Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ibandronic Acid Teva
ibandronic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Ibrandronic Acid Teva 50 mg pillola miksija b’rita

ibandronic acid


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Teħid ta’ mediċini li jnaqqsu l-aċidu fl-istonku bħal cimetidine u ranitidine, jista’ jżid kemmxejn l- effetti ta’ Ibandronic Acid Teva.


Ibrandronic Acid Teva ma’ ikel u xorb

Tiħux Ibandronic Acid Teva ma’ ikel jew xorb ieħor ħlief ilma għax Ibandronic Acid Teva huwa inqas effettiv jekk jittieħed ma’ ikel jew xorb (ara sezzjoni 3).


Ħu Ibandronic Acid Teva mill-inqas 6 sigħat wara l-aħħar darba li tkun kilt, xorb jew ħadt xi mediċini jew supplimenti oħra (eż. prodotti li jkun fihom kalċju (ħalib), aluminju, manjesju u ħadid) minbarra ilma. Wara li tieħu l-pillola tiegħek, stenna mill-inqas 30 minuta. Wara tista’ tieħu l-ewwel ikel u xorb, u tieħu mediċini jew supplimenti (ara taqsima 3).


Tqala u treddiegħ

Tiħux Ibrandronic Acid Teva jekk inti tqila, qed tippjana li jkollok tarbija jew qed tredda’. Itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ issuq u tħaddem magni għax huwa mistenni li Ibrandronic Acid Teva ma jkollu l-ebda effett jew li ftit li xejn ikollu effett fuq l-abbilità tiegħek li issuq u tħaddem magni. Kellem lit-tabib tiegħek l- ewwel jekk tixtieq issuq jew tuża magni jew għodda.


Ibandronic Acid Teva fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola miksija b’rita, jiġifieri

essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  1. Kif għandek tieħu Ibrandronic Acid Teva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew

    mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Ħu l-pillola tiegħek mill-inqas 6 sigħat wara l-aħħar darba li tkun kilt, xorb jew ħadt xi mediċini jew supplimenti oħra minbarra ilma. Ilma b’konċentrazzjoni għolja ta’ kalċju m’għandux jintuża. Jekk ikun hemm tħassib dwar il-possibbiltà ta’ livelli għoljin ta’ kalċju fl-ilma tal-vit (ilma tqil), huwa rrakkomandat li tuża ilma tal-flixkun b’kontenut baxx ta’ minerali.


    Waqt li tkun qed tieħu Ibandronic Acid Teva, it-tabib tiegħek għandu mnejn jagħmel testijiet tad- demm b’mod regolari. Dan biex jiċċekkja li inti qed tingħata l-ammont korrett ta’ din il-mediċina.


    Meta tieħu din il-mediċina

    Huwa importanti li tieħu Ibandronic Acid Teva fil-ħin u b’mod korrett. Dan għaliex jista’ jikkawża irritazzjoni, infjammazzjoni jew ulċeri fil-pajp tal-ikel/gerżuma (esofagu).


    Tista’ tgħin twaqqaf dan billi tagħmel dan li ġej:

    • Ħu l-pillola tiegħek hekk kif tqum filgħodu qabel ma tieħu l-ewwel ikel, xorb, jew xi supplimenti jew mediċina.


    • Ħu l-pillola tiegħek ma’ tazza mimlija bl-ilma (madwar 200 mL). Tiħux il-pillola mal-ebda xorb ieħor jekk mhux ilma.

    • Ibla’ l-pillola sħieħa. M’għandekx tomgħod, terda jew tfarrak il-pillola. Tħallix il-pillola tinħall f’ħalqek.


    • Wara li tieħu l-pillola tiegħek, stenna mill-inqas 30 minuta. Wara dan tkun tista’ tieħu l-ewwel ikel u xorb, u tieħu xi mediċini jew supplimenti oħra.


    • Ibqa’ wieqaf/wieqfa (bilqiegħda jew bilwieqfa) waqt li qed tieħu l-pilloli tiegħek u għas-siegħa ta’ wara (60 minuta). Jekk ma tagħmilx dan, parti mill-mediċina tista’ tnixxi lura għal ġol-pajp tal-ikel/gerżuma (esofagu) tiegħek.


      Kemm għandek tieħu

      Id-doża li ġeneralment tingħata ta’ Ibrandronic Acid Teva hija ta’ pillola waħda kuljum. Jekk għandek problemi tal-kliewi moderati it-tabib tiegħek għandu mnejn inaqqas id-doża għal pillola waħda kuljum kull tieni jum. F’każ ta’ problemi tal-kliewi severi, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża tiegħek għal pillola darba fil-ġimgħa.


      Jekk tieħu Ibrandronic Acid Teva aktar milli suppost:

      Jekk tieħu ħafna pilloli bi żball, , kellem tabib jew mur l-isptar minnufih. Ixrob tazza mimlija ħalib qabel tmur. Iġġiegħelx lilek innifsek tirremetti,. Timteddx.


      Jekk tinsa tieħu Ibrandronic Acid Teva:

      M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk qed tieħu pillola kuljum, aqbeż id-doża li nsejt tieħu kompletament. Wara kompli bħas-soltu l-ġurnata ta’ wara. Jekk qed tieħu pillola ġurnata iva u oħra le jew darba fil-ġimgħa, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.


      Jekk tieqaf tieħu Ibrandronic Acid Teva

      Kompli ħu Ibandronic Acid Teva sakemm jgħidlek it-tabib. Dan għax il-mediċina se taħdem biss jekk tittieħed il-ħin kollu


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Kellem lill-infermier jew lit-tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin – għandu mnejn ikollok bżonn kura medika urġenti:


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • tħossok imdardar, ħruq ta’ stonku u skomdu waqt li tibla’ (infjammazzjoni tal-gerżuma/pajp tal- ikel tiegħek)


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 100):

    • uġigħ sever fl-istonku. Dan jista’ jkun sinjal ta’ ulċera fl-ewwel parti tal-musrana (duwodenu) li qed tnixxi d-demm, jew li l-istonku tiegħek huwa infjammat (gastrite)


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000):

    • uġigħ u infjammazzjoni persistenti fl-għajn

    • uġigħ ġdid, dgħjufija jew skomdu fil-koxxa, ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn il-koxxa u ż-żaqq.

      Jista’ jkollok sinjali bikrija ta’ ksur mhux tas-soltu possibbli tal-għadma tal-koxxa.


      Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000):

    • uġigħ jew skomdu fil-ħalq jew fix-xedaq. Jista’ jkollok sinjali bikrija ta’ problemi severi fix- xedaq (nekrosi [tessut tal-għadam mejjet] fl-għadma tax-xedaq).

    • kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ fil-widnejn, tnixxija mill-widnejn, u/jew infezzjoni fil-widnejn. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fil-widnejn.

    • ħakk, nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien u griżmejn, b’diffikultà biex tieħu n-nifs. Għandu mnejn ikun qed ikollok reazzjoni allerġika serja li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja.

    • reazzjonijiet avversi severi fil-ġilda


      Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata minn data disponibbli):

    • attakk tal-ażżma


      Effetti sekondarji oħra possibbli


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • uġigħ ta’ żaqq, indiġestjoni

    • livelli ta’ kalċju baxxi fid-demm.

    • dgħjufija


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 100):

    • uġigħ fis-sider

    • ħakk jew tingiż fil-ġilda (parasteżija)

    • sintomi li jixbħu lill-influwenza, tħossok mhux f’sikktek b’mod ġenerali jew muġgħuh

    • ħalq xott, togħma stramba f’ħalqek jew diffikultà biex tibla’

    • anemija (nuqqas ta’ demm)

    • livelli għolja ta’ urea jew livelli għolja tal-ormon tal-paratirojde fid-demm tiegħek


      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen Ibrandronic Acid Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Ibrandronic Acid Teva


Kif jidher Ibrandronic Acid Teva u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli miksija b’rita ta’ Ibrandronic Acid Teva huma bojod, mżaqqa fuq żewġ naħat, f’għamla ta’ kapsula, u fuqhom hemm intaljat “50” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.


Ibrandronic Acid Teva jiġi fil-folji (PVC/Aclar/PVC – Aluminju) f’kartuni ta’ 28 jew 84 pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq. Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Teva B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda


Manifattur:


Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen

L-Ungerija


Pharmachemie B.V. Swensweg 5,

2031 GA Haarlem

L-Olanda


Teva Czech Industries s.r.o Ostravska 29/305,

747 70 Opava-Komarov Ir-Repubblika Ċeka


Teva Operations Poland Sp.z.o.o ul. Mogilska 80

31-546 Krakow

Il-Polonja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Lietuva

UAB Teva Baltics

Tél/Tel: +32 38207373 Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Teл: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland

L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o.

Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l.

Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100

Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland

Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.