid id-doża skont ir-rispons tiegħek. Id-doża finali rari tkun aktar minn 1.0 mg/jum. B’mod

    ġenerali, għandha tingħatalek l-inqas doża li twassal għal rispons.


    Kura b’NutropinAq hija terapija fit-tul. Għal aktar tagħrif staqsi lit-tabib tiegħek.


    Kif għandek tinjetta NutropinAq


    Id-doża ta’ NutropinAq li għandha tiġi injettata se tiġi deċiża mit-tabib tiegħek. Inti għandek tinjetta NutropinAq kuljum taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda). Huwa importanti li tibdel il-post fejn tieħu l- injezzjoni tiegħek kuljum biex tiġi evitata ħsara lill-ġilda tiegħek.

    NutropinAq huwa disponibbli bħala soluzzjoni għal ħafna dożi. Wara li titneħħa mill-friġġ, jekk is- soluzzjoni tkun imdardra, il-kontenut m’għandux jiġi injettat. Dawwar bil-mod. Tħawwadx bis-saħħa għax dan jista’ jbiddel in-natura tal-proteina.


    Biex tinjetta NutropinAq għandek tuża l-Pinna NutropinAq. Għal kull injezzjoni għandek tuża labra għall-injezzjoni sterili ġdida. Aqra l-istruzzjonijiet għall-użu kollha b’attenzjoni (fuq wara) qabel tibda tuża l-Pinna NutropinAq. Fil-bidu tat-terapija, huwa rrakkomandat li tabib jew infermier jagħtuk l- injezzjoni u jħarrġuk bil-Pinna NutropinAq. Wara dan it-taħriġ, inti tkun tista’ tinjetta lilek innifsek jew tiġi injettat minn persuna mħarrġa li tieħu ħsiebek.


    Jekk tuża NutropinAq aktar milli suppost


    Jekk injettajt aktar NutropinAq milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek għal parir. Jekk tinjetta wisq NutropinAq, il-livell taz-zokkor fid-demm jista’ jonqos u jsir baxx iżżejjed u wara jogħla żżejjed (ipergliċemija).


    Jekk tinjetta wisq NutropinAq fuq perjodu twil ta’ żmien (snin), jista’ jkollok xi tkabbir eċċessiv ta’ partijiet tal-ġisem tiegħek bħall-widnejn, imnieħer, xufftejn, ilsien u l-għadma tal-ħadd (ġigantiżmu u/jew akromegalija).


    Jekk tinsa tieħu NutropinAq


    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. L-għada kompli bid- dożaġġ tas-soltu tiegħek u għid lit-tabib tiegħek fl-appuntament li jmiss tiegħek.


    Jekk tieqaf tuża NutropinAq


    Staqsi għall-parir mingħand it-tabib tiegħek qabel ma tieqaf tuża NutropinAq. Jekk tieqaf tuża NutropinAq kmieni wisq jew għal tul ta’ żmien twil wisq, ir-riżultati ma jkunux kif mistenni.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi bidla jew żieda fit-tkabbir ta’ marki tat-twelid (birthmarks) u/jew tbajja’ fil-ġilda (naevus melanoċitiċi). F’każ ta’ tumur jew tkabbir mill-ġdid ta’ tumuri preċedenti (ikkonfermat mit-tabib tiegħek), il-kura b’NutropinAq għandha titwaqqaf minnufih. Dan l-effett sekondarju mhux komuni, u jista’ jaffettwa sa pazjent wieħed minn kull 100 pazjent.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok tibdil fil-vista, uġigħ ta’ ras qawwi jew frekwenti, assoċjati ma’ dardir (tqalligħ) jew rimettar. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ żieda temporanja fil- pressjoni ġewwa l-moħħ (pressjoni għolja fil-kranju). Jekk għandek pressjoni għolja fil-kranju, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas temporanjament jew iwaqqaf it-terapija b’NutropinAq. Wara t- terapija tista’ tinbeda mill-ġdid wara li jgħaddi l-episodju. Dan l-effett sekondarju huwa rari, u jista’ jaffettwa sa pazjent wieħed minn kull 1,000.


    Effetti sekondarji oħra jinkludu:


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn pazjent wieħed minn kull 10)


    Nefħa tal-idejn u tas-saqajn ikkawżata minn akkumulazzjoni ta’ fluwidu (edima periferali) kultant assoċjata ma’ wġigħ lokalizzat fil-muskoli (majalġja) u wġigħ fil-ġogi (artralġja). Dawn l-effetti

    sekondarji normalment jidhru fl-adulti fil-bidu tal-kura u jgħaddu malajr. Edima kienet irrappurtata bħala komuni fit-tfal.


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)


    Attività baxxa tal-glandola tat-tirojde li twassal għal-livelli baxxi tal-ormoni tat-tirojde (ipotirojdiżmu). Jekk l-ipotirojdiżmu tiegħek ma jkunx ikkurat, dan jista’ jwaqqaf lil NutropinAq milli jaħdem. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja l-funzjoni tat-tirojde tiegħek kull tant żmien u jekk meħtieġ jippreskrivi kura adegwata.


    Kapaċità mnaqqsa li tassorbi z-zokkor (glucose) mid-demm tiegħek li twassal għal livelli għolja ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija). It-tabib tiegħek għandu jissorveljak għal sinjali ta’ dan waqt kura b’NutropinAq. Jekk qed tiġi kkurat bl-insulina, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jaġġusta d- doża tal-insulina tiegħek.


    Sensazzjoni ta’ dgħjufija (astenja) u żieda fit-tensjoni tal-muskoli (ipertonija).


    Uġigħ, fsada, tbenġil, raxx u ħakk fis-sit tal-injezzjoni. Dawn jistgħu jiġu evitati bl-użu ta’ teknika ta’ injezzjoni korretta u billi jinbidlu s-siti tal-injezzjoni.


    Xi pazjenti jistgħu jiżviluppaw antikorpi (tip ta’ proteina magħmula mill-ġisem) għal somatropin. Meta dawn l-antikorpi nstabu fil-pazjenti, dawn ma telfuhomx milli jikbru.


    Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)


    Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm fid-demm (anemija), tnaqqis fil-livell taz-zokkor fid- demm (ipogliċemija) u żieda fil-livelli tal-fosfat (iperfosfatemija).


    Bidliet fil-personalità jew imġiba mhux normali.


    Tingiż persistenti, sensazzjoni ta’ ħruq, uġigħ u/jew tnemnim fil-pala tal-id ikkawżati minn nerv maqrus fil-polz (sindrome carpal tunnel).


    Movimenti involuntarji rapidi tal-għajnejn (nistagmus), nefħa tan-nerv ottiku fil-għajn (papilloedima), vista doppja (diplopja), uġigħ ta’ ras, ngħas u vertigo.


    Żieda fir-rata tal-qalb (takikardija) u pressjoni għolja. Rimettar, uġigħ fl-istonku, gass (flatulenza) u tħossok imdardar (tqalligħ).


    Ġilda sensittiva u xotta (dermatite bil-qxur), bidliet fil-ħxuna tal-ġilda, tkabbir eċċessiv ta’ xagħar fil- wiċċ u l-ġisem (irsutiżmu), ħorriqija (urtikarja).


    Kurvatura fis-sinsla (skoljosi). Jekk għandek skoljosi, se jkollok bżonn tiġi eżaminat ta’ spiss għal żieda fil-kurva.


    Disturb fl-għadam fejn il-parti ta’ fuq tas-sieq (wirk) timxi ’l barra minn mal-ġenbejn (epifisi ewlenija tal-wirk imċaqalqa minn postha). Dan ġeneralment jiġri f’pazjenti li jikbru malajr. Pazjenti b’disturbi endokrinoloġiċi huma aktar suxxettibli li jiżviluppaw epifisi ewlenija tal-wirk imċaqalqa minn postha.

    Tnaqqis fid-daqs tal-muskoli (atrofija tal-muskoli), uġigħ fil-ġogi (artralġja) u wġigħ fl-għadam. Diffikultà biex iżżomm l-awrina (inkontinenza tal-awrina), frekwenza għolja (pollakjurja) u volum

    (poliurja) tal-awrina.


    Fsada mill-ġuf (emorraġija mill-utru), tnixxija ġenitali u tkabbir tas-sider (ġinekomastija). Telf/żieda lokalizzati ta’ xaħam mill-ġilda (lipodistrofija, atrofija/ipertrofija fis-sit tal-injezzjoni).

    Adenojdi mkabbra b’sintomi simili bħal tunsilli mkabbra (ara rari).


    Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)


    Żieda fil-livelli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija, dijabete mellitus). Dijabete mellitus tista’ twassal għal żieda fl-awrina, għatx u ġuħ. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi, għandek tgħarraf lit- tabib tiegħek.


    Tunsilli mkabbra li jwasslu għall-inħir, diffikultà biex tieħu nifs jew biex tibla’, interruzzjoni qasira tan-nifs waqt l-irqad (apnea waqt l-irqad), jew fluwidu fil-widna, kif ukoll infezzjonijiet tal-widna. Jekk dan jidher li huwa problematiku ħafna, għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.


    Sensazzjonijiet mhux normali ta’ tnemnim, tingiż jew tirżiħ (parasteżija), żvilupp mhux normali tal- għadam, marda li għandha effett fuq it-tkabbir tal-għadam (osteokondrosi) u dgħjufija fil-muskoli.


    Effetti sekondarji rari oħra osservati b’kura ta’ NutropinAq jinkludu ħakk mal-ġisem kollu, raxx, vista mċajpra, żieda fil-piż, sturdament, dijarea, nefħa fil-wiċċ, għeja, uġigħ, deni, depressjoni u diffikultà biex torqod (insomnja).


    Effetti sekondarji speċifiċi għall-indikazzjoni osservati waqt provi kliniċi


    Fi tfal b’defiċjenza tal-ormon tat-tkabbir tumuri fil-moħħ (sistema nervuża ċentrali) kienu rrappurtati b’mod komuni. Mill-236 pazjent irreġistrat fl-istudji kliniċi 3 pazjenti kellhom tumur fis-sistema nervuża ċentrali. Mit-3 pazjenti b’tumur fis-sistema nervuża ċentrali, żewġ pazjenti kellhom medulloblastoma rikorrenti u pazjent wieħed kellu istjoċitoma. Ara wkoll sezzjoni “twissijiet u prekawzjonijiet”.


    Bniet bis-sindrome ta’ Turner irrappurtaw b’mod komuni fsada qawwija mhux normali waqt il- mestrwazzjoni.


    Tfal b’insuffiċjenza kronika tal-kliewi rrappurtaw b’mod komuni infjammazzjoni tal-kisja tal-addome (peritonite), nekrosi tal-għadam u żieda fil-livelli ta’ krejatinina fid-demm. Dawn huma aktar probabbli li jiżviluppaw żieda fil-pressjoni fil-moħħ (pressjoni għolja fil-kranju), bl-akbar riskju fil- bidu tal-kura, għalkemm tfal b’defiċjenza organika tal-ormon tat-tkabbir u bis-sindrome ta’ Turner ukoll għandhom żieda fl-inċidenza.


    Adulti b’defiċjenza tal-ormon tat-tkabbir irrappurtaw b’mod komuni sensazzjonijiet mhux normali ta’ tnemnim, tingiż jew tirżiħ (parasteżija), livelli għolja b’mod mhux normali ta’ glucose fid-demm, lipidi (xaħam) żejda fid-demm, nuqqas ta’ rqad, disturbi fil-ġogi, artrożi (marda deġenerattiva tal- ġogi), dgħjufija fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, uġigħ fis-sider u tkabbir tas-sider (ġinekomastija).


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji, tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen NutropinAq


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-iskartoċċ u fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Tagħmlux fil-friża.

    Żomm il-folja fil-kartuna ta’ barra.


    Wara l-ewwel użu, l-iskartoċċ jista’ jiġi maħżun għal mhux aktar minn 28 ġurnata f’temperatura ta’ 2°C - 8°C. Bejn injezzjoni u oħra tneħħix l-iskartoċċ li qed jintuża mill-Pinna NutropinAq.


    Tużax NutropinAq jekk tinnota li s-soluzzjoni hija mdardra.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih NutropinAq

Is-sustanza attiva ta’ NutropinAq hi somatropin*.

* Somatropin huwa ormon tat-tkabbir uman magħmul f’ċelluli ta’ Escherichia coli permezz ta’ teknoloġija tat-tfassil tad-DNA.


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma sodium chloride, phenol likwifikat, polysorbate 20, sodium citrate dihydrate, citric acid anidru u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher NutropinAq u l-kontenut tal-pakkett


NutropinAq huwa soluzzjoni għall-injezzjoni (fi skartoċċ (10 mg/2 ml) - daqs tal-pakkett ta’ 1, 3 u 6).

Is-soluzzjoni għal ħafna dożi hija ċara u bla kulur.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Ipsen Pharma, 65 quai Georges Gorse, 92100

Boulogne-Billancourt, Franza


Manifattur: IPSEN PHARMA BIOTECH S.A.S., Parc d’Activités du Plateau de Signes, CD no 402, 83870 Signes, France


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg Ipsen NV

Tél/Tel: + 32 - 9 - 243 96 00


България PharmaSwiss EOOD Тел.: +359 2 8952 110

Latvija

Ipsen Pharma pārstāvniecība Tel: +371 676 22233


Česká republika

Ipsen Pharma, s.r.o.

Tel: + 420 242 481 821

Lietuva

Ipsen Pharma SAS Lietuvos filialas Tel. + 370 700 33305

Danmark, Norge, Suomi/Finland, Sverige, Ísland

Institut Produits Synthèse (IPSEN) AB

Tlf/Puh/Tel/Sími: +46 8 451 60 00

Magyarország

Ipsen Pharma Hungary Kft. Tel.: + 36-1-555-5930


Deutschland, Österreich

Ipsen Pharma GmbH

Tel: + 49 89 2620 432 89

Nederland

Ipsen Farmaceutica B.V. Tel: + 31 (0) 23 55 41 600


Eesti

CentralPharma Communications OÜ Tel: +372 601 5540

Polska

Ipsen Poland Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0) 22 653 6800


Ελλάδα, Κύπρος, Malta Ipsen Μονοπρόσωπη EΠΕ Τηλ: + 30 - 210 - 984 3324

Portugal

Ipsen Portugal - Produtos Farmacêuticos S.A. Tel: + 351 - 21 - 412 3550


España

Ipsen Pharma S.A.U. Tel: + 34 - 936 - 858 100

România

Ipsen Pharma România SRL Tel: + 40 (021) 231 27 20


France, Hrvatska

Ipsen Pharma

Tél : + 33 - 1 - 58 33 50 00

Slovenija PharmaSwiss d.o.o. Tel: + 386 1 236 47 00


Ireland, United Kingdom (Northern Ireland)

Ipsen Pharmaceuticals Limited Tel: + 44 (0)1753 62 77 77

Slovenská republika

Ipsen Pharma, organizačná zložka Tel: + 420 242 481 821


Italia

Ipsen SpA

Tel: + 39 - 02 - 39 22 41


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{Xahar/SSSS}>


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini .

Pinna NutropinAq Istruzzjoni għall-użu ma’ NutropinAq


TINJETTAX IL-MEDIĊINA QABEL MA TIĠI MĦARREĠ SEW FIL-METODI XIERQA MIT- TABIB JEW MILL-INFERMIER TIEGĦEK


Attenzjoni:

Qabel ma tuża l-Pinna NutropinAq tiegħek, jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet li ġejjin b’attenzjoni. Nissuġġerixxu wkoll li tikkonsulta lit-tabib jew lill-infermier tiegħek għal dimonstrazzjoni.


Il-Pinna NutropinAq hija maħsuba biss għall-użu ma’ skrataċ ta’ NutropinAq (użu għal taħt il-ġilda biss).

Kif muri fl-istampi hawn taħt, il-Pinna NutropinAq u l-iskrataċ huma disponibbli f’żewġ mudelli (bi jew bla kulur isfar miżjud). Il-mod kif taħdem il-pinna u l-kontenut tal-iskrataċ huma l-istess għaż-

żewġ mudelli. Kull wieħed miż-żewġ mudelli ta’ skrataċ NutropinAq jista’ jintuża ma’ kull mudell ta’ Pinna NutropinAq.


image


Uża biss il-labar għall-pinna rrakkomandati mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.


L-iskala ta’ dożaġġ li tinstab ħdejn it-tieqa tal-kontenitur tal-iskartoċċ m’għandhiex tintuża biex tkejjel id-doża. Għandha tintuża biss biex tieħu estimu tad-dożaġġ li fadal fl-iskartoċċ. Dejjem irreferi għal- LCD (Display ta’ Kristalli Likwidi - Liquid Crystal Display), u mhux għaċ-ċekċik li jinstema’, biex tipprepara injezzjoni ta’ NutropinAq. Iċ-ċekċik huwa biss konferma li tinstema’ li l-buttuna s-sewda tad-doża ġiet imċaqalqa.


Dejjem aħżen il-pinna u l-iskrataċ f’post nadif u sikur fil-friġġ, f’temperatura ta’ 2-8°C u fejn ma jintlaħqux u ma jidhrux mit-tfal. Ipproteġi minn dawl qawwi. Uża kontenitur għat-tkessiħ biex taħżen il-Pinna NutropinAq tiegħek meta tivvjaġġa. NutropinAq huwa iddisinjat biex jiflaħ perjodu ta’ ħin (siegħa l-aktar) barra mill-friġġ kuljum. Evita postijiet ta’ temperatura estrema. Iċċekkja d-data ta’ skadenza tal-iskartoċċ qabel l-użu.


Biex tevita tixrid ta’ infezzjoni, segwi dawn il-miżuri ta’ sigurtà:


Barra minn hekk, tagħmir portabbli tal-komunikazzjonijiet bi Frekwenza tar-Radju għandu jintuża mhux eqreb minn 30 ċm (12-il pulzier) minn kwalunkwe parti tal-pinna. Inkella, dan jista’ jwassal

għal degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-pinna.

Parti III: Labar għall-Pinna NutropinAq


It-tabib jew l-infermier tiegħek se jirrakkomandaw labra li hija xierqa għalik. Dejjen uża l-labar irrakkomandati.


Labar minn pajjiżi oħra jistgħu ma jaqblux mal-Pinna NutropinAq tiegħek. Jekk issiefer barra mill- Unjoni Ewropea, kun żgur li tieħu biżżejjed labar għat-tul tas-safra.


Parti IV: Mistoqsijiet Komuni


M: Hemm bżonn nibdel il-labra kull darba li nuża l-Pinna NutropinAq tiegħi?

T: Iva. Għandha tintuża labra ġdida għal kull injezzjoni. Il-labra tkun sterili biss meta tintuża għall- ewwel darba.


M: Fejn għandi naħżen il-Pinna NutropinAq tiegħi?

T: Għandek taħżen il-Pinna NutropinAq fil-kaxxa, ġol-friġġ meta jiddaħħal skartoċċ. Meta tivvjaġġa, poġgi l-kaxxa tal-pinna f’kaxxa li tkessaħ. TIFFRIŻAX.


M: Għalfejn għandi nżomm il-mediċina tiegħi fil-friġġ?

T: Sabiex iżżomm il-qawwa tagħha.


M: Nista’ naħżen il-Pinna NutropinAq tiegħi fil-friża?

T: Le. Jekk tiffriża tagħmel ħsara lill-pinna u lill-mediċina.


M: Kemm nista’ nżomm il-Pinna NutropinAq u l-iskartoċċ tiegħi barra mill-friġġ?

T: Nirrakkomandaw li mhux aktar minn siegħa. It-tabib jew l-infermier tiegħek se jagħtuk parir dwar

il-ħażna tal-pinna.


M: X’inhi d-doża massima li l-Pinna NutropinAq tista’ tagħti f’injezzjoni waħda?

T: Il-Pinna NutropinAq tista’ tagħti doża minima ta’ 0.1 mg sa doża massima ta’ 4.0 mg (40 ċekċika). Jekk tipprova tieħu doża ta’ aktar minn 4 mg f’darba, il-mediċina se tiġi imbuttata ’l barra mil-labra u tinħela jew pressa żejda titpoġġa fuq l-iskartoċċ u dan jista’ jixxaqqaq.


M: Huwa possibbli li ndawwar il-buttuna s-sewda tad-doża lura jekk infaqqagħha wisq drabi?

T: Iva. Tista’ ddawwar il-buttuna s-sewda tad-doża lura sakemm in-numru t-tajjeb jidher fuq l-LCD.


M: X’għandi nagħmel jekk ma baqax biżżejjed soluzzjoni fl-iskartoċċ għad-doża li jmiss tiegħi?

T: It-tabib jew l-infermier tiegħek se jgħarrfuk dwar x’għandek tagħmel għall-aħħar doża fl-iskartoċċ.


M: Għaliex għandi ndawwar lura l-buttuna s-sewda tad-doża fuq il-Pinna NutropinAq tiegħi kull darba li nibdel l-iskartoċċ?

T: Dan jiggarantixxi li l-lasta tal-planġer tirrisettja kompletament lura fil-pożizzjoni tal-bidu. Jekk dan ma jsirx, il-likwidu joħroġ mil-labra meta jitpoġġa skartoċċ ġdid fil-pinna.


M: Nista’ nuża l-Pinna NutropinAq tiegħi mingħajr il-protezzjonijiet?

T: Iva. Il-Pinna NutropinAq tiegħek taħdem mingħajr il-protezzjonijiet. Il-protezzjonijiet mhumiex

obbligatorji u jgħinuk tagħti l-injezzjoni tiegħek.


M: X’nagħmel jekk inwaqqa’ l-Pinna NutropinAq tiegħi?

T: Jekk twaqqa’ l-Pinna NutropinAq, iċċekkja jekk l-iskartoċċ għandux ħsara. Għandek tiċċekkja wkoll il-pinna sabiex tara jekk il-buttuna s-sewda tad-doża tiċċaqlaqx ’il fuq u ’l isfel kif suppost u li l- apparat tal-għadd tal-LCD hux qed jaħdem. Jekk l-iskartoċċ jew il-pinna għandhom il-ħsara, saqsi lit- tabib jew lill-infermier tiegħek għal sostituzzjoni.


M: Kemm nista’ ndum nuża l-Pinna NutropinAq tiegħi?

T: Il-Pinna NutropinAq hija maħsuba sabiex iddum 24 xahar minn meta tuża l-pinna għall-ewwel darba.


M: Xi tfisser “bt” itteptep fl-LCD?

T: Il-batterija fil-Pinna NutropinAq tiegħek qed titlef iċ-ċarġ tagħha. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib

jew lill-infermier tiegħek biex tbiddel il-pinna. Batteriji ġeneralment iservu 24 xahar u għandhom ħajja ta’ 4 ġimgħat minn meta “bt” tibda tteptep.


M: Xi tfisser “[≡]” itteptep fl-LCD?

T: L-ewwel twissija ta’ Tmiem tal-ħajja: malli tixgħel il-pinna, it-teptip tas-sinjal ta’ twissija ta’ “tmiem tal-ħajja” jindika li l-pinna waslet lejn l-aħħar tal-ħajja tagħha. Is-sinjal ta’ twissija ta’ “tmiem

tal-ħajja” jidher minflok l-aħħar doża. Il-pinna se taħdem għal madwar xahar ieħor qabel ma d-display

jintefa b’mod permanenti.


M: Kif nibdel il-Pinna NutropinAq tiegħi?

T: Ikkuntattja lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk għandek bżonn tibdel xi parti jew jekk għandek bżonn tibdel il-pinna kollha.


Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali. Ir-rappreżentant lokali tiegħek u l-manifattur tal-apparat Pinna NutropinAq huma l-istess bħal dawk tal-prodott mediċinali deskritt qabel. Jekk jogħġbok ara sezzjoni 6 fil-paġni ta’ qabel għad-dettalji tal-kuntatt.


CE 0459


Manifattur: IPSEN PHARMA BIOTECH S.A.S., Parc d’Activités du Plateau de Signes, CD no 402, 83870 Signes, Franza


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> NutropininAq huwa trademark irreġistrata ta’ Genentech, Inc.