Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Eurartesim
piperaquine tetraphosphate, artenimol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Eurartesim 160 mg/20 mg pilloli miksija b’rita

Piperaquine tetraphosphate/artenimol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Eurartesim ma’ ikel u xorb

Għandek tieħu l-pilloli Eurartesim mal-ilma biss.

M’għandekx tieħu Eurartesim mal-meraq tal-grejpfrut minħabba interazzjonijiet possibbli


Tqala u treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħda fl-ewwel trimestru tat-tqala, taħseb li tista’ tkun tqila jew toħroġ tqila, jew jekk qed tredda’. Ibbażat fuq dejta miksuba mill-annimali, Eurartesim huwa ssuspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf jekk jintuża matul l-ewwel tliet xhur tat-tqala. Għalhekk, Eurartesim m’għandux jintuża matul l-ewwel trimestru tat-tqala jekk it-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċina alternattiva. Jekk issir taf li inti tqila wara xahar li tkun bdejt tieħu Eurartesim, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek. L-esponiment ta’ nisa tqal matul it-tieni u t-tielet trimestru ma kien assoċjat mal-ebda ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Jekk Eurartesim ikun aktar adattat għal mara tqila minn terapiji ta’ kombinazzjoni oħra bbażati fuq artemisinin b’firxa aktar għolja ta’ esperjenzi (jew sulfadoxine– pyrimethamine), Eurartesim jista’ jintuża fit-tieni u fit-tielet trimestru.


M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek meta tkun qed tieħu din il-mediċina għax il-mediċina tista’ tgħaddi minn ġol-ħalib tas-sider għat-tarbija tiegħek.


Jekk qed tieħu supplimenti tal-folate biex tevita difetti tat-twelid possibbli fit-tubu newrali, tista’ tkompli teħodhom fl-istess ħin bħal Eurartesim.


Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għall-parir qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew meta tkun qed tredda’.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ ssuq jew tuża l-magni wara li tkun ħadt Eurartesim ġaladarba tkun irkuprajt mill-marda tiegħek.


  1. Kif għandek tieħu Eurartesim


    Dejjem għandek tieħu Eurartesim skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Int jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom tieħdu din il-mediċina fuq stonku vojt. Int jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom tieħdu kull doża mhux inqas minn 3 sigħat wara l-aħħar l-ikla, u m’għandekx tiekol sa wara 3 sigħat wara kull doża ta’ Eurartesim. Int jew it-tifel/tifla tiegħek tistgħu tixorbu l-ilma fi kwalunkwe ħin.


    image

    Jekk ikun diffiċli li tibla’ l-pilloli, tista’ tfarrakom u tħallathom mal-ilma; ixrob it-taħlita immedjatament.


    Kors ta’ Eurartesim idum tliet ijiem konsekuttivi. Ħu doża waħda kuljum. Għandek ukoll tipprova tieħu d-doża bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin f’kull waħda mit-tlett ijiem.


    Id-doża ta’ kuljum tiddependi fuq il-piż tal-ġisem tal-pazjent. It-tabib tiegħek suppost li kiteb riċetta għal doża li hi adattata għall-piż tiegħek jew tat-tifel/tifla tiegħek kif ġej:



    Piż tal-ġisem (kg)


    Doża ta’ kuljum (mg)

    Numru totali ta’ pilloli għall- kura

    5 sa inqas minn 7

    Nofs pillola ta’ 160 mg/20 mg kuljum

    1.5 pillola

    7 sa inqas minn 13

    Pillola waħda ta’ 160 mg/20 mg kuljum

    3 pilloli

    13 sa inqas minn 24

    Pillola waħda ta’ 320 mg/40 mg kuljum

    3 pilloli

    24 sa inqas minn 36

    Żewġ pilloli ta’ 320 mg/40 mg kuljum

    6 pilloli

    36 sa inqas minn 75

    Tliet pilloli ta’ 320 mg/40 mg kuljum

    9 pilloli

    >75

    Erba’ pilloli ta’ 320 mg/40 mg kuljum

    12-il pillola


    Rimettar meta tkun qed tieħu din il-mediċina

    Jekk dan jiġri fi żmien:

    • 30 minuta minn meta tkun ħadt Eurartesim, id-doża kollha trid tittieħed mill-ġdid.

    • 31-60 minuta, nofs id-doża trid tittieħed mill-ġdid.

      Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirremettu t-tieni doża wkoll, m’għandekx tieħu jew tagħti lit- tifel/tifla tiegħek doża oħra. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament biex tikseb kura alternattiva għall-malarja.


      Kif tieħu din il-mediċina, jekk terġa’ sseħħ infezzjoni bil-malarja

    • Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek ikollkom attakk ieħor tal-malarja, tistgħu tieħdu t-tieni kors ta’ Eurartesim fi żmien sena jekk it-tabib tiegħek jaħseb li din hi kura adattata. Inti jew it-tifel/tifla tiegħek m’għandkomx tieħdu iktar minn żewġ korsijiet fi żmien sena. Jekk dan jiġri, kellem

      lit-tabib tiegħek. Inti jew it-tifel/tifla tiegħek m’għandkomx tieħdu t-tieni kors ta’ Eurartesim fi żmien xahrejn mill-ewwel kors.

    • Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tiġu infettati iktar minn darbtejn f’sena, it-tabib tiegħek ser jagħtikom riċetta għal kura alternattiva.


    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tieħdu pilloli ta’ Eurartesim aktar milli suppost

    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tieħdu iktar mid-doża rakkomandata, għid lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi monitoraġġ speċjali għalik jew għat-tifel/tifla tiegħek għax dożi ogħla minn dawk rakkomandati jista’ jkollhom effett mhux mixtieq u sever fuq il-qalb (ara wkoll sezzjoni 4).


    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tinsew tieħdu Eurartesim

    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tinsew tieħdu t-tieni doża ta’ Eurartesim fil-ħin li suppost, ħuduha hekk kif tiftakru. Imbagħad ħudu t-tielet (l-aħħar) doża madwar24 siegħa wara t-tieni doża. Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tinsew tieħdu t-tielet (l-aħħar) doża ta’ Eurartesim fil-ħin li suppost, ħuduha hekk kif tiftakru. Qatt m’għandkom tieħdu iktar minn doża waħda fl-istess jum biex tpattu għad-doża li tkun intesiet.

    Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tieqfu tieħdu Eurartesim

    Biex il-mediċina taħdem b’mod effettiv, inti jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom tieħdu l-pilloli skont kif ingħatajtu u għandkom tlestu l-kors ta’ kura ta’ 3 ijiem. Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek ma tkunux kapaċi tagħmlu dan, kelllu lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħkom.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji mhumiex severi u normalment jgħibu fi żmien ftit jiem jew ġimgħat wara l-kura.


    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tiżviluppaw raxx, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fl-ilsien jew fil- gerżuma b’diffikultà biex tibilgħu jew biex tieħdu n-nifs, dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament, jew mur fis-sezzjoni tal-emerġenza tal-eqreb sptar, u ħu dan il-fuljett miegħek.


    Problema tal-qalb, imsejħa titwil fil-QT tista’ sseħħ waqt li tkun qed tieħu Eurartesim u għal xi jiem wara li tieħu l-aħħar doża. Din tista’ tikkawża anormalità ta’ periklu għall-ħajja tar-ritmu ta’ taħbit tal-qalb.

    It-tabib tiegħek jista’ jieħu recordings elettriċi tal-qalb (elettrokardjogramm ECG) waqt li inti

    jew it-tifel/tifla tiegħek tkunu qed tiġu kkurati u wara li tingħata l-aħħar doża. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir meta se jsiru dawn ir-recordings.

    Jekk tinnota xi ħaġa differenti fir-ritmu tat-taħbit tal-qalb tiegħek jew tat-tifel/tifla tiegħek jekk ikollok xi sintomi (bħal palpitazzjonijiet jew taħbit irregolari tal-qalb), għandek tikkuntattja lit- tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr u qabel ma jkun imisskom tieħdu d-doża li jmiss.


    Kultant problema biċ-ċelluli tad-demm ħomor tiegħek, li tissejjaħ anemija emolitika, tista’ sseħħ wara li tirċievi trattament għall-malarja. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk inti jew it- tifel/tifla tiegħek tiżviluppaw wieħed jew iktar mis-sintomi li ġejjin wara t-trattament b’Eurartesim: ġilda pallida, dgħufija ġenerali, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs u taħbit tal-qalb mgħaġġel; b’mod partikolari bl-eżerċizzju, konfużjoni, sturdament, jew awrina ta’ kulur skur.


    Effetti sekondarji fl-adulti


    Komuni (j ist għu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    Anemija, uġigħ ta’ ras, disturbi fir-ritmu tal-qalb (tibdil fl-ECG jew tinnota taħbit tal-qalb mgħaġġel b’mod mhux tas-soltu, jew palpitazzjonijiet), deni, dgħufija ġenerali.


    Mhux komuni (j i st għu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    Influwenza, infezzjoni respiratorja, aptit batut jew telf ta’ aptit, sturdament, konvulżjonijiet (puplesiji), rata irregolari jew baxxa ta’ taħbit tal-qalb, sogħla, rimettar, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, nawsja, infjammazzjoni jew tkabbir tal-fwied, testijiet tal-funzjoni tal-fwied b’riżultati mhux normali, ħakk, uġigħ fil-muskoli jew ġogi.


    Effetti sekondarji fit-tfal


    Komuni ħaf na (ji stgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10)

    Influwenza, sogħla, deni.

    Komuni (j ist għu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    Infezzjoni respiratorja, infezzjoni fil-widnejn, anemija, anormalitajiet f’diversi tipi ta’ ċelluli

    tad-demm (ċelluli tad-demm bojod u plejtlits), aptit batut jew telf ta’ aptit, infezzjoni fl-għajnejn, disturbi fir-ritmu tal-qalb (tibdil bħal dak fl-adulti, tibdil fl-ECG), uġigħ ta’ żaqq, rimettar, dijarea, infjammazzjoni tal-ġilda, raxx, dgħufija ġenerali.


    Mhux komuni (j i st għu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    Anormalitajiet fiċ-ċelluli ħomor tad-demm, numru eċċessiv ta’ plejtlits, tkabbir ta’ xi organi (bħal fwied jew il-milsa), glandoli tal-limfa minfuħin, konvulżjonijiet (puplesiji), uġigħ ta’ ras, ħsejjes mhux normali tal-qalb (li jinstemgħu mit-tabib tiegħek bi stetoskopju), ħruġ ta’ demm mill-imnieħer, imnieħer inixxi, nawseja, infjammazzjoni tal-ħalq, infjammazzjoni jew tkabbir tal-fwied, suffejra, testijiet tad-demm tal-funzjoni tal-fwied b’riżultat mhux normali, ħakk u infjammazzjoni tal-ġilda, uġigħ fil-ġogi.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din

    il-mediċina.


  3. Kif taħżen Eurartesim


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità. Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-folja tkun miftuħa.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Eurartesim

Is-sustanzi attivi huma piperaquine tetraphosphate u artenimol.

Kull pillola miksija b’rita fiha 160 mg ta’ piperaquine tetraphosphate (bħala t-tetrahydrate) u 20 mg ta’ artenimol.


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: pre-gelatinised starch, dextrin, hypromellose (E464), croscarmellose sodium, magnesium stearate (E572).

Kisja tar-rita: hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol 400.


Kif jidher Eurartesim u l-kontenut tal-pakkett

Eurartesim huma pilloli bojod miksija b’rita, imnaqqxa, u b’ferq fin-nofs.


Il-pilloli ta’ 160 mg/20 mg għandhom l-ittri ‘S’ u ‘T’ fuq naħa waħda u jiġu fornuti f’folji li jkun fihom 3 pilloli.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Alfasigma S.p.A.

Via Ragazzi del ’99, n. 5

40133 Bologna L-Italja


Tel: +39 051 6489602

Fax: +39 051 388689

E-mail:antonietta.pazardjiklian@alfasigma.com


Manifattur


Alfasigma S.p.A.

Via Pontina km. 30,400 00071 Pomezia (Ruma)

L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg Alfasigma Belgium sprl/bvba Tel: +32 (0)2 420 93 16

eurartesim.be@alfasigma.com


Nederland Deutschland

Alfasigma Nederland BV Pharmore GmbH

Tel: +31 30 6702020 Tel.: +49 (0) 5451 9690-0

info.nl@alfasigma.com service@pharmore.de


España Portugal

Alfasigma España, S.L. Alfasigma Portugal, Lda

Tel: +34 93 415 48 22 Tel: +351 217 226 110

info.es@alfasigma.com geral@alfasigma.com


France

Alfasigma France Tél: +33 1 45 21 0269

regulatory.fr@alfasigma.com


Ελλάδα

A VIPharma International A.E. Τηλ: +30 210-6194170

info@avipharma.gr


Italy

Alfasigma S.p.A.

Tel: +39 051 6489602

antonietta.pazardjiklian@alfasigma.com


Κύπρος

ISANGEN PHARMA CYPRUS LTD Τηλ: +357 24-638833,

info@isangenpharma.com.cy

България, Česká republika, Danmark, Eesti, Hrvatska, Ireland, Ísland, Latvija, Lietuva, Magyarország, Malta, Norge, Österreich, Polska, România, Slovenija, Slovenská republika, Suomi/Finland, Sverige, United Kingdom (Northern Ireland).


Alfasigma S.p.A.

Италия, Olaszország, Itàlie, Italja, Italien, Italia, Itaalia, Włochy, Italija, Ítalía, taliansko, Itālija


Teл/Tel/Tlf/ Sími/Puh: +39 051 6489602

alfasigmaspa@legalmail.it


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xahar SSSS


.