Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Meloxidyl
meloxicam


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Meloxidyl 1.5 mg/ml suspensjoni orali għal klieb.

10, 32 u 100 ml


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    Ceva Santé Animale

    10 avenue de la Ballastière 33500 Libourne

    Franza


    Manifatturi responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Ceva Santé Animale

    Z.I. Très le Bois 22600 Loudéac

    Franza


    Vetem SpA

    Lungomare Pirandello, 8 92014 Porto Empedocle (AG)

    Italja


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Meloxidyl 1.5 mg/ml suspensjoni orali għal klieb. Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull ml fih

    • 1.5 mg ta’ meloxicam

    • 2 mg ta’ sodium benzoate


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Serħan ta’ infjammazzjoni u wġigħ fid-disturbi muskoluskeletrali kemm akuti kif ukoll kroniċi fil- klieb.


  5. KONTRADIZZJONIJIET


    Tużax f’annimali nisa tqal jew li qed ireddgħu.

    Tużax f’annimali li qed isofru disturbi gastro-intestinali bħal irritazzjoni u emorraġija, disturbi ta’ indeboliment epatiku, kardijaku jew renali u emorraġiku, jew fejn hemm evidenza ta’ sensittività

    individwali għall-prodott.

    Tużax fi klieb li għandhom inqas minn 6 ġimgħat t’età.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi tipiċi ta’ NSAIDs bħal nuqqas ta’ aptit, remettar, dijarea, demm li ma jidhirx fl- ippurgar u apatija ġew rapportati ta’ spiss. Dawn l-effetti kollaterali ġeneralment iseħħu matul l-ewwel ġimgħa ta’ trattament u f’ħafna mill-każijiet huma għaddiena u jisparixxu wara li jintemm it-trattament imma f’każijiet rari ħafna jistgħu jkunu serji jew fatali.

    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Użu orali.

    Ħallat sew qabel tuża. Għandu jingħata fuql-ikel.

    It-trattament fil-bidu tad-doża inizjali hu ta’ doża waħda ta’ 0.2 mg meloxicam/kg piż korporali fl- ewwel jum. It-trattament għandu jissokta darba kuljum bl-għoti mill-ħalq (f’intervalli kull 24 siegħa)

    b’doża ta’ manteniment ta’ 0.1 mg meloxicam/kg piż korporali.

    Is-suspensjoni tista’ tingħata permezz tas-siringi tal-kejl ipprovduti mal-prodott. Is-siringa tiffittja fil- flixkun u għandha skala ta’ piż korporali li tikkorispondi mad-doża ta’ manteniment (i.e. 0.1 mg meloxicam/kg piż korporali). Għalhekk, għall-ewwel jum, id-doppju tal-volum ta’ manteniment ikun meħtieġ.

    Il-proċedura tad-dożaġġ permezz tas-siringa tal-kejl:

    Is-suspensjoni għandha tingħata bl-iżgħar siringa għal klieb li għandhom inqas minn 7 kg piż korporali (gradazzjoni waħda tikkorispondi għal 0,5 kg ta’ piż korporali) jew l-akbar siringa għal klieb li għandhom aktar minn 7 kg piż korporali (gradwazzjoni waħda tikkorispondi għal 2.5 kg ta’ piż korporali).

    image


    Ħallat il-flixkun sew.

    Agħfas l-isfel u

    ħoll l-għatu.

    Daħħal is-siringa li tikkalkula

    d-doża minnha

    mal-flixkun billi bil-mod timbotta t-tarf mar-ras

    tal-flixkun.

    Dawwar is-siringa u l-flixkun rashom l-isfel. Iġbed

    il-planġer Tas – siringa l-isfel sakemm ma jikkorispondi

    mal-piż korporali tal-kelb tiegħek

    f’kilogrammi.

    Dawwar il-flixkun u s-siringa rashom il-fuq u neħħi

    s-siringa.

    Agħfas il-planġer biex tiżvojta

    l-kontenut tas-

    siringa ma’ l-ikel.

    Rispons kliniku ġeneralment jidher fi żmien 3 – 4 ijiem. It-trattament għandu jitwaqqaf wara ta’ lanqas 10 ijiem jekk ma jidhirx li hemm titjib kliniku.


    Biex tevita li tintroduċi kontaminanti barranin waqt l-użu, m’għandekx tneħħi l-inseriment tal-flixkun u għandek iżżomm is-siringi pprovduti għal dan il-prodott biss.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Attenzjoni partikolari għandha tingħata dwar il-preċiżjoni tad-dożaġġ.


    Is-suspensjoni għandha tingħata bl-iżgħar siringa għal klieb li għandhom inqas minn 7 kg piż korporali (gradazzjoni waħda tikkorispondi għal 0,5 kg ta’ piż korporali) jew l-akbar siringa għal klieb li għandhom aktar minn 7 kg piż korporali (gradazzjoni waħda tikkorispondi għal 2.5 kg ta’ piż korporali).


  10. PERJODU TA’ TIŻMIN


    Ma jgħoddx f’dan il-każ.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur l-ewwel darba: 6 xhur.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-flixkun. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    • Jekk ikun hemm effetti kollaterali, it-trattament għandu jitwaqqaf u wieħed għandu jfittex il-parir ta’ veterinarju.

    • Evita li tuża fuq animal diżidratat, ipovolemiku jew ipotensiv, jekk ikun hemm riskju potenzjali għal tossiċità ogħla fil-kliewi.

    • NSAIDs oħra, dijuretiċi, anti-koagulanti, antibijotiċi ta’ aminoglycoside u sustanzi li għandhom irbit qawwi mal-proteini jistgħu jikkompetu għall-irbit u b’hekk jikkaġunaw effetti tossiċi. Meloxidyl m’għandux jintuża flimkien ma’ NSAIDs oħra jew glukokortikosterojdi.

    • Sustanzi anti-infjammatorji li jingħataw qabel it-trattament jistgħu jikkaġunaw effetti avversi addizzjonali jew eħrex u għalhekk perijodu mingħajr ma jingħata trattament b’mediċini bħal dawn għandu jiġi osservat għal ta’ lanqas 24 siegħa qabel ma jibda t-trattment. Madankollu, il-perijodu li fih ma jingħatax trattament għandu jqis il-karatteristiċi farmakokinetiċi tal-prodotti użati qabel.

    • Persuni li għandhom sensittività eċċessiva magħrufa għal NSAIDs għandhom jevitaw li jkollhom kuntatt mal-prodott mediċinali veterinarju.

    • F’każ li jinbela’ b’mod aċċidentali, fittex parir mediku minnufih u uri l-fuljett tat-tagħrif tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.

    • F’każ ta’ doża eċċessiva, fittex parir mediku.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Kull prodott mediċinali veterinarju mhux użat jew skart minn dawn il-prodotti mediċinali veterinarji għandhom jintremew skont l-esiġenzi lokali.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Flixkun ta’ 10, 32 jew 100 ml b’żewġ siringi f’kull preżentazzjoni. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Meloxidyl 5 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-klieb, qtates 10 ml


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott Ceva Santé Animale - 10 avenue de la Ballastière - 33500 Libourne - Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Meloxidyl 5 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-klieb, qtates. Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Meloxicam 5 mg/ml

    Sustanzi mhux attivi: Alkoħol etiliku 150 mg/ml


    Soluzzjoni ta’ lewn isfar, ċar.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Klieb:

    Serħan mill-infjammazzjoni u wġigħ minndisturbi muskolu-skeletiċi kemm akut kif ukoll kroniku. Tnaqqis tal-wġigħ u l-infjammazzjoni wara operazzjoni ortopedika u tat-tessut artab.


    Qtates:

    Tnaqqis tal-wġigħ wara operazzjoni tal-ovarjo-isterektomija u wara operazzjoni minuri tat-tessut

    artab.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq annimali tqal jew li qed ireddgħu.


    Tużax fuq annimali li jsofru minn disturbi gastrointestinali, bħal irritazzjoni jew emorraġija, jew annimali li għandhom indeboliment epatiku, kardijaku u renali u disturbi emorraġiċi.

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

    Tużax f’annimali li għandhom inqas minn 6 ġimgħat u lanqas fi qtates li jiżnu inqas minn 2 kg.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi tipiċi ta’ Sustanzi Anti-Infjammatorji (NSAID) bħal nuqqas t’aptit, rimettar, dijarea, demm moħbi fl-ippurgar, apatija u insuffiċjenza renali kienu ta’ kultant irrapportati. Fil-klieb, dawn l-effetti sekondarji ġeneralment iseħħu fi żmien l-ewwel ġimgħa tal-kura, u f’ħafna każijiet jgħaddu malajr u jisparixxu wara t-tmiem tal-kura, iżda f’każijiet rari ħafna, jistgħu jkunu serji jew fatali.

    F’każijiet rari ħafna, reazzjonijiet anafilattojdi jistgħu jseħħu u dawn għandhom jiġu kkurati b’mod sintomatiku.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb u qtates.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Dożaġġ għal kull speċi

    Klieb: għotja ta’ darba ta’ 0.2 mg meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem (fi kliem ieħor 0.4ml/10 kg) .

    Qtates: għoja ta’ darba ta’ 0.3 mg meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem (fi kliem ieħor

    0.06ml/kg).


    Metodu u mod ta’ amministrazzjoni

    Klieb:

    Disturbi muskolu-skeletiċi: injezzjoni waħda taħt il-ġilda.

    Meloxidyl 1,5 mg/ml suspensjoni orali għall-klieb jista’ jintuża għat-tkomplija tal-kura f’dożaġġ ta’

    0.1 mg ta’ meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem, 24 siegħa wara li tingħata l-injezzjoni.

    Tnaqqis ta’ wġigħ wara l-operazzjoni (tul perjodu ta’ 24 siegħa): injezzjoni waħda ġol-vina jew taħt il-ġilda, qabel l-operazzjoni, per eżempju meta jkun qed jingħata l-loppju.


    Qtates:

    Tnaqqis tal-wġigħ wara l-operazzjoni tal-ovarjo-isterektomija u wara operazzjoni minuri tat-tessut artab: injezzjoni waħda taħt il-ġilda qabel l-operazzjoni, per eżempju meta jkun qed jingħata l-loppju.

    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Għandha tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-eżattezza tad-dożaġġ.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f’temperaturi ‘l fuq minn 25°C.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-kunjett

    wara EXP. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 ġurnata.

  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Għas-serħan mill-wġigħ ta’ wara operazzjoni fil-qtates, is-sigurtà kienet dokumentata biss wara loppju b’tijopental/ħalotan.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, il-kura għandha titwaqqaf u għandu jittieħed il-parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu fi kwalunkwe annimal deidratat, ipovolemiku jew ipotensiv, għax hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità renali.


    Kwalunkwe terapija orali li hi segwita wara l-kura bl-użu ta’ meloxicam jew NSAID oħrajn m’għandhomx jingħataw lill-qtates, minħabba li korsijiet adattati tad-dożaġġ għal dawn it-trattamenti li hi segwita wara l-kura ma kinux stabbiliti.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali fuqek nnifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Persuni li jafu li għandhom sensittività

    eċċessiva għal NSAID għandhom jevitaw kuntatt mal-prodott mediċinali veterinarju.


    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku minnufih u uri l-fuljett tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Użu fit-tqala u fi treddiegħ :

    Ara sezzjoni `Kontraindikazzjonijiet´.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    NSAID oħrajn, dijuretiċi, antikoagulanti, antibijotiċi aminoglicosidi u sustanzi oħra li għandhom irbit qawwi ħafna mal-proteini, jistgħu jikkompetu għall-irbit u b’hekk iwasslu għal effetti tossiċi.

    Meloxidyl m’għandiex tingħata flimkien ma’ NSAID oħra jew ma’ glukokortikosterojdi. L-għoti

    flimkien ta’ mediċini nefrotossiċi qawwija għandu jiġi evitat. F’annimali li jkunu f’riskju tal-loppju (eż. annimali xjuħ), it-terapija bil-fluwidu ġol-vina jew taħt il-ġilda waqt il-loppju għandha tigi kkunsidrata. Meta l-loppju u NSAID jingħataw flimkien, ma jistax jiġi eskluż li jista’ jkun hemm riskju fil-funzjoni renali.


    Il-kura minn qabel b’sustanzi anti-infjammatorji jista’ jirriżulta f’effetti avversi addizzjonali jew miżjuda u għalhekk għandu jiġi osservat perjodu ta’ mill-inqas 24 siegħa mingħajr kura b’mediċini bħal dawn qabel ma tibda l-kura. Il-perjodu mingħajr kura, madankollu, irid jikkunsidra l- karatteristiċi farmakoloġiċi tal-prodotti użati qabel.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet: M’hemm xejn magħrufa


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li huma derivati minn dawn il-mediċini veterinarji għandhom jintremew skont kif titlob il-liġi tal-pajjiż.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs tal-pakkett:

Kaxxa tal-kartun li fiha kunjett wieħed ta’ 10 ml.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Meloxidyl 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali, żwiemel 50, 100 & 250 ml


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TADETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Ceva Santé Animale - 10 avenue de la Ballastière - 33500 Libourne - FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Meloxidyl 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali, żwiemel Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Meloxicam 20 mg/ml

    Sustanzi mhux attivi: Alkoħol etiliku anidru 150 mg/ml Soluzzjoni ta’ lewn ċar jagħti għal isfar.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Baqar:

    Għall-użu waqt infezzjoni akuta fis-sistema respiratorja, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata biex jitnaqqsu s-sintomi kliniċi tal-marda fil-baqar.

    Għall-użu fil-kura ta’ dijarea flimkien ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, biex jitnaqqsu s- sintomi kliniċi f’għoġġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew frieħ baqar ta’ età żgħira li mhumiex qed jintredgħu.

    Għall-terapija miżjuda fil-kura ta’ mastite akuta flimkien ma’ terapija antibijotika. Għas-solliev tal-wġigħ ta' wara l-operazzjoni wara t-tneħħija tal-qrun fl-għoġġiela.


    Majjali:

    Għall-użu waqt disturbi mhux infettivi relatati mal-locomozzjoni biex jitnaqqsu s-sintomi ta’ tizpip u ta’ infjammazzjoni.

    Għall-terapija miżjuda fil-kura ta’ septiċimja puerpera u tossemija (sindrome ta’ mastite-metritite-

    agalaktja) flimkien ma’ terapija antibijotika addattata.


    Żwiemel:

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u l-wġigħ f’disturbi muskolu-skeletriku kemm akut kif

    ukoll kroniku.

    Għas-solliev mill-wġigħ assoċjat ma’ kolika ekwina.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fiż-żwiemel ta’ età ta’ inqas minn 6 ġimgħat. Tużax fuq debbijiet tqal jew li qed ireddgħu.

    Tużax fuq żwiemel li jkunu jipproduċu ħalib għall-konsum uman.

    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u disturbi emorraġiċi, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi.

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi. Għall-kura tad-dijarea fil-baqar, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Fil-baqar u fil-majjali, l-għoti ta’ injezzjoni taħt l-ġilda, fil-muskolu, kif ukoll ġol-vina hu ttollerat tajjeb; kienet osservata biss nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit tal-injezzjoni wara l-għoti taħt il-ġilda, f’inqas minn 10% tal-baqar li kienu ttrattati fi studji kliniċi.

    Fiż-żwiemel, nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit tal-injezzjoni tista’ sseħħ, iżda tfieq mingħajr ma jkun hemm l-ebda intervent.

    F’każijiet rari ħafna, reazzjonijiet anafilattojdi jistgħu jseħħu u dawn għandhom jiġu kkurati b’mod

    sintomatiku.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar, majjali u żwiemel


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda jew ġol-vina, b’doża ta’ 0,5 mg ta’ meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri 2.5 ml / 100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’

    idratazzjoni mill-ġdid, skont kif ikun adattat.


    Majjali:

    Injezzjoni waħda fil-muskolu b’doża ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri 2.0 ml/100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, kif ikun adattat. Jekk ikun meħtieġ, it-tieni doża

    ta’ meloxicam tista’ tingħata wara 24 siegħa.


    Żwiemel:

    Injezzjoni waħda ġol-vina b’doża ta’ 0.6 mg ta’ meloxicam/kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri 3.0 ml/ 100 kg ta’ piż tal-ġisem).


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Baqar: laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il jum; ħalib: 5 ijiem Majjali: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem

    Żwiemel: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali .

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murijafuq il-kartuna u l-kunjett wara EXP. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 ġurnata.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Trattament ta' għoġġiela b'Meloxidyl 20 minuta qabel it-tneħħija tal-qrun tnaqqas l-wġigħ ta' wara l- operazzjoni. Meloxidyl waħdu mhux se jipprovdi solliev adegwat tal-wġigħ waqt il-proċedura tat- tneħħija tal-qrun. Biex tikseb solliev adegwat tal-wġigħ waqt l-operazzjoni, medikazzjoni fl-istess ħin b'analġesiku adattat hi meħtieġa.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, il-kura għandha titwaqqaf u għandu jittieħed il-parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali deidratati, ipovolemiċi jew ipotensivi b’mod sever, li jkunu jeħtieġu idratazzjoni mill-ġdid, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità fil-kliewi.

    F’każ ta’ solliev mhux adegwat tal-wġigħ meta użat fit-trattament ta’ kolika ekwina, għandha ssir

    evalwazzjoni mill-ġdid bir-reqqa tad-dijanjosi, għax din tista’ tindika l-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali fuqek innifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Persuni b’sensittività eċċessiva magħrufa għal NSAIDs għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku minnufih u uri l-fuljett tal-pakkett

    jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddiegħ:

    Baqar u majjali: Jista’ jintuża waqt tqala u treddigħ. Żwiemel: ara sezzjoni ‘Kontraindikazzjonijiet’.


    Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni: M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi oħrajn mhux sterojdiċi u antinfjammatorji jew ma’ mediċini antikoagulanti.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti) F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet: M’hemm xejn magħruf


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li huma derivati minn dawn il-mediċini veterinarji għandhom jintremew skont kif titlob il-liġi tal-pajjiż.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun fiha kunjett wieħed tal-ħġieġ trasparenti ta’ 50ml, 100ml jew 250ml. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jitpoġġew fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Meloxidyl 0.5 mg/ml suspensjoni orali għall-qtates 15 ml u 5 ml


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TADETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

    Ceva Santé Animale – 10 avenue de La Ballastière - 33500 Libourne - Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:

    Ceva Santé Animale - Z.I. Très le Bois - 22600 Loudéac - Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Meloxidyl 0.5 mg/ml suspensjoni orali għal qtates.


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull ml fih:

    Meloxicam 0.5 mg


    Benżoat tas-sodju 2.0 mg


  4. INDIKAZZJONI(IJIET)


    Serħan mill-wġigħ ħafif għall-moderat wara operazzjoni u l-infjammazzjoni wara proċeduri kirurġiċi fil-qtates, eż. kirurġija ortopedika u tat-tessut artab. Serħan mill-infjammazzjoni u wġigħ f’disturbi muskolu-skeletriċi akuti u kroniċi fil-qtates.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    • Tużax fuq annimali tqal jew li qed ireddgħu.


    • Tużax fuq annimali li jsofru minn disturbi gastrointestinali, bħal irritazzjoni jew emorraġija, jew annimali li għandhom indeboliment epatiku, kardijaku u renali u disturbi emorraġiċi.

    • Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

    • Tużax fi qtates li għandhom inqas minn età ta’ 6 ġimgħat.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi tipiċi għal mediċina mhux sterojdi ta’ kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs) bħal nuqqas ta’ aptit, remettar, dijarea, demm li ma jidhirx fl-ippurgar u apatija ġew rapportati ta’ spiss. F’ħafna mill-każijiet dawn l-effetti huma għaddiena u jisparixxu wara li jintemm it-trattament imma f’każijiet rari ħafna jistgħu jkunu serji jew fatali.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Dożaġġ

    Wġigħ u infjammazzjoni wara operazzjoni wara proċeduri kirurġiċi:

    Wara l-ewwel kura bil-meloxicam soluzzjoni għal injezzjoni għal qtates 2 mg/ml, kompli l-kura b’Meloxidyl suspensjoni orali għal qtates 0,5 mg/ml 24 siegħa wara b’dożaġġ ta’ 0.05 mg

    meloxicam/kg piż tal-ġisem. Id-doża orali li ssegwi tista’ tingħata darba kuljum (b’intervalli ta’ 24 siegħa) sa erbat ijiem.


    Disturbi muskoluskeletrali kroniċi:

    It-trattament fil-bidu tad-doża inizjali hu ta’ doża waħda orali ta’ 0.1 mg meloxicam/kg piż korporali fl-ewwel jum. It-trattament għandu jissokta darba kuljum bl-għoti mill-ħalq (f’intervalli kull 24

    siegħa) b’doża ta’ manteniment ta’ 0,5 mg meloxicam/kg piż korporali.


    Rispons kliniku ġeneralment jidher fi żmien 7 ijiem. It-trattament għandu jitwaqqaf wara ta’ lanqas 14 il-ġurnata jekk ma jidhirx li hemm titjib kliniku.


    Mod u metodu ta’ amministrazzjoni

    Ħallat sew qabel l-użu. Għandu jingħata mħallat ma’ jew ma’ l-ikel jew direttament fil-ħalq


    Is-suspensjoni tista’ tingħata permezz tas-siringi tal-kejl ipprovduti fil-pakkett.

    Is-siringa tiffittja fil-flixkun u għandha skala ta’ kg-piż korporali (minn 1 kg sa 10 kg) li jikkorrispondi mad-doża ta’ manteniment (i.e. 0.1 mg meloxicam/kg piż korporali). B’hekk għal-bidu tat-terapija fl-

    ewwel jum id-doża għandha tkun doppja minn dik tal-manteniment.


    Evita li tintroduċi l-kontaminazzjoni waqt l-użu.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Attenzjoni partikolari għandha tingħata dwar il-preċiżjoni tad-doża. Id-doża irrakkomandata m’għandiex tiġi maqbuża.

    Jekk jogħġbok segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet tal-veterinarju.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-kunjett wara EXP. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 6 xhur.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, il-kura għandha titwaqqaf u għandu jittieħed il-parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali deidratati, ipovolemiċi jew ipotensivi b’mod sever, li jkunu jeħtieġu idratazzjoni

    mill-ġdid, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità fil-kliewi.


    Wġigħ u infjammazzjoni wara operazzjoni wara proċeduri kirurġiċi:

    F’każ ta’ bżonn ta’ aktar serħan mill-wġigħ, għandha tiġi kkunsidrata terapija multimodali tal-wġigħ.


    Disturbi muskoluskeletrali kroniċi:

    Reazzjoni għal terapija għal-perjodu twil għandha tkun immonitorjata f’intervalli regolari minn tabib veterinarju.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:


    Persuni li jafu li għandhom sensittività eċċessiva għal NSAIDs għandhom jevitaw kuntatt mal- prodott mediċinali veterinarju.


    F’każ ta’ inġestjoni b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku minnufih u uri l-fuljett tal- pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddiegħ:

    Ara sezzjoni “Kontraindikazzjonijiet”.


    Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    NSAIDs oħra, dijuretiċi, anti-koagulanti, antibijotiċi ta’ aminoglycoside u sustanzi li għandhom rabta qawwija mal-proteini jistgħu jikkompetu għal irbit u b’hekk jikkaġunaw effetti tossiċi. Il-prodott

    m’għandux jintuża flimkien ma’ NSAIDs oħra jew glukokortikosterojdi. . L-għoti flimkien ta’

    mediċini nefrotossiċi qawwija għandu jiġi evitat.

    Sustanzi anti-infjammatorji li jingħataw qabel it-trattament jistgħu jikkaġunaw effetti avversi addizzjonali jew eħrex u għalhekk perijodu mingħajr ma jingħata trattament b’mediċini bħal dawn

    għandu jiġi osservat għal ta’ lanqas 24 siegħa qabel ma jibda t-trattment. Madankollu, il-perijodu li fih ma jingħatax trattament għandu jqis il-karatteristiċi farmakoloġiku tal-prodotti użati qabel.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti)

    Meloxicam għandha marġini ta’ sigurta’ terapewtika limitata fil-qtates u sinjali kliniċi ta’ doża eċċessiva tista’ tidher f’livelli relattivament żgħar.

    F’każ ta’ doża eċċessiva, reazzjonijiet mhux mixtieqa, kif imniżżla fis-Sezzjoni “Reazzjonijiet mhux

    mixtieqa” huma mistennija li jkunu aktar serji u iktar frekwenti. F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet: M’hemm xejn magħrufa

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li huma derivati minn dawn il-mediċini veterinarji għandhom jintremew skont kif titlob il-liġi tal-pajjiż.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakketti:


Kaxxa tal-kartun li fiha flixkun tal-polyethylene ta’ densità għolja ta’ 15 ml b’siringa waħda tal-kejl. Kaxxa tal-kartun li fiha flixkun tal-ħġieġ ta’ 5 ml b’siringa waħda tal-kejl.


Is-siringa tal-kejl għandha skala ta’ kg-piż tal-ġisem għal qtates (1 sa 10 kg). Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.