Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Intrinsa
testosterone

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Intrinsa 300 mikrogramma/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Testosterone


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Intrinsa u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tuża Intrinsa

  3. Kif għandek tuża Intrinsa

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Intrinsa

  6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU INTRINSA U GĦALXIEX JINTUŻA


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Intrinsa hi garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda li l-ħin kollu terħi ammonti żgħar ta’ testosterone li jiġi assorbit minn ġol-ġilda tiegħek fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm. It-testosterone f’Intrinsa hu l-istess ormon bħal dak li hu prodott b’mod naturali fl-irġiel u fin-nisa.


    Wara li l-ovarji jitneħħew, il-livell tat-testosterone jaqa’ bin-nofs meta mqabbel mal-livelli ta’ qabel l- operazzjoni. In-tnaqqis fit-testosterone kien assoċjat ma’ xewqa sesswali baxxa, nuqqas ta’ ħsibijiet sesswali u eċċitament sesswali mnaqqas. Xi wħud, jew dawn il-problemi kollha, jistgħu jikkawżaw inkwiet personali jew diffikultajiet fir-relazzjoni. L-isem mediku għal din il-kundizzjoni hu Hypoactive Sexual Desire Disorder, magħrufa wkoll bħala HSDD.


    Intrinsa jintuża għat-trattament ta’ HSDD.

    Intrinsa hu intenzjonat biex jintuża minn nisa li għandhom sa 60 sena, li:

    • jkollhom xewqa sesswali baxxa li tkun qed tikkawża inkwiet jew problemi, u

    • li kellhom l-ovarji t-tnejn imneħħija, u

    • li kellhom l-utru mneħħi (isterektomija), u

    • li qed jirċievu terapija bl-estroġenu.


    Tista’ ddum iktar minn xahar qabel ma tinnota xi titjib. Jekk ma jkollokx effett pożittiv b’Intrinsa fi żmien 3-6 xhur, għandek tinforma lit-tabib tiegħek, li ser jissuġġerixxi li t-trattament għandu jitwaqqaf.


  2. QABEL MA TUŻA INTRINSA


    Tużax Intrinsa

    • jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għat-testosterone jew sustanzi oħra ta’ Intrinsa (ara s-sezzjoni ‘Aktar tagħrif’ fl-aħħar ta’ dan il-fuljett).

    • jekk taf li kellek fil-passat, jekk għandek, jew jekk taħseb li jista’ jkollok, kanċer tas-sider jew kwalunkwe kanċer ieħor li t-tabib tiegħek iddeskriva li kien ikkawżat jew stimulat mill-ormon

      femminili, l-estroġenu, imsejħin ukoll kanċers ‘dipendenti fuq l-estroġenu’.

    • jekk inti għandek kundizzjonijiet oħrajn li t-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li mhumiex adattati għall-użu ta’ l-estroġenu u/jew tat-testosterone.

      Oqgħod attenta ħafna b’Intrinsa

    • jekk int għandek storja medika ta’ mard tal-qalb, tal-fwied jew tal-kliewi. L-edema tista’ tkun

      kumplikazzjoni serja kkawżata minn dożi qawwija ta’ testosterone, madankollu, din mhijiex mistennija minn doża baxxa ta’ testosterone fornuta mill-garża ta’ Intrinsa.

    • jekk int għandek kanċer tal-kisja tal-utru (kanċer endometrijali), għandek tkun taf li ftit hemm informazzjoni disponibbli dwar l-effetti ta’ testosterone fuq il-kisja tal-utru (endometriju).

    • jekk int dijabetika, għax it-testosterone jista’ jbaxxi l-livelli tal-glucose fid-demm.

    • jekk int għandek storja medika ta’ akne eċċessiva li sseħħ fl-adulti, xagħar fuq il-ġisem jew fil- wiċċ, telf ta’ xagħar, tkabbir tal-klitoris jew il-vuċi ssir ħoxna jew tinħanaq.


      Jekk għandek kwalunkwe minn dawn t’hawn fuq, għid it-tabib tiegħek qabel ma tibda tuża Intrinsa. It- tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar x’għandek tagħmel.


      L-effikaċja ta’ Intrinsa titnaqqas jekk it-terapija tiegħek bl-estroġenu tkun ta’ ċertu tip (‘conjugated equine estrogens’). Għalhekk, jeħtieġ li tiddiskuti t-tip ta’ estroġenu tiegħek mat-tabib tiegħek, li jista’ jagħtik parir dwar liema tip ta’ estroġenu hu adattat għalik flimkien ma’ Intrinsa.


      Jekk twaqqaf it-terapija bl-estroġenu, għandek tieqaf tuża Intrinsa wkoll. Ftakar li l-estroġeni għandhom jingħataw għall-inqas tul ta’ żmien possibbli.


      Użu Intrinsa biss sakemm ikollok effett pożittiv tat-trattament. M’hemm l-ebda informazzjoni dwar is- sigurtà ta’ Intrinsa wara iktar minn 12-il xahar.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Hemm informazzjoni limitata dwar l-użu f’nisa li għandhom iktar minn 60 sena. Intrinsa hu intenzjonat għall-użu minn nisa li għandhom sa 60 sena li kellhom iż-żewġ ovarji u l-utru tagħhom imneħħija.


      Mhux magħruf jekk Intrinsa jżidx ir-riskju ta’ kanċer tas-sider u kanċer tal-endometriju. It-tabib tiegħek ser jimmonitorjak b’attenzjoni fir-rigward tal-kanċer tas-sider u kanċer tal-endometriju.


      Tfal u adoloxxenti

      Intrinsa mhuwiex għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti.


      Meta tuża mediċini oħra

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu kura b’mediċini li jraqqu d-demm (antikoagulanti).


      Tqala u treddigħ

      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

      Intrinsa hu indikat biss għal nisa li jkollhom il-menopawsa wara li l-ovarji u l-utru jkunu tneħħew. Tużax Intrinsa jekk inti tqila, jew tissuspetta li tista’ tkun tqila jew jekk tista’ toħroġ tqila, minħabba li dan jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhix imwielda.

      Tużax Intrinsa f’każ jekk qed tredda’, minħabba li dan jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Inti tista’ ssuq u tuża l-magni waqt li tkun qed tuża Intrinsa.


  3. KIF GĦANDEK TUŻA INTRINSA


    Dejjem għandek tuża Intrinsa skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju dwar l-istruzzjonijiet, jew jekk trid iktar informazzjoni.

    Id-doża li ssoltu tingħata hija ta’ garża waħda darbtejn fil-ġimgħa (kull 3 sa 4 ijiem), ara hawn taħt ‘Kif u meta għandek tibdel il-garża tiegħek’. Is-sustanza attiva tintreħa mill-garża l-ħin kollu fuq

    perjodu ta’ 3 sa 4 ijiem (li tikkorrisponi għal 300 mikrogramma kull 24 siegħa) u tiġi assorbita minn ġol-ġilda tiegħek.


    Fejn twaħħal il-garża

    • Waħħal il-garża fuq in-naħa t’isfel taż-żaqq, taħt qaddek. Twaħħalx il-garża fuq is-sider jew

      fuq il-warrani.


      image


      Aċċerta ruħek li l-ġilda tiegħek fis-sit ta’ l-applikazzjoni hi:

      • nadifa u xotta (ħielsa minn żjut, moisturisers, u terra)

      • lixxa kemm jista’ jkun (l-ebda tikmix kbir jew saffi kbar ta’ ġilda fuq xulxin)

      • mhijiex maqsuma jew irritata (ħielsa minn raxx jew problemi oħrajn tal-ġilda)

      • ma tkunx mistennija li l-ilbies iħokk magħha b’mod eċċessiv

      • preferibbilment tkun bla xagħar.


    • Meta tibdel il-garża tiegħek, waħħal il-garża l-ġdida fuq żona differenti tal-ġilda ta’ żaqqek, għax inkella jkun hemm iktar ċans li tikkawża irritazzjoni tal-ġilda.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Għandha titwaħħal garża waħda biss f’ħin wieħed.


    • Jekk qed tuża garżi ta’ l-estroġenu wkoll, aċċerta ruħek li l-garża ta’ Intrinsa u l-garża ta’ l- estroġenu ma jkunux fuq xulxin.


    • Għal mill-inqas ġimgħa li tneħħi l-garża, terġax twaħħal oħra ġdida fl-istess żona.


      Kif twaħħal il-garża

      Pass 1 Iftaħ il-qartas. Tużax imqass, għax tista’ tagħmel il-ħsara lill-garża aċċidentalment. Neħħi l-

      garża.Waħħal il-garża immedjatament wara li tneħħiha mill-qartas.


      image


      Pass 2 Waqt li tkun qed iżżomm l-garża, neħħi nofs l-inforra protettiva li tkun tiksi l-parti li twaħħal tal-garża. Evita li tmiss in-naħa li teħel tal-garża b’subgħajk.


      image


      Pass 3 Waħħal in-naħa li teħel tal-garża fuq iż-żona magħżula fuq il-ġilda tiegħek. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-garża fil-post għal madwar 10 sekondi.


      image


      Pass 4 Itwi lura l-garża u neħħi b’attenzjoni n-nofs l-ieħor ta’ l-inforra. Agħfas l-garża kollha fuq il- ġilda tiegħek bil-keffa ta’ idejk għal madwar 10 sekondi. Uża s-swaba’ tiegħek biex taċċerta ruħek li t-truf tal-garża jeħlu mal-ġilda. Jekk xi żona tal-garża tintrefa’, applika pressjoni lil dik iż-żona.


      image


      Kif u meta għandek tibdel il-garża tiegħek

    • Ser ikollok tibdel l-garża tiegħek kull 3 sa 4 ijiem, li jfisser li trid tuża żewġ garżi kull ġimgħa.

      Dan ifisser li inti ser ikollok garża waħda għal 3 ijiem u l-oħra għal 4 ijiem. Iddeċiedi liema jumejn kull ġimgħa ser tibdel il-garża tiegħek, u ibdel il-garża f’dawk il-jumejn kull ġimgħa.


      Per eżempju: Jekk tiddeċiedi li tibda t-trattament nhar ta’ Tnejn, allura għandek tibdel il-garża tiegħek dejjem nhar ta’ Ħamis u nhar ta’ Tnejn.


      • Il-Ħadd + l-Erbgħa

        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        • It-Tnejn + il-Ħamis

      • It-Tlieta + il-Ġimgħa

      • L-Erbgħa + is-Sibt

      • Il-Ħamis + il-Ħadd

      • Il-Ġimgħa + it-Tnejn

      • Is-Sibt + it-Tlieta


      Biex tiftakar, immarka fuq il-kaxxa tal-kartun il-jiem li tkun għażilt meta ser tibdel il-garża tiegħek.


    • Fil-jum meta tkun ser tibdel il-garża tiegħek, neħħi il-garża l-qadima u waħħal il-garża l-ġdida immedjatament fuq żona differenti tal-ġilda ta’ żaqqek. Kompli t-trattament tiegħek sakemm igħidlek it-tabib.


    • Itwi l-garża l-qadima min-nofs, waħħal il-garża magħha stess, u armiha b’mod sigur biex iżżommha ’il bogħod mit-tfal (eż. f’kontenitur ta’ l-iskart). Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ (tifflaxxjahomx fit-tojlit). Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.


      X’għandi nagħmel meta nieħu doċċa, banju jew nagħmel eżerċizzju fiżiku?

      Tista tieħu doċċa, banju jew tagħmel eżerċizzju fiżiku bħas-soltu meta jkollok il-garża mwaħħla. Il- garża hi maħsuba biex tibqa’ f’postha matul dawn l-attivitajiet. Madankollu, togħrokx ħafna ż-żona

      fejn tkun waħħalt il-garża.


      Nista’ mmur nixxemmex?

      Iva, iżda dejjem aċċerta ruħek li l-garża tiegħek tkun mgħottiha bl-ilbies.


      X’jiġri jekk il-garża tiegħek tibda tinqala’, it-truf jinqalgħu jew tinqala’ għal kollox?

      Jekk garża tibda tinqala’, tista’ terġa’ twaħħalha mill-ġdid billi tagħfas fuqha b’mod sod. Jekk ma

      jirnexxilekx twaħħal il-garża, neħħiha u waħħal garża ġdida. Imbagħad kompli bl-iskeda regolari

      tiegħek tal-jiem li fihom tibdel il-garża, anki jekk dan ifisser li tarmi garża wara li tkun ilha fuqek għal inqas minn 3-4 ijiem.


      Jekk tuża iktar garżi milli suppost

      Jekk tkun waħħalt iktar minn garża waħda fl-istess ħin

      Neħħi l-garżi kollha li jkollok imwaħħlin fuq il-ġilda tiegħek u kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek għal informazzjoni addizzjonali dwar kif tkompli t-trattament b’Intrinsa. Mhux mistenni li jkun hemm doża eċċessiva b’Intrinsa meta jintuża skond l-istruzzjonijiet, minħabba li, ġaladarba l-garża tinqala’ t- testosterone jitneħħa malajr mill-ġisem.


      Jekk tinsa tuża garża

      Jekk tinsa tibdel il-garża tiegħek

      Ibdel il-garża tiegħek hekk kif tiftakar, u mbagħad kompli bl-iskeda regolari tiegħek tal-jiem li fihom tibdel il-garża, anki jekk dan ifisser li tarmi garża wara li tkun ilha fuqek għal inqas minn 3-4 ijiem.

      Li terġa’ lura għall-iskeda regolari tiegħek ser jgħinek tiftakar meta għandek tibdel il-garża tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

    Bħal kull mediċina oħra, Intrinsa jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament:

    • jekk ikollok telf ta’ xagħar (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull

      10 persuni), tkabbir tal-klitoris (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna), żieda fl-ammont ta’ xagħar fuq l-ilħit jew fin-naħa ta’ fuq tax-xufftejn (effett

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      sekondarju komuni ħafna li jista’ jaffettwa iktar minn 1 minn kull 10 persuni), il-vuċi ssir ħoxna jew tinħanaq (effett sekondarju komuni), għalkemm dawn l-effetti sekondarji jistgħu jkunu ħfief. Dawn is-sintomi normalment huma riversibbli jekk it-trattament b’Intrinsa jitwaqqaf.


      Għandek tagħmel evalwazzjoni tiegħek innifsek għal żieda fl-akne (effett sekondarju komuni), żieda fit-tkabbir tax-xagħar f’wiċċek, telf ta’ xagħar, il-vuċi tiegħek issir ħoxna jew ikollok tkabbir fil-klitoris, li kollha jistgħu jkunu sinjali ta’ effetti sekondarji tat-testosterone, li hi s- sustanza attiva f’Intrinsa.


    • jekk tinnota kwalunkwe reazzjonijiet tal-ġilda fis-sit ta’ applikazzjoni (effett sekondarju komuni ħafna) bħal ħmura, edema, jew infafet. F’każ ta’ reazzjoni severa fis-sit ta’ l-applikazzjoni, it- trattament għandu jitwaqqaf.


      Effetti sekondarji komuni oħrajn

      Ħafna minnhom huma ħfief u riversibbli.

    • emigranja

    • nuqqas ta’ rqad/ma tkunx tista’ torqod kif suppost

    • uġigħ fis-sider

    • żieda fil-piż

    • uġigħ fl-istonku


      Effetti sekondarji mhux komuni oħrajn

      Ħafna minnhom huma ħfief u riversibbli.

    • sinusite (infjammazzjoni tas-sinus nażali)

    • fattur mhux normali tat-tagħqid tad-demm

    • sensittività eċċessiva (reazzjonijiet allerġiċi)

    • żieda fl-aptit

    • aġitazzjoni

    • ansjetà

    • disturbi fl-attenzjoni

    • indeboliment fis-sens tat-togħma (sensazzjoni ta’ togħma mibdula)

    • problemi fil-bilanċ

    • iperestesija (żieda mhux normali fis-sensittività għall-istimuli tas-sensi)

    • parestesija orali (sensazzjoni ta’ tnemnim jew tmewwit fil-ħalq)

    • attakk iskemiku temporanju (mini-puplesija)

    • diplopja (tara doppju)

    • ħmura fl-għajnejn

    • palpitazzjonijiet (taħbit mgħaġġel u irregolari tal-qalb)

    • konġestjoni nażali

    • tagħfis fil-gerżuma

    • dijarea

    • ħalq xott

    • dardir

    • ekżema

    • żieda fl-għaraq

    • rosaċea (ħmura tal-wiċċ)

    • artrite

    • ċista fis-sider

    • tkabbir tal-klitoris

    • ħakk ġenitali (tħoss il-ħakk fil-partijiet ġenitali)

    • sensazzjoni ta’ ħruq fil-vaġina

    • anasarka (nefħa mifruxa tal-ġilda)

    • astenja (nuqqas ta’ enerġija u saħħa)

    • tagħfis fis-sider

    • skonfort fis-sider

    • fibrinoġen mhux normali fid-demm (tagħqid mhux normali tad-demm)

    • żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • żieda fil-livell ta’ alanine aminotransferase, żieda fil-livell ta’ aspartate aminotransferase, żieda fil-livell ta’ bilirubina fid-demm, test tal-funzjoni tal-fwied b’riżultat mux normali, żieda fit- triglycerides fid-demm (kollha kejl tal-funzjoni tal-fwied).


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib tiegħek.


  5. KIF TAĦŻEN INTRINSA


    • Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    • Tużax Intrinsa wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-qartas wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    • Tagħmlux fil-friġġ jew friża.

    • Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ (tifflaxxjahomx fit-toilet) jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Intrinsa

Is-sustanza attiva hi testosterone. Kull garża fiha 8.4 mg ta’ testosterone, li terħi 300 mikrogramma ta’ testosterone fuq perjodu ta’ 24 siegħa.


Is-sustanzi l-oħra huma: Sorbitan oleate, 2-Ethylhexylacrylate – 1-Vinyl-2-pyrrolidone co-polymer.

Saff ta’ wara

Rinforz fid-dahar transluċidu tal-polyethylene, stampat b’linka li fiha sunset yellow FCF (E110), latolrubine BK (E180) u copper phthalocyanine blue pigment.

Inforra prottettiva li tipproteġir-reħital-mediċina Rita tal-polyester, siliconised.


Id-Dehra ta’ Intrinsa u l-kontenuti tal-pakkett

Intrinsa hi garża rqiqa, ċara u ovali bil-kliem T001 stampat fuq in-naħa ta’ wara.

Kull ġarża hi ssiġillata individwalment f’qartas.

Id-daqsijiet tal-pakkett li ġejjin huma disponibbli: 2, 8 u 24 garżi. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad- daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Warner Chilcott UK Limited Old Belfast Road

Millbrook, Larne County Antrim BT40 2SH

Ir-Renju Unit


Manifattur

Warner Chilcott Deutschland GmbH

Dr.-Otto-Röhm-Strasse 2-4

64331 Weiterstadt Il-Ġermanja


Warner Chilcott France

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Parc d’activité de la Grande Brèche 5 rue Désir Prévost

91070 Bondoufle

Franza


image

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


a.europa.eu.


ANNESS IV


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

RAĠUNIJIET GĦAL TIĠDID ADDIZZJONALI WIEĦED

Raġunijiet għal tiġdid addizzjonali wieħed


Ibbażat fuq id-dejta li saret disponibbli minn meta ngħatat l-ewwel Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis- Suq, il-Kumitat dwar Prodotti Mediċinali għall-Użu Uman (CHMP) jikkunsidra li l-bilanċ tal- benefiċċju-riskju ta’ Intrinsa għadu pożittiv, iżda jikkunsidra li l-profil tas-sigurtà tiegħu għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib għar-raġunijiet li ġejjin:


L-użu off-label hu riskju għas-sigurtà. Hu ta’ tħassib għas-CHMP li d-dejta mill-istudju THIN (The Health Improvement Database) tissuġġerixxi li madwar 70% tal-utenti jinsabu ’l barra mill- indikazzjoni.


Is-CHMP iddeċieda li d-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq għandu jkompli jissottometti Rapporti Perjodiċi ta’ Aggornament dwar Sigurtà (PSURs) kull 6 xhur.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Għalhekk, ibbażat fuq il-profil tas-sigurtà ta’ Intrinsa, li jeħtieġ is-sottomissjoni ta’ PSURs kull 6 xhur, is-CHMP ikkonkluda li d-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq għandu jissottometti applikazzjoni addizzjonali għat-tiġdid fi żmien 5 snin.