Pioglitazone Krka
pioglitazone
Pioglitazone
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’
tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Pioglitazone Krka u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pioglitazone Krka
Kif għandek tieħu Pioglitazone Krka
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Pioglitazone Krka
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Pioglitazone Krka fih pioglitazone. Huwa mediċina antidijabetika użata biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2 (mhux dipendenti mill-insulina) meta metformin ma jkunx xieraq jew ikun naqas li jaħdem b’mod adegwat. Din hija d-dijabete li ġeneralment tiżviluppa fi stat adult.
Pioglitazone Krka jgħin jikkontrolla l-livell ta’ żokkor fid-demm tiegħek meta jkollok dijabete tat-tip 2 billi jgħin lill-ġismek jagħmel użu aħjar mill-insulina li qed jipproduċi. It-tabib tiegħek ser jiċċekkja jekk Pioglitazone Krka qed jaħdem 3 sa 6 xhur wara li tibda tieħdu.
Pioglitazone Krka jista’ jintuża waħdu f’pazjenti li ma jistgħux jieħdu metformin, u fejn trattament ma’ dieta u eżercizzju naqas milli jikkontrolla z-zokkor fid-demm jew jista’ jittieħed flimkien ma’terapiji oħra (bħal sulphonylurea jew insulina) li naqsu milli jipprovdu kontroll biżżejjed taz- zokkor fid-demm.
jekk inti allerġiku għal pioglitazone jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-
sezzjoni 6)
jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb, jew kellek insuffiċjenza tal-qalb fil-passat.
jekk għandek mard tal-fwied.
jekk kellek ketoaċidożi dijabetika (kumplikazzjoni tad-dijabete li tikkawża telf ta’piż ta' malajr, dardir jew rimettar).
jekk għandek jew qatt kellek kanċer tal-bużżieqa.
jekk għandek demm fl-awrina tiegħek li t-tabib tiegħek ma vverifikax.
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Pioglitazone Krka
jekk inti żżomm l-ilma (żamma ta’fluwidu) jew kellek problemi b’insuffiċjenza tal-qalb, b'mod
partikulari jekk għandek 'l fuq minn 75 sena.
jekk għandek tip speċjali ta’ marda dijabetika tal-għajn msejjħa edema makulari (nefħa tal-parti ta’ wara tal-għajn).
jekk għandek ċisti fl-ovarji tiegħek (is-sindromu tal-ovarji poliċistiċi). Jista’ jkun hemm possibilità akbar li inti toħroġ tqila minħabba li jista’ jerġa jkollok ovulazzjoni meta tieħu Pioglitazone Krka. Jekk dan japplika għalik, uża kontraċezzjoni xierqa biex tevita il-possibiltà ta’ tqala mhux ippjanata.
jekk għandek problema bil-fwied jew bil-qalb tiegħek. Qabel ma tibda tieħu Pioglitazone Krka kampjun tad-demm jiġi meħud biex jiġi iċċekkjat il-funzjoni tal-fwied tiegħek. Dan il-kontroll jista’ jkun ripetut f'intervalli. Xi pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2 għal żmien twil u b’mard tal-qalb jew aċċessjoni minn qabel li kienu kkurati b’Pioglitazone Krka u insulina kellhom żvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda f’daqqa fil-piż jew nefħa lokalizzata (edima).
-
Jekk tieħu Pioglitazone Krka ma’mediċini oħra għad-dijabete, huwa iktar probabbli li z-zokkor fid-
demm tiegħek jista' jaqa’ taħt il-livell normali (ipogliċemija).
Inti tista’ wkoll tesperjenza tnaqqis fl-għadd tad-demm (anemija). Ksur fl-għadam
Numru akbar ta’ fratturi fl-għadam fin-nisa (iżda mhux fl-irġiel) li kienu qed jieħu pioglitazone.
It-tabib tiegħek se jikkunsidra dan waqt li jikkura d-dijabete tiegħek.
L-użu fit-tfal taħt it-18-il sena mhux rakkomandat.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Ġeneralment int se tkun tista’ tibqa tieħu mediċini oħra waqt li qed tiġi kkurat b’Pioglitazone Krka. Madankollu, ċerti mediċini x’aktarx li jaffettwaw l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek:
gemfibrizol (użati biex ibaxxu l-kolesterol)
rifampicin (jintużaw biex jikkuraw it-tuberkulożi u infezzjonijiet oħra)
Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi wieħed minn dawn. Iz-zokkor fid-demm tiegħek ser
jiġi kkontrollati, u d-doża tiegħek ta' Pioglitazone Krka tista’ teħtieġ li tiġi mibdula.
Tista’ tieħu l-pilloli tiegħek ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek tibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila, jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir
tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek se jagħtik parir biex twaqqaf din il-mediċina.
Pioglitazone ma jaffettwax il-ħila tiegħek li ssuq jew li tħaddem magni, imma ħu ħsieb jekk ikollok
vista anormali.
Dan il-mediċina fiha lactose monohydrate Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi
zokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Pioglitazone Krka.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Pillola waħda għandha tittieħed darba kuljum. Jekk hemm bżonn, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tieħu doża differenti.
Jekk taħseb li l-effett tal-Pioglitazone Krka huwa dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek.
Meta Pioglitazone Krka jittieħed flimkien ma’ mediċini oħra użati għall-kura tad-dijabete (bħal insulina, chlorpropamide, glibenclamide, gliclazide, tolbutamide), it-tabib tiegħek jgħidlek jekk għandekx bżonn tieħu doża inqas tal-mediċini tiegħek.
It-tabib tiegħek se jitolbok tagħmel testijiet tad-demm perjodiċi waqt il-kura b’Pioglitazone Krka. Dan sabiex jiċċekkja li l-fwied tiegek qed jaħdem kif suppost.
Jekk qed issegwi dieta dijabetika, għandek tkompli biha waqt li qed tieħu Pioglitazone Krka. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat f’intervalli regolari; jekk il-piż tiegħek jiżdied, għid lit-tabib tiegħek.
L-użu fi tfal li għadhom m’għalqux it-18-il sena mhux rakkomandat.
Jekk bi żball tieħu wisq pilloli ta’ Pioglitazone Krka, jew jekk xi ħadd ieħor jew tifel/tifla jieħdu l-
mediċina tiegħek, kellem minnufiħ lill-tabib jew spiżjar. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’jaqa' taħt il- livell normali u jista’ jiżdied biz-zokkor. Huwa rakkomandat li inti żżomm fuqek xi ħelu taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott li fih iz-zokkor.
Ħu pilloli ta’ Pioglitazone Krka kuljum kif preskritt. Iżda jekk tinsa tieħu doża, kompli bid-doża li
jmiss kif suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Pioglitazone Krka għandu jintuża kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tieħu Pioglitazone Krka, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla.Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf dan it-trattament.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawżaa effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
B’mod partikolari, xi pazjenti esperjenzaw effetti sekondarji serji li ġejjin:
Insufficjenza tal-qalb kienet esperjenzata b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 f’ 10 persuni) f’pazjenti li jieħdu Pioglitazone Krka flimkien mal-insulina. Is-sintomi huma qtugħ ta’ nifs mhux tas- soltu jew żieda veloċi fil-piż jew nefħa lokalizzata (edema). Jekk tesperjenza xi wieħed minn dawn, speċjalment jekk inti l-fuq mill-età ta' 65, fittex parir mediku minnufih.
Kanċer tal-bużżieqa tal-awrina kienet esperjenzata b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw persuna 1 f’100) f’pazjenti li kienu qed jiedu Pioglitazone Krka. Sinjali u sintomijinkludu d-demm fl-awrina, uġigħ meta tgħaddi l-awrina jew bżonn f’daqqa li tgħaddi l-awrina. Jekk tesperjenza xi wieħed minn dawn, kellem lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr.
Nefħa lokalizzata (edema) kienet ukoll esperjenzata b’mod komuni ħafna f’pazjenti li jieħdu Pioglitazone Krka flimkien mal-insulina. Jekk tesperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.
Ksur tal-għadam kien irrappurtat b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10) f’nisa li jieħdu Pioglitazone Krka flimkien mal-insulina. Jekk tesperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib
tiegħek minnufih.
Vista mċajpra minħabba nefħa (jew fluwidu) fil-part ta’ wara tal-għajn (frekwenza mhix magħrufa) kienet ukoll irrappurtata f’pazjenti li jieħdu Pioglitazone Krka. Jekk tħoss dawn is-sintomi għall- ewwel darba, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Ukoll, jekk diġa għandek vista mċajpra jew jekk is- sintomi jaqilbu għall-agħar, kellem lit-tabib tiegħek minnufiħ.
Reazzjonijiet allerġiċi kienu rrappurtati (frekwenza mhux magħrufa) f'pazjenti li ħadu pioglitazone. Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika serja, inkluż urtikarja u nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, jew gerżuma li tista’ tikawża diffikultà fin-nifs jew biex tibla tibqax tieħu din il-mediċina u kellem lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.
Effetti sekondarji oħra li ġew esperjenzati minn uħud mill-pazjenti li jieħdu Pioglitazone Krka huma: komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10)
infezzjoni respiratorja
vista mhux normali
żieda fil-piż
tirżiħ
mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)
sinusite
insonnja
mhux maghrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-droga disponibbli)
żieda fl-enżimi tal-fwied
reazzjonijiet allerġiċi
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Effetti sekondarji oħra li jmiss ġew esperjenzati minn xi pazjenti meta Pioglitazone Krka jittieħed ma’ mediċini antidijabetiċi oħra huma:
komuni hafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’10 persuni)
tnaqqis taż-żokkor fid-demm (ipogliċemija)
komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10)
uġigħ ta’ ras
sturdament
uġigħ fil-ġogi
impotenza
uġigħ fid-dahar
qtugħ ta’ nifs
tnaqqis żgħir fl-għadd taċ-ċelloli ħomor tad-demm
gass
mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)
zokkor fl-awrina, proteina fl-awrina
żieda fl-enżimi
vertigo
tgħoroq
għejja
żieda fl-aptit
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett
sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.
Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħtiġijiet speċjali ta’ ħażna.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għankekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hija pioglitazone. Kull pillola fiha 15 mg ta’ pioglitazone (bħala
hydrochloride).
Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, hydroxypropyl cellulose (E463), croscarmellose
sodium, u magnesium stearate (E572).
Pilloli tondi bojod għal kważi bojod bi truf imċanfrin u li fuqhom hemm intaljat “15” fuq naħa waħda
(dijametru ta’ 7.0 mm).
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Il-pilloli huma disponibbli f’pakketti bil-folji ta’ 14, 28, 30, 56, 60, 90 u 98 pillola ġo folji. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.
KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja
KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, il-Ġermanja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
UAB KRKA Lietuva
Tel: + 370 5 236 27 40
Представителство на KRKA в България
Teл.: + 359 (02) 962 34 50
KRKA ČR, s.r.o.
Tel: + 420 (0) 221 115 150
KRKA Magyarország Kereskedelmi Kft. Tel.: + 361 (0) 355 8490
KRKA Sverige AB
Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)
KRKA Pharma Dublin, Ltd.
Tel: + 353 1 293 91 80
TAD Pharma GmbH
Tel: + 49 (0) 4721 606-0
Focus Care Pharmaceuticals B.V. Tel: +31 (0)75 61 20 511
KRKA, d.d., Novo mesto Eesti filiaal
Tel: + 372 (0) 6 671 658
KRKA Sverige AB
Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)
QUALIA PHARMA S.A. Τηλ: +30 (0)210 2832941
KRKA Pharma GmbH, Wien Tel: + 43 (0)1 66 24 300
KRKA Farmacéutica, S.L.
Tel: + 34 911 61 03 81
KRKA-POLSKA Sp. z o.o.
Tel.: + 48 (0)22 573 7500
KRKA France Eurl
Tél: + 33 (0)1 57 40 82 25
KRKA Farmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda.
Tel: + 351 (0)21 46 43 650
Krka – farma d.o.o.
Tel: + 385 1 6312 100
KRKA Romania S.R.L., Bucharest
Tel: + 4 021 310 66 05
KRKA Pharma Dublin, Ltd.
Tel: + 353 1 293 91 80
KRKA, d.d., Novo mesto
Tel: + 386 (0) 1 47 51 100
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
KRKA Sverige AB
Sími: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)
KRKA Farmaceutici Milano S.r.l.
Tel: + 39 02 3300 8841
KRKA Sverige AB
Puh/Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)
Kipa Pharmacal Ltd.
Τηλ: + 357 24 651 882
KRKA Sverige AB
Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)
KRKA Latvija SIA Tel: + 371 6 733 86 10