Onduarp
telmisartan, amlodipine
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.
X’inhu Onduarp u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Onduarp
Kif għandek tieħu Onduarp
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Onduarp
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Il-pilloli Onduarp fihom żewġ sustanzi attivi msejħa telmisartan u amlodipine. Dawn iż-żewġ sustanzi jgħinu biex jikkontrollaw il-pressjoni tad-demm għolja tiegħek:
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Telmisartan jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu “antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II”. Angiotensin II hi sustanza magħmula fil-ġisem li tikkawża li l-vini/arterji tad-demm jidjiequ, u b’hekk tiżdied il-pressjoni tad-demm. Telmisartan jaħdem billi jimblokka l-effett ta’ angiotensin II.
Amlodipine jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa “imblokkaturi tal-kanal tal-calcium”. Amlodipine ma jħallix il-calcium jidħol ġol-ħajt ta’ vina jew arterja, u dan iwaqqaf il-vini jew arterji milli jidjiequ.
Dan ifisser li dawn iż-żewġ sustanzi attivi jaħdmu flimkien biex jgħinu u jwaqqfu lill-vini/arterji tad- demm tiegħek milli jidjiequ. B’riżultat ta’ dan, il-vini jew arterji jinfetħu u l-pressjoni tad-demm titbaxxa.
F’pazjenti adulti li l-pressjoni tad-demm tagħhom ma tkunx ikkontrollata biżżejjed b’amlodipine.
F’pazjenti adulti li diġà qed jirċievu telmisartan u amlodipine minn pilloli separati u li jixtiequ li minflokhom jieħdu l-istess dożi f’pillola waħda għall-konvenjenza
Jekk il-pressjoni tad-demm għolja ma tkunx ikkurata, tista’ tagħmel ħsara lill-vini jew arterji f’diversi organi, u dan ipoġġi lil pazjenti f’riskju ta’ avvenimenti serji bħal attakk tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb jew tal-kliewi, puplesija, jew li wieħed jagħma. Ġeneralment ma jkunx hemm sintomi ta’ pressjoni
tad-demm għolja qabel ma ssir il-ħsara. Għaldaqstant hu importanti li tkejjel il-pressjoni tad-demm regolarment biex tivverifika li qiegħda fil-medda normali.
jekk inti allerġiku għal telmisartan jew amlodipine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).
jekk inti allerġiku għal mediċini oħra tat-tip dihydropyridine (tip wieħed ta’ imblokkatur tal- kanal tal-calcium).
jekk inti għandek iktar minn 3 xhur tqila. (Ikun aħjar ukoll li tevita Onduarp kmieni fit-tqala – (ara s-sezzjoni Twissijiet u prekawzjonijiet u s-sezzjoni dwar it-Tqala.)
jekk għandek problemi severi tal-fwied jew ostruzzjoni biljari (problemi fit-tnixxija tal-bila mill-fwied jew mill-marrara).
jekk tbati minn pressjoni tad-demm baxxa severa (li tinkludi xokk).
jekk tbati minn ammont baxx ta’ demm ippumpjat mill-qalb minħabba problema serja tal-qalb.
jekk għandek dijabete mellitus jew indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi u qed tiġi kkurat b’Rasilez.
Jekk xi wieħed minn dawn is-sintomi t’hawn fuq japplika għalik, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Onduarp.
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tbati jew jekk fil-passat batejt minn kwalunkwe mill-kundizzjonijiet jew mard li ġejjin:
Mard tal-kliewi jew trapjant tal-kliewi.
Tidjiq tal-vini/arterji lejn kilwa waħda jew lejn iż-żewġ kliewi (stenosi tal-arterji tal-kliewi).
Mard tal-fwied.
Problemi tal-qalb.
Livelli għoljin ta’ aldosterone (li jwasslu għal żamma tal-ilma u l-melħ fil-ġisem flimkien ma’
żbilanċ ta’ diversi minerali fid-demm).
Pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni), x’aktarx li sseħħ jekk tkun deidratat (telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem) jew jekk ikollok nuqqas ta’ melħ minħabba terapija dijuretika (‘pilloli
tal-awrina’), dieta b’livelli baxxi ta’ melħ, dijarea, jew rimettar.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Livelli għolja ta’ potassium fid-demm tiegħek.
Dijabete.
Tidjiq tal-aorta (stenosi aortika).
Uġigħ fis-sider assoċjat mal-qalb, li jseħħ meta tkun qed tistrieħ (l-ebda attività fiżika) jew meta tagħmel sforz minimu (anġina pectoris instabbli).
Attakk tal-qalb matul l-aħħar erba’ ġimgħat.
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Onduarp:
jekk qed tieħu Rasilez, li hija mediċina biex tikkura l-pressjoni għolja tad-demm.
jekk qed tieħu digoxin.
F’każ li jkollok bżonn ta’ operazzjoni jew loppju, għandek tgħid lit-tabib tiegħek li qed tieħu Onduarp.
L-użu ta’ Onduarp fit-tfal u fl-adolexxenti sal-età ta’ 18-il sena mhuwiex rakkomandat.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini l-oħrajn, jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn. F’xi każijiet, jista’ jkollok tieqaf tieħu waħda mill-mediċini. Dan japplika b’mod speċjali għal mediċini elenkati hawn taħt li jittieħdu fl-istess ħin ma’ Onduarp:
Mediċini li fihom il-lithium għall-kura ta’ xi tipi ta’ dipressjoni.
Mediċini li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassium fid-demm bħal sostituti tal-melħ li fihom il- potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium (ċerti ‘pilloli tal-awrina’).
Inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II.
NSAIDs (mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni, eż. aspirina jew ibuprofen), eparina, immunosoppressivi (eż. cyclosporin jew tacrolimus), u l-antibijotiku trimethoprim.
Rifampicin, St. John’s wort.
Mediċini li jintużaw għall-kura tal-HIV/AIDS (eż. ritonavir) jew għall-kura ta’ infezzjonijiet fungali (eż. ketoconazole).
Erythromycin (antibijotiku).
Diltiazem (mediċina kardijaka).
Simvastatin għall-kura ta’ livelli għoljin ta’ kolesterol.
Rasilez, li hija mediċina biex tikkura l-pressjoni tad-demm.
Digoxin.
Bħal ma jiġri b’mediċini oħrajn li jbaxxu l-pressjoni tad-demm, l-effetti ta’ Onduarp jistgħu jitnaqqsu meta tieħu NSAIDs (non steroidal anti-inflammatory drugs, eż. aspirina jew ibuprofen) jew kortikosterojdi.
Onduarp jista’ jżid l-effett li jbaxxi l-pressjoni tad-demm ta’ mediċini oħra li jintużaw għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja jew ta’ mediċini li għandhom potenzjal li jbaxxu l-pressjoni tad-demm (eż. baclofen, amifostine, mediċini newroleptiċi jew antidipressanti. Flimkien ma’ dan, l-alkoħol jista’ jikkawża pressjoni tad-demm baxxa addizzjonali. Tista’ tinnota dan bħala sturdament meta tqum bilwieqfa.
Ara sezzjoni 3.
Il-meraq tal-grejpfrut u l-grejpfrut m’għandhomx jiġu kkonsmati meta tieħu Onduarp. Dan hu minħabba li l-grejpfrut u l-meraq tal-grejpfrut jistgħu jwasslu għal żieda fil-livelli tas-sustanza attiva amlodipine fid-demm f’xi pazjenti, u jistgħu jżidu l-effett ta’ Onduarp li jbaxxi l-pressjoni tad-demm.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Tqala
Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Onduarp qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Onduarp. Onduarp mhuwiex rakkomandat kmieni fit-tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.
Treddigħ
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Onduarp mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.
Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.
Xi nies jista’ jkollohom effetti sekondarji bħal ħass ħażin, irqad, sturdament jew sensazzjoni li kollox qed idur bihom (mejt) meta jkunu qed jiġu kkurati għal pressjoni tad-demm għolja. Jekk ikollok dawn l-effetti sekondarji, m’għandekx issuq jew tħaddem tuża magni.
Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-mediċina.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rakkomandata hi ta’ pillola waħda darba kuljum. Ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum. Neħħi l-pillola Onduarp tiegħek mill-folja biss eżatt qabel ma teħodha.
Tista’ tieħu Onduarp mal-ikel jew fuq stonku vojt. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma jew ma’ xi xarba oħra mhix alkoħolika.
Jekk il-fwied tiegħek ma jkunx qed jaħdem kif suppost, id-doża tas-soltu m’għandhiex taqbeż pillola waħda ta’ 40 mg/5 mg jew pillola waħda ta’ 40 mg/10 mg kuljum.
Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar tiegħek, jew lill-eqreb dipartiment tal-emerġenza immedjatament. Jista’ jkollok pressjoni tad-demm baxxa u rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb. Rata ta’ taħbit ta’ qalb bil-mod, sturdament, tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi li tinkludi insuffiċjenza tal-kliewi, pressjoni tad-demm baxxa notevoli u fit-tul li tinkludi xokk u mewt kienu wkoll irrappurtati.
Jekk tinsa tieħu xi doża, ħudha hekk kif tiftakar u mbagħad kompli ħudha bħas-soltu. Jekk ma tiħux il- pillola f’jum wieħed, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum ta’ wara. Tiħux doża doppja biex tpatti għad- dożi individwali li tkun insejt tieħu.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Hu importanti li tieħu Onduarp kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf. Jekk tħoss li l- effett ta’ Onduarp hu qawwi ħafna jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.
Għandek tara lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok kwalunkwe mis-sintomi li ġejjin: Sepsis (ta’ spiss imsejħa “avvelenament tad-demm”, hi infezzjoni severa fir-rispons tal-ġisem kollu
kontra infjammazzjoni, li tista’ twassal għal mewt), nefħa mgħaġla tal-ġilda u tal-mukuża
(anġjoedema); dawn l-effetti sekondarji huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 ruħ) iżda huma estremament serji u l-pazjenti għandhom jieqfu jieħdu l-mediċina u jaraw lit-tabib tagħhom immedjatament. Jekk dawn l-effetti ma jiġux ikkurati, jistgħu jkunu fatali. Żieda fl-inċidenza ta’ sepsis ġiet osservata b’telmisartan biss, madankollu ma tistax tiġi eskluża għal Onduarp.
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 min-nies): Sturdament, nefħa fl-għekiesi (edema).
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 ruħ):
Irqad, emigranja, uġigħ ta’ ras, tnemnim jew tmewwit tal-idejn jew saqajn, sensazzjoni li tħoss kollox idur bik (mejt), rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb, palpitazzjonijiet (tħoss it-taħbit tal-qalb tiegħek),
pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni), tistordi meta tqum bilwieqfa (ipotensjoni ortostatika), fwawar, sogħla, uġigħ fl-istonku (uġigħ ta’ żaqq), dijarea, tħossok imdardar (nawseja), ħakk, uġigħ fil- ġogi, bugħawwieġ fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli, ma tkunx kapaċi li jkollok erezzjoni, dgħufija, uġigħ fis-sider, għeja, nefħa (edema), żieda fil-livelli ta’ enzimi tal-fwied.
Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 ruħ):
Infezzjoni fil-bużżieqa tal-awrina, tħossok imdejjaq (dipressjoni), tħossok ansjuż, ma tkunx tista’ torqod, ħass ħażin, ħsara fin-nervaturi tal-idejn jew tas-saqajn, tnaqqis fis-sens tal-mess, anormalitajiet fit-togħma, rogħda, rimettar, tkabbir tal-ħanek, skonfort fiż-żaqq, ħalq xott, ekżema (disturb fil-ġilda), ħmura tal-ġilda, raxx, uġigħ fid-dahar, uġigħ fir-riġlejn, tkun triq tagħmel l-awrina matul l-lejl, ma tħossokx tajjeb (telqa), żieda fil-livelli ta’ uric acid fid-demm.
L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati bil-komponenti ta’ telmisartan jew amlodipine u jistgħu jseħħu wkoll b’Onduarp:
Telmisartan
F’pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan waħdu, l-effetti sekondarji addizzjonali li ġejjin kienu rrappurtati:
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 ruħ):
Infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (eż. uġigħ fil- griżmejn, sinuses infjammati, riħ komuni), defiċjenza fiċ-ċelluli tad-demm ħomor (anemija), livelli għolja ta’ potassium fid-demm, qtugħ ta’ nifs, nefħa fiż-żaqq, żieda fl-għaraq, ħsara fil-kliewi li tinkludi li l-kliewi ma jkunux kapaċi jaħdmu għal għarrieda, żieda fil-livelli tal-kreatinina.
Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 ruħ):
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Żieda f’ċerti ċelluli bojod tad-demm (eosinofilija), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenija), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, nefħa tal-wiċċ jew pressjoni tad-demm baxxa), livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (f’pazjenti dijabetiċi), indeboliment fil-vista, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb, stonku mqalleb, funzjoni anormali tal-fwied*, ħorriqija (urtikarja), raxx minħabba l-mediċina, infjammazzjoni tat-tendini, mard qisu influwenza (pereżempju uġigħ fil-
muskoli, sensazzjoni ġenerali li ma tħossokx tajjeb), tnaqqis fl-emoglobina (proteina tad-demm), żieda fil-livelli tal-creatinine phosphokinase fid-demm.
* Il-maġġoranza ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied u disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’telmisartan, seħħew f’pazjenti Ġappuniżi. Hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dan l-effett sekondarju.
Amlodipine
F’pazjenti li kienu qed jieħdu amlodipine waħdu, l-effetti sekondarji addizzjonali li ġejjin kienu rrappurtati:
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 ruħ):
Tibdil fil-burdata, indeboliment tal-vista, tisfir fil-widnejn, qtugħ ta’ nifs, għatis/imnieħer inixxi, tibdil fil-mod ta’ kif is-soltu tipporga, telf ta’ xagħar, tbenġil u ħruġ ta’ demm mhux tas-soltu (ħsara fiċ- ċelluli tad-demm ħomor), tibdil fil-kulur tal-ġilda, żieda fl-għaraq, diffikultà biex tagħmel l-awrina, żieda fil-ħtieġa li tagħmel l-awrina speċjalment bil-lejl, tkabbir tas-sider fl-irġiel, uġigħ, żieda fil-piż, tnaqqis fil-piż.
Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 ruħ): Konfużjoni.
Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000 ruħ):
Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod (lewkopenija), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenija), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, nefħa tal- wiċċ jew pressjoni tad-demm baxxa), zokkor eċċessiv fid-demm, kontrazzjonijiet jew movimenti bl-
iskossi li ma jistgħux jiġu kkontrollati, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, infjammazzjoni tal- vini jew arterji, frixa infjammata, infjammazzjoni fil-kisja tal-istonku (gastrite), infjammazzjoni tal- fwied, sfura tal-ġilda (suffejra), żieda fil-livelli ta’ enzimi tal-fwied flimkien ma’ suffejra, nefħa mgħaġġla tal-ġilda u tal-mukuża (anġjoedema), reazzjonijiet severi tal-ġilda, ħorriqija (urtikarja), reazzjonijiet allerġiċi severi b’eruzzjonijiet ta’ nfafet tal-ġilda u tal-membrani mukużi (dermatite bil- qxur, Sindrome ta’ Stevens-Johnson), żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun u l-folja wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dan il-mediċina m’għandha bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità. Neħħi l-pillola Onduarp tiegħek mill- folja biss eżatt qabel ma teħodha.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Is-sustanzi attivi huma telmisartan u amlodipine.
Kull pillola fiha 40 mg ta’ telmisartan u 5 mg ta’ amlodipine (bħala besylate).
Is-sustanzi l-oħra huma colloidal anhydrous silica, brilliant blue FCF (E 133), ferric oxide black (E172), ferric oxide yellow (E172), magnesium stearate, maize starch, meglumine, microcrystalline cellulose, povidone K25, pregelatinized starch, sodium hydroxide, sorbitol (E420).
Il-pilloli Onduarp 40 mg/5 mg huma blu u bojod, b’forma ovali, b’żewġ saffi, imnaqqxa bil-kodiċi tal- prodott A1 u l-logo tal-kumpanija fuq in-naħa l-oħra.
Onduarp hu disponibbli f’kaxxa li tintewa li fiha 28 pillola f’folji tal-aluminju/aluminju.
Boehringer Ingelheim International GmbH Binger Str. 173
D-55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja
Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Binger Str. 173
D-55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.
SCS Boehringer Ingelheim Comm.V Tél/Tel: +32 2 773 33 11
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Lietuvos filialas
Tel.: +370 37 473922
Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко КГ –
клон България
Тел: +359 2 958 79 98
SCS Boehringer Ingelheim Comm.V Tél/Tel: +32 2 773 33 11
Boehringer Ingelheim spol. s r.o. Tel: +420 234 655 111
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Magyarországi Fióktelepe
Tel.: +36 1 299 89 00
Boehringer Ingelheim Danmark A/S Tlf: +45 39 15 88 88
Boehringer Ingelheim Ltd. Tel: +44 1344 424 600
Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Tel: +49 (0) 800 77 90 900
Boehringer Ingelheim b.v. Tel: +31 (0) 800 22 55 889
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Eesti Filiaal
Tel: +372 612 8000
Boehringer Ingelheim Norway KS Tlf: +47 66 76 13 00
Boehringer Ingelheim Ellas A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Tel: +43 1 80 105-0
Boehringer Ingelheim España S.A. Tel: +34 93 404 51 00
Boehringer Ingelheim Sp.zo.o. Tel.: +48 22 699 0 699
Boehringer Ingelheim France S.A.S. Tél: +33 3 26 50 45 33
Boehringer Ingelheim, Lda. Tel: +351 21 313 53 00
Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o. Tel: +385 1 2444 600
Boehringer Ingelheim RCVGmbH & Co KG Viena - Sucursala Bucuresti
Tel: +40 21 302 2800
Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Podružnica Ljubljana
Tel: +386 1 586 40 00
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG organizačná zložka
Tel: +421 2 5810 1211
Boehringer Ingelheim Italia S.p.A. Tel: +39 02 5355 1
Boehringer Ingelheim Finland Ky Puh/Tel: +358 10 3102 800
Boehringer Ingelheim Ellas A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300
Boehringer Ingelheim AB Tel: +46 8 721 21 00
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Latvijas filiāle
Tel: +371 67 240 011
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Informazzjoni dettaljata dwar dan il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini /.