Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Exviera
dasabuvir

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Exviera 250 mg pilloli miksijin b’rita

dasabuvir


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta effetti sekondarji inti tista' tgħin tipprovdi aktar informazzjoni fuq is-sigurta tal-mediċina.


  1. Kif taħżen Exviera


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m'għandiex bżonn ħażna speċjali .


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Exviera


Kif jidher Exviera u l-kontenut tal-pakkett

Pilloli Exviera huma beige, ovali miksijin b’rita, b’daqs ta’ 14.0 mm x 8.0 mm immarkati bi “AV2”. Il-pilloli ta’ Exviera huma ppakjati f’pakketti ta’ folji ta’ kuljum li fihom 2 pilloli. Kull kartuna ta’ ġimgħa fiha 7 folji ta’ kuljum (total ta’ 14-il-pillola). Erba’ kartun huma forniti f’pakkett ta’ xahar li fih total ta’ 56 pillola.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG Knollstrasse

67061 Ludwigshafen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

AbbVie SA

Tél/Tel: +32 10 477811

Lietuva

AbbVie UAB

Tel: +370 5 205 3023


България

АбВи ЕООД

Тел.: +359 2 90 30 430

Luxembourg/Luxemburg AbbVie SA Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 10 477811


Česká republika

AbbVie s.r.o.

Tel: +420 233 098 111

Magyarország

AbbVie Kft.

Tel.: +36 1 455 8600


Danmark

AbbVie A/S

Tlf: +45 72 30-20-28

Malta

V.J.Salomone Pharma Limited Tel. +356 22983201


Deutschland

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG, Tel: 00800 222843 33 (gebührenfrei)

Tel: +49 (0) 611 / 1720-0

Nederland

AbbVie B.V.

Tel: +31 (0)88 322 2843


Eesti

AbbVie OÜ

Tel. +372 623 1011

Norge

AbbVie AS

Tlf: +47 67 81 80 00


Ελλάδα

AbbVie ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ Α.Ε. Τηλ: +30 214 4165 555

Österreich

AbbVie GmbH

Tel: +43 1 20589-0


España

AbbVie Spain, S.L.U. Tel: +34 9 1 384 09 10

Polska

AbbVie Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 372 7800


France

AbbVie

Tél: +33 (0)1 45 60 13 00

Portugal

AbbVie, Lda.

Tel: +351 (0)21 1908400


Hrvatska

AbbVie d.o.o.

Tel: +385 (0)1 5625 501

România

AbbVie S.R.L.

Tel: +40 21 529 30 35


Ireland

AbbVie Limited

Tel: +353 (0)1 4287900

Slovenija

AbbVie Biofarmacevtska družba d.o.o. Tel: +386 (1)32 08 060


Ísland

Vistor hf.

Tel: +354 535 7000

Slovenská republika

AbbVie s.r.o.

Tel: +421 2 5050 0777


Italia

AbbVie S.r.l.

Suomi/Finland

AbbVie Oy

Tel: +39 06 928921 Puh/Tel: +358 (0)10 2411 200


Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd Τηλ: +357 22 34 74 40

Sverige

AbbVie AB

Tel: +46 (0)8 684 44 600


Latvija

AbbVie SIA

Tel. +371 67605000

United Kingdom (Northern Ireland) AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG Tel: +44 (0)1628 561090


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.


Anness IV


Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar ir-rapport finali tal-istudju mhux intervenzjonali PASS impost għall-prodott(i) mediċinali msemmija hawn fuq, il-konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


L-istudju ta’ osservazzjoni u r-rieżami sistematiku/il-metaanaliżi ma wrewx li hemm żieda fir-riskju ta’ rikorrenza ta’ karċinoma epatoċellulari f’pazjenti ttrattati b’antivirali li jaġixxu direttament. L- impenn li jsir studju DAA-PASS huwa meqjus li ġie sodisfatt u l-prodotti rispettivi għandhom jitneħħew mil-lista ta’ mediċini taħt monitoraġġ addizzjonali.


Għalhekk, fid-dawl tad-data disponibbli dwar ir-rapport finali tal-istudju PASS, il-PRAC qies li kienu meħtieġa bidliet fl-informazzjoni dwar il-prodott.


Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq


Abbażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi għar-riżultati tal-istudju għall-prodott(i) mediċinali msemmija hawn fuq, is-CHMP huwa tal-fehma li l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju ta’ dawn il-prodott(i) mediċinali mhuwiex mibdul suġġett għall-bidliet proposti għall-informazzjoni tal-prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq tal-prodott(i) mediċinali msemmi(ja) hawn fuq għandhom ikunu varjati.