Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Diacomit
stiripentol

Fuljett ta’ Tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Diacomit 100 mg kapsuli iebsin

stiripentol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel mat-tifel/tifla tiegħek jibdew jużaw din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Diacomit mal-ikel u max-xorb

TIĦUX Diacomit mal-ħalib jew ma' prodotti tal-ħalib (jogurt, ġobon artab frisk, eċċ.), meraq tal-frott, xarbiet bil-gass jew ikel u xorb li fihom il-kafeina jew it-teofillina (pereżempju cola, ċikkulata, kafè, te

u xarbiet tal-enerġija).


Tqala u treddigħ

Jekk it-tifla tiegħek hija tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollha tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tagħha qabel tieħu din il-mediċina.

Matul it-tqala, kura effettiva kontra l-epilessiji M'GĦANDHIEX tiġi mwaqqfa.


Mhux rakkomandat treddigħ matul il-kura b'din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Din il-mediċina tista' tagħmel lit-tifel/tifla tiegħek iħossuhom bi ngħas.

It-tifel/tifla tiegħek m'għandhomx jagħmlu użu minn għodda jew iħaddmu magni, jirkbu jew isuqu jekk ikunu affettwati b'dan il-mod. Iċċekkja mat-tabib tat-tifel/tifla tiegħek.


Diacomit fih is-sodium

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodju (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment “ħieles mis-sodium”.


  1. Kif għandek tieħu Diacomit


    It-tifel/tifla tiegħek dejjem għandhom jieħdu dawn il-kapsuli skont il-parir tat-tabib tat-tifel/tifla tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tat-tifel/tifla tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dożaġġ

    Id-doża hi aġġustata mit-tabib skont l-età, il-piż u l-kundizzjoni tat-tifel/tifla tiegħek, ġeneralment 50 mg għal kull kg ta’ piż tal-ġisem u għal kull jum.


    Meta għandek tieħu Diacomit

    It-tifel/tifla tiegħek għandhom jieħdu din il-mediċina darbtejn jew tliet darbiet kuljum f'intervalli regolari kif ordnat mit-tabib, pereżempju filgħodu – f’nofsinhar u qabel l-irqad sabiex tkopri l-perijodu

    ta’ bil-lejl u bi nhar.


    Aġġustament fid-doża

    Iż-żidiet fid-doża għandhom ikunu gradwali, iseħħu fuq ftit ġimgħat waqt li d-doż(a/i) tal-mediċin(a/i) antiepiletti(ka/ċi) oħra titnaqqas/jitnaqqsu fl-istess waqt. It-tabib tat-tifel/tifla tiegħek ser jgħidlek id-

    doża l-ġdida tal-mediċin(a/i) antiepiletti(ka/ċi) l-oħra.


    Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta' din il-mediċina huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tat-tifel/tifla tiegħek. Id-doża tkun aġġustata mit-tabib skont il-kondizzjoni tat- tifel/tifla tiegħek.


    Hemm differenzi kemmxejn żgħar bejn il-kapsuli Diacomit u t-trab għal suspensjoni orali. Jekk it- tifel/tifla tiegħek ikollhom kwalunkwe problema meta jinqalbu mill-kapsuli għat-trab għal suspensjoni orali jew vice versa jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek. Fil-każ ta’ qlib bejn il-formulazzjoni tal- pillola u tat-trab, dan għandu jsir taħt is-superviżjoni mill-qrib tat-tabib tat-tifel/tifla tiegħek.


    F’każ li jkun hemm remettar fi żmien ftit minuti mit-teħid huwa preżunt li ebda mediċina ma ġiet assorbita u doża ġdida għandha tingħata.

    Madanakollu, is-sitwazzjoni hija differenti jekk ir-remettar iseħħ aktar minn siegħa wara t-teħid tal- mediċina peress li stiripentol jiġi assorbit malajr.

    F’każ bħal dan, huwa preżunt li porzjon sinifikanti tad-doża amministrata hija assorbita b’mod

    sistemiku mill-apparat diġestiv. Għalhekk, m’għandux ikun hemm bżonn ta’ teħid ġdid jew għal aġġustament tad-doża li jmiss.


    Kif għandek tieħu l-kapsuli Diacomit

    Biex tiżgura li l-ammont kollu tat-trab ittieħed mill-pazjent, huwa preferibbli li l-kapsuli ma tinfetaħx u tingħata mill-ħalq f’forma ta’ unità ta’ darba. It-tifel/tifla tiegħek għandhom jieħdu Diacomit mal-

    ikel, u M’GĦANDUX jittieħed fuq stonku vojt. Għall-ikel u x-xorb li jridu jiġu evitati, ara s-sezzjoni

    “Diacomit mal-ikel u max-xorb” hawn fuq.


    Jekk it-tifel/tifla tiegħek jieħdu Diacomit aktar milli suppost

    Ikkuntattja lit-tabib tat-tifel/tifla tiegħek jekk taf jew taħseb li t-tifel/tifla tiegħek ħadu mediċina aktar milli suppost.

    Jekk it-tifel/tifla tiegħek jinsew jieħdu Diacomit

    Importanti li t-tifel/tifla tiegħek jieħdu din il-mediċina b'mod regolari fl-istess ħin kuljum. Jekk it- tifel/tifla tiegħek jinsew jieħdu doża, huma għandhom jeħduha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal

    il-ħin għad-doża li jmiss. F'dak il-każ kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. It-tifel/tifla tiegħek m'għandhomx jieħdu doża doppja biex ipattu għal kull doża li nsew jieħdu.


    Jekk it-tifel/tifla tiegħek jieqfu jieħdu Diacomit

    It-tifel/tifla tiegħek m'għandhomx jieqfu jieħdu din il-mediċina qabel ma jgħidlek it-tabib. It-twaqqif tal-kura f'daqqa jista' jwassal għal tifqigħa ta' aċċessjonijiet.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tat- tifel/tifla.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti avversi, għalkemm mhux kulħadd ikollu.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn 10):

    • telf tal-aptit, tnaqqis fil-piż (speċjalment meta jingħata mal-mediċina anti-epilettika sodium valproate);

    • insomnja (nuqqas ta' rqad), ngħas;

    • atassja (inkapaċità li tikkoordina l-movimenti tal-muskoli), ipotonija (nuqqas ta' saħħa fil- muskoli), distonija (kontrazzjonijiet involontarji tal-muskoli).


      Effetti sekondarji komuni (jista’ jaffettwa sa 1 minn 10 persuni):

    • livelli ogħla ta' enzimi tal-fwied, speċjalment meta jingħata ma' xi waħda mill-mediċini anti- epilettiċi carbamazepine u sodium valproate;

    • aggressività, irritabilità, aġitazzjoni, eċċitabilità eċċessiva (stat ta' eċċitabilità mhux tas-soltu);

    • disturbi tal-irqad (irqad anormali);

    • iperkinesi (movimenti esaġerati);

    • nawsja, rimettar;

    • ammont baxx ta' tip ta' ċelloli bojod tad-demm.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jista’ jaffettwa sa 1 minn 100 persuna):

    • vista doppja meta jintuża flimkien mal-mediċina anti-epilettika carbamazepine;

    • sensittività għad-dawl;

    • raxx, allerġija tal-ġilda, urtikarja (nefħiet roża li jġegħluk tħokk fuq il-ġilda);

    • għeja.


      Effetti mhux mixtieqa li huma rari (jista’ jaffettwa sa 1 minn 1,000 persuna)

    • tnaqqis fil-livell ta’ plejtlits fid-demm;

    • test tal-funzjoni tal-fwied b’riżultat anormali.


      Biex jelimina dawn l-effetti sekondarji, it-tabib tat-tifel/tifla tiegħek jista' jkollu bżonn jaġġusta d-doża ta' Diacomit jew ta’ mediċini oħra li jingħataw b’riċetta.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk it-tifel/tifla tiegħek ikollhom xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tat-tifel/tifla tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  3. Kif taħżen Diacomit


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • It-tifel/tifla tiegħek m’għandhomx jieħdu Diacomit wara d-data ta’ skadenza, li tidher fuq it- tikketta wara “EXP”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


      Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m'għandekx tuża. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l- ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih Diacomit 100 mg

Il-linka tal-istampar fiha shellac (E904), black iron oxide (E172).


Id-dehra ta' Diacomit 100 mg u l-kontenut tal-pakkett

Diacomit 100 mg kapsula iebsa hi bajda u stampata b’ “Diacomit 100 mg”.

Il-kapsuli iebsin huma fornuti fi fliexken tal-plastik li jesgħu 100 kapsula ġo pakketti tal-kartun.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Biocodex, 7 Avenue Gallieni - F94250 Gentilly - Franza.

Tel: + 33 1 41 24 30 00 - Indirizz elettroniku: medinfo@biocodex.com


Manifattur


Biocodex, 1 avenue Blaise Pascal - F-60000 Beauvais - Franza


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


AT/BE/BG/CY/EL/ES/FR/HR/HU/IE/IS/IT/LU/MT/NL/PL/PT/SI

Biocodex

7 avenue Gallieni - F94250 Gentilly

Франция/ Γαλλία/ France/ Francia/ Franciaország/ Frakkland/ Francija/ Franza/ Frankrijk/ Francja Tél/Tel/Teл/Τηλ/Sími: + 33 (0)1 41 24 30 00

Indirizz elettroniku: medinfo@biocodex.com

CZ

Desitin Pharma spol. s r.o Opletalova 25

11121 Prague 1

Ir-Repubblika Ċeka

Tel: 00420-2-222 45 375

Indirizz elettroniku: desitin@desitin.cz


DE

Desitin Arzneimittel GmbH Weg beim Jäger 214

D-22335 Hamburg

Il-Ġermanja

Tel: +49 (0)40 59101 525

Indirizz elettroniku: epi.info@desitin.de


DK

Biocodex Oy Metsänneidonkuja 8

02130 Espoo Il-Finlandja

Tel: +358 9 329 59100

Indirizz elettroniku: info@biocodex.fi


EE

Biocodex OÜ Väike-Paala 1

11415 Tallinn

L-Estonja

Tel: +372 605 6014

Indirizz elettroniku: info@biocodex.ee


FI

Biocodex Oy Metsänneidonkuja 8

02130 Espoo

Il-Finlandja

Tel: +358 9 329 59100

Indirizz elettroniku: info@biocodex.fi


LT

Biocodex UAB Savanorių av. 349 LT-51480 Kaunas Il-Litwanja

Tel: +370 37 408681

Indirizz elettroniku: info@biocodex.lt


LV

Biocodex SIA

Kalniņi A, Mārupes nov., Mārupe, LV-2167

Latvia

Tel: +371 67 619365

Indirizz elettroniku: info@biocodex.lv

NO

Biocodex AS

C/O regus Lysaker Lysaker Torg 5, 3 etg

NO-1366 Lysaker In-Norveġja

Tel: +47 66 90 55 66

Indirizz elettroniku: info@biocodex.no


RO

Desitin Pharma spol. s r.o Sevastopol street, no 13-17

Diplomat Business Centre, office 102 Sector 1, 010991 Bucharest

Ir-Rumanija

Tel: 004021-252-3481

Indirizz elettroniku: office@desitin.ro


SE

Biocodex AB Knarrnäsgatan 7

164 40 Kista L-Iżvezja

Tel: +46 8 615 2760

Indirizz elettroniku: info@biocodex.se


SK

Desitin Pharma spol. s r.o. Trojicné námestie 13

82106 Bratislava

Is-Slovakkja

Tel: 00421-2-5556 38 10

Indirizz elettroniku: desitin@desitin.sk


UK (NI)

Alan Pharmaceuticals,

Acre House, 11-15 William Road, London NW1 3ER,

L-Ingilterra

Tel +44 (0) 20 7284 2887

Indirizz elettroniku: info@alanpharmaceuticals.com.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi Sorsi oħra ta’informazzjoni

Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.