Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Keytruda
pembrolizumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


KEYTRUDA 25 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

pembrolizumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tirċievi KEYTRUDA.


Qabel jingħatalek KEYTRUDA, għid lit-tabib tiegħek jekk inti:


Kumplikazzjonijiet, inkluż marda tal-graft kontra l-persuna li tirċiviha (GVHD -

graft-versus-host-disease), f’persuni bi trapjant tal-mudullun tal-għadam (ċelluli stem) li fih jinużaw ċelluli stem ta’ donatur (alloġenejku). Dawn il-kumplikazzjonijiet jistgħu jkunu severi u jwasslu għall-mewt. Huma jistgħu jseħħu jekk inti kellek dan it-tip ta’ trapjant fil-passat jew jekk isirlek fil-futur. It-tabib tiegħek se jimmonitorjak għal sinjali u sintomi, li jistgħu jinkludu raxx fil- ġilda, infjammazzjoni tal-fwied, uġigħ fl-addome jew dijarea.


Tfal u adolexxenti

Tagħtix KEYTRUDA lil tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena, ħlief għal tfal:


Jekk tieqaf tirċievi KEYTRUDA

Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek jista’ jieqaf l-effett tal-mediċina. Twaqqafx trattament b’KEYTRUDA sakemm ma tkunx iddiskutejt dan mat-tabib tiegħek.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar it-trattament tiegħek, staqsi lit-tabib tiegħek.


Inti tista’ ssib din l-informazzjoni wkoll fuq il-kard ta’ twissija għall-pazjent li ngħatatlek mit-tabib tiegħek. Huwa importanti li inti żżomm din il-kard ta’ twissija u turiha lis-sieħeb/sieħba tiegħek jew lil min jieħu ħsiebek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Meta tingħata KEYTRUDA, inti jista’ jkollok xi effetti sekondarji serji. Ara sezzjoni 2. L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’pembrolizumab waħdu:

    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm

    • attività mnaqqsa tal-glandola tat-tirojde

    • tħossok anqas bil-ġuħ

    • uġigħ ta’ ras

    • qtugħ ta’ nifs; sogħla

    • dijarea; uġigħ fl-istonku; nawsja; rimettar; stitikezza

    • ħakk; raxx fil-ġilda

    • uġigħ fil-muskoli u fl-għadam; uġigħ fil-ġogi

    • tħossok għajjien; għejja jew dgħufija mhux tas-soltu; nefħa; deni


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • infezzjoni fil-pulmun

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (titbenġel jew joħroġ id-demm aktar faċilment); tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili; limfoċiti)

    • reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni tal-mediċina

    • glandola tat-tirojde attiva żżejjed; fawra

    • tnaqqis fis-sodium, fil-potassium, jew fil-calcium fid-demm

    • diffikultà biex torqod

    • sturdament; infjammazzjoni tan-nervituri li tikkawża titrix, dgħufija, tnemnim jew uġigħ bħal ħruq fid-dirgħajn u fir-riġlejn; nuqqas ta’ enerġija; bidla fis-sens tat-togħma

    • għajnejn xotti

    • ritmu ta’ taħbit tal-qalb mhux normali

    • pressjoni tad-demm għolja

    • infjammazzjoni tal-pulmuni

    • infjammazzjoni tal-intestini; ħalq xott

    • infjammazzjoni tal-fwied

    • nawsja; uġigħ fl-istonku; stitikezza; rimettar

    • raxx aħmar u mqabbeż fil-ġilda xi drabi bl-infafet; irqajja’ fil-ġilda li tilfu l-kulur; infjammazzjoni fil-ġilda; ġilda xotta, tieklok; jaqa’ x-xagħar; problema fil-ġilda tixbah lill-akne

    • uġigħ, weġgħat jew sensittività fil-muskoli; uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn; uġigħ fil-ġogi flimkien ma’ nefħa

    • tkexkix ta’ bard; mard jixbaħ lill-influwenza

    • żieda fil-livelli ta’ enzimi tal-fwied fid-demm; żieda fil-kalċju fid-demm; riżultat mhux normali għal test tal-funzjoni tal-kliewi


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (lewkoċiti u eosinofili)

    • rispons infjammatorju kontra l-plejtlets

    • disturb awtoimmuni li jista’ jaffettwa l-pulmuni, l-ġilda, l-għajnejn u jew l-għoqiedi tal-limfa (sarkojdożi)

    • tnaqqis ta’ sekrezzjoni tal-ormoni magħmula mill-glandoli adrenali; infjammazzjoni tal- glandola pitwitarja li tinstab fil-bażi tal-moħħ; infjammazzjoni tat-tirojde

    • dijabete tat-tip 1, inkluż ketoaċidożi tad-dijabete

    • kondizzjoni li fiha l-muskoli jiddgħajfu u jgħejjew malajr; aċċessjoni

    • infjammazzjoni tal-għajnejn; uġigħ, irritazzjoni, ħakk jew ħmura fl-għajnejn; sensittività skomda għad-dawl; tara tikek fil-vista

    • infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb, li jista’ jidher bħala qtugħ ta’ nifs, taħbit mhux regolari tal-qalb, tħossok għajjien, jew uġigħ fis-sider

    • infjammazzjoni tal-kisja tal-qalb; akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-qalb

    • infjammazzjoni tal-frixa

    • selħa li tiżviluppa fl-inforra ta’ ġewwa tal-istonku jew fil-parti ta’ fuq tal-musrana ż-żgħira

    • tkabbir ta’ ġilda ħoxna, xi drabi bil-qxur; bidliet fil-kulur tax-xagħar; ħotob, boċċi jew feriti żgħar fil-ġilda

    • infjammazzjoni tal-kisja ta’ madwar l-għeruq li jgħaqqdu muskolu ma’ għadma

    • infjammazzjoni tal-kliewi

    • żieda fil-livell ta’ amylase, enzima li tkisser il-lamtu


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

    • rispons infjammatorju kontra ċelluli ħomor tad-demm; tħossok dgħajjef/dgħajfa, ikollok mejt, qtugħ ta’ nifs jew jekk il-ġilda tiegħek tidher pallida (sinjali ta’ livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad- demm, possibilment minħabba tip ta’ anemija msejħa aplażja pura taċ-ċelluli ħomor); kundizzjoni msejħa limfoistjoċitożi emofagoċitika fejn is-sistema immuni tipproduċi wisq ċelluli li jiġġieldu l-infezzjonijiet imsejħa istjoċiti u limfoċiti li jistgħu jikkawżaw diversi sintomi

    • infjammazzjoni temporanja tan-nervituri li tikkawża uġigħ, dgħufija, u paraliżi fid-dirgħajn u r- riġlejn

    • infjammazzjoni tal-moħħ, li tista’ tinkludi konfużjoni, deni, problemi tal-memorja jew aċċessjonijiet (enċefalite)

    • uġigħ, titrix, tingiż, jew dgħufija fid-dirgħajn jew fir-riġlejn; problemi fil-bużżieqa tal-awrina jew problemi fl-imsaren inkluż ikollok bżonn tagħmel l-awrina aktar frekwenti, inkontinenza tal-awrina, diffikultà biex tagħamel l-awrina u stitikezza (mijelite)

    • infjammazzjoni tal-membrana madwar in-nerv tas-sinsla u l-moħħ, li tista’ tidher bħala ebusija fl-għonq, uġigħ ta’ ras, deni, sensittività tal-għajnejn għad-dawl, nawsja jew rimettar (meninġite)

    • infjammazzjoni tal-vażi

    • toqba fl-imsaren iż-żgħar

    • ħotob ħomor taħt il-ġilda li juġgħu

    • ħakk, infafet, taqxir jew feriti fil-ġilda, u/jew ulċeri fil-ħalq jew fil-kisja tal-imnieħer, tal- gerżuma jew fiż-żona ġenitali (sindrome ta’ Stevens-Johnson jew nekrolisi tossika tal- epidermide)

    • marda li fiha s-sistema immunitarja tattakka l-glandoli li jipproduċu l-ilma fil-ġisem, bħalma huma d-dmugħ u l-bżiq (sindrome ta’ Sjogren)

    • infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-urina. Is-sinjali u s-sintomi jistgħu jinkludu urina frekwenti u/jew bl-uġigħ, urġenza biex tgħaddi l-urina, demm fl-urina, uġigħ jew pressjoni fin-naħa t’isfel tal-addome


      L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati fl-istudji kliniċi b’pembrolizumab flimkien mal- kimoterapija:


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili, lewkoċiti); tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (tbenġil jew ħruġ ta’ demm aktar mis- soltu)

    • tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde

    • tnaqqis ta’ potassium fid-demm; tħossok inqas bil-ġuħ

    • diffikultà biex torqod

    • infjammazzjoni tan-nervituri li tikkawża titrix, dgħufija, tnemnim jew uġigħ bħal ħruq fid- dirgħajn u r-riġlejn; uġigħ ta’ ras; sturdament; bidla fis-sens tat-togħma

    • qtugħ ta’ nifs; sogħla

    • nawsja; dijarea; rimettar; uġigħ fl-istonku; stitikezza

    • jaqa’ x-xagħar; raxx fil-ġilda; ħakk

    • uġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli u l-għadam; uġigħ, weġgħat jew sensittività fil-muskoli

    • għeja jew dgħufija mhux tas-soltu; deni; nefħa

    • żieda fil-livell tal-enzima tal-fwied alanine aminotransferase fid-demm; żieda fil-livell tal- enzima tal-fwied aspartate aminotransferase fid-demm


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • infezzjoni fil-pulmun

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili) bid-deni; tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (limfoċiti)

    • reazzjoni marbuta mal-infużjoni tal-mediċina

    • tnaqqis ta’ sekrezzjoni ta’ ormoni magħmula mill-glandoli adrenali; infjammazzjoni tat-tirojde; glandola tat-tirojde b’attività żejda

    • tnaqqis ta’ sodium jew calcium fid-demm

    • nuqqas ta’ enerġija

    • għajnejn xotti

    • ritmu ta’ taħbit tal-qalb mhux normali

    • pressjoni għolja

    • infjammazzjoni tal-pulmuni

    • infjammazzjoni tal-intestini; infjammazzjoni fl-istonku; ħalq xott

    • infjammazzjoni tal-fwied

    • raxx aħmar u mqabbeż fil-ġilda xi drabi bl-infafet; problema fil-ġilda tixbah lill-akne; infjammazzjoni fil-ġilda; ġilda xotta u bil-ħakk

    • ħsara f’daqqa fil-kliewi

    • mard jixbah lill-influwenza; tkexkix ta’ bard

    • riżultat mhux normali għal test tal-funzjoni tal-kliewi; żieda fil-livelli tal-enzima alkaline phosphatase fid-demm; żieda fil-calcium fid-demm; żieda fil-bilirubin fid-demm


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (eosinofili)

    • infjammazzjoni tal-glandola pitwitarja li tinstab fil-bażi tal-moħħ

    • dijabete tat-tip 1, inkluż ketoaċidożi tad-dijabete

    • infjammazzjoni tal-moħħ, li tista’ tidher bħala konfużjoni, deni, problemi tal-memorja jew aċċessjonijiet (enċefalite); aċċessjoni

    • infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb, li tista’ tidher bħala qtugħ ta’ nifs, taħbit mhux regolari tal-qalb, tħossok għajjien, jew uġigħ fis-sider; akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-qalb; infjammazzjoni tal-kisja tal-qalb

    • infjammazzjoni fl-arterji jew fil-vini

    • infjammazzjoni tal-frixa; selħa li tiżviluppa fl-inforra ta’ ġewwa tal-istonku jew fil-parti ta’ fuq tal-musrana ż-żgħira

    • tkabbir ta’ ġilda aktar ħoxna, xi drabi bil-qxur; rqajja’ fil-ġilda li jkunu tilfu l-kulur; ħotob, boċċi jew feriti żgħar fil-ġilda

    • infjammazzjoni tal-kisja madwar l-għerq li jgħaqqad il-muskolu ma’ għadma

    • infjammazzjoni tal-kliewi; infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-awrina, li tista’ tidher bħala awrina frekwenti u/jew bl-uġigħ, urġenza biex tgħaddi l-awrina, demm fl-awrina, uġigħ jew pressjoni fin-naħa t’isfel tal-addome

    • żieda fil-livell tal-amylase, enzima li tkisser il-lamtu


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

    • rispons infjammatorju kontra ċelluli ħomor tad-demm jew plejtlets

    • disturb immuni li jista’ jaffettwa l-pulmun, il-ġilda, l-għajnejn u/jew l-għoqiedi tal-limfa (sarkojdosi)

    • kondizzjoni magħrufa bħala s-sindrom ta’ Guillain-Barré, li jikkawża dgħufija fil-muskoli fiż- żewġ naħat tal-ġisem, u jista’ jkun sever; kundizzjoni fejn il-muskoli isiru dgħajfa u jgħejjew malajr

    • infjammazzjoni fl-għajnejn; uġigħ fl-għajn, irritazzjoni, ħakk jew ħmura; sensittività skomda għad-dawl; tara dbabar tondi

    • toqba fil-musrana ż-żgħira

    • infjammazzjoni tal-passaġġ tal-bila

    • ħakk, infafet, taqxir jew feriti fil-ġilda, u/jew ulċeri fil-ħalq jew fil-kisja tal-imnieħer, tal- gerżuma jew fiż-żona ġenitali (sindrome ta’ Stevens-Johnson), ħotob ħomor taħt il-ġilda li juġgħu; ħotob, bidliet fil-kulur tax-xagħar

    • marda li fiha s-sistema immunitarja tattakka l-glandoli li jipproduċu l-ilma fil-ġisem, bħalma huma d-dmugħ u l-bżiq (sindrome ta’ Sjogren)


    1. effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati fl-istudji kliniċi b’pembrolizumab flimkien ma’ axitinib jew lenvatinib:


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

      • infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina (żieda fil-frekwenza li biha tagħmel l- awrina u uġigħ meta tagħmel l-awrina)

      • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm

      • tnaqqis fl-attività tat-tirojde

      • tħossok inqas bil-ġuħ

      • uġigħ ta’ ras; bidla fis-sens tat-togħma

      • pressjoni għolja

      • qtugħ ta’ nifs; sogħla

      • dijarea; uġigħ fl-istonku; nawsja; rimettar; stitikezza

      • raxx fil-ġilda; ħakk

      • uġigħ fil-ġogi; uġigħ fil-muskoli u fl-għadam; uġigħ, weġgħat jew sensittività fil-muskoli; uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

      • tħossok għajjien; għejja jew dgħufija mhux tas-soltu; nefħa; deni

      • żieda fl-livelli tal-lipase, enzima li tkisser ix-xaħmijiet; żieda fil-livelli tal- enzimi tal-fwied fid-demm; riżulltat mhux normali tat-test tal-funzjoni tal- kliewi


        Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

      • infezzjoni fil-pulmun

      • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili, lewkoċiti, limfoċiti); tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (tbenġil jew joħroġ id-demm b’mod aktar faċli)

      • reazzjoni marbuta mal-infużjoni tal-mediċina

      • tnaqqis fis-sekrezzjoni tal-ormoni magħmula mill-glandoli adrenali; żieda fl- attività tal-glandola tat-tirojde; infjammazzjoni tat-tirojde

      • tnaqqis fis-sodium, fil-potassium jew fil-calcium fid-demm

      • tbati biex torqod

      • sturdament; nuqqas ta’ enerġija; infjammazzjoni tan-nervituri li tikkawża titrix, dgħufija, tingiż jew uġigħ jaħraq fl-idejn u s-saqajn

      • għajn xotta

      • ritmu ta’ taħbit tal-qalb mhux normali

      • infjammazzjoni tal-pulmun

      • infjammazzjoni tal-imsaren; infjammazzjoni tal-frixa; infjammazzjoni tal- istonku; ħalq xott

      • infjammazzjoni tal-fwied

      • raxx aħmar imqabbeż, xi drabi bl-infafet; infjammazzjoni fil-ġilda; ġilda xotta, bil-ħakk; problema fil-ġilda tixbaħ l-akne; jaqa’ x-xagħar

      • uġigħ fil-ġogi flimkien ma’ nefħa

      • infjammazzjoni fil-kliewi

      • mard jixbah l-influwenza; tkexkix ta’ bard

      • żieda fil-livell tal-amylase, enzima li tkisser il-lamtu; żieda fil-livelli tal-enzimi tal-fwied fid-demm; żieda fil-livelli ta’ enzima tal-fwied magħrufa bħala alkaline phosphatase fid-demm; żieda fil-calcium fid-demm


        Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

      • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod (eosinofili)

      • infjammazzjoni tal-glandola pitwitarja li tinsab fil-bażi tal-moħħ

      • dijabete tat-tip 1, inkluż ketoaċidożi tad-dijabete

      • kundizzjoni fejn il-muskoli jiddgħajfu u jgħajjew malajr; infjammazzjoni tal- moħħ, li tista’ tidher bħala konfużjoni, deni, problemi tal-memorja jew aċċessjonijiet (enċefalite)

      • infjammazzjoni fl-għajnejn; uġigħ fl-għajn, irritazzjoni, ħakk jew ħmura; sensittività skomda għad-dawl; tara dbabar tondi

      • infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb, li tista’ tidher bħala qtugħ ta’ nifs, taħbit irregolari tal-qalb, tħossok għajjien/a, jew uġigħ fis-sider; akkumulu ta’ fluwidu madwar il-qalb

      • infjammazzjoni tal-kanali tad-demm

      • selħa li tiżviluppa fl-inforra ta’ ġewwa tal-istonku jew fil-parti ta’ fuq tal- musrana ż-żgħira

      • injammazzjoni fil-ġilda; tkabbir fil-ġilda li jeħxien u xi drabi jkun bil-qoxra; rqajja’ li jitilfu l-kulur fil-ġilda; ħotob, boċċi jew selħiet żgħar fil-ġilda; bidliet fil-kulur tax-xagħar

      • infjammazzjoni tal-kisja madwar l-għerq li jgħaqqad il-muskolu ma’ għadma


        Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

      • toqba fil-musrana ż-żgħira

      • ħakk, infafet, taqxir jew feriti fil-ġilda, u/jew ulċeri fil-ħalq jew fil-kisja tal- imnieħer, tal-gerżuma jew fiż-żona ġenitali (nekrolisi tossika tal-epidermide jew sindrome ta’ Stevens-Johnson)

      • marda li fiha s-sistema immunitarja tattakka l-glandoli li jipproduċu l-ilma fil- ġisem, bħalma huma d-dmugħ u l-bżiq (sindrome ta’ Sjogren)

      • infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-urina, li tista’ tidher bħala urina frekwenti u/jew bl-uġigħ, urġenza biex tgħaddi l-urina, demm fl-urina, uġigħ jew pressjoni fin-naħa t’isfel tal-addome


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  2. Kif taħżen KEYTRUDA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

    Aħżen fil-kartuna oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Mill-aspett mikrobijoloġiku, ladarba jiġi dilwit, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Is- soluzzjoni dilwita m’għandhiex tiġi ffriżata. Jekk ma jintużax immedjatament, l-istabbiltà kimika u fiżika ta’ KEYTRUDA waqt l-użu ntweriet għal 96 siegħa f’temperatura minn 2°C sa 8°C. Din iż- żamma ta’ 96 siegħa tista’ tinkludi sa 6 sigħat f’temperatura tal-kamra (ta’ 25°C jew anqas). Jekk ikunu fil-friġġ, il-kunjetti u/jew il-boroż ta’ għoti fil-vini għandhom jitħallew jilħqu t-temperatura tal- kamra qabel ma jintużaw.


    Taħżinx xi parti mis-soluzzjoni tal-infużjoni li ma tkunx intużat biex terġa’ tintuża. Kull fdal tal- prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih KEYTRUDA

Is-sustanza attiva hija pembrolizumab.


Kunjett wieħed ta’ 4 mL fih 100 mg ta’ pembrolizumab. Kull mL ta’ konċentrat ikun fih 25 mg ta’ pembrolizumab.


Is-sustanzi l-oħra huma L-histidine, L-histidine hydrochloride monohydrate, sucrose, polysorbate 80 u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher KEYTRUDA u l-kontenut tal-pakkett

KEYTRUDA huwa soluzzjoni ċara sa ftit tkanġi, minn bla kulur sa kemxejn safra, pH 5.2 – 5.8. Huwa disponibbli f’kaxxi tal-kartun li fihom kunjett wieħed tal-ħġieġ.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39

2031 BN Haarlem L-Olanda


Manifattur

Schering-Plough Labo NV

image

Industriepark 30

B-2220 Heist-op-den-Berg Il-Belġju


image

Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39

2031 BN Haarlem L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel. + 370 5 278 02 47

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 5300

hungary_msd@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000

(+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: +30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_austria@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com

France

MSD France

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +40 21 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: +386 1 5204 201

msd.slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Italia

MSD Italia S.r.l.

Tel: 800 23 99 89 (+39 06 361911)

medicalinformation.it@msd.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: + 371 67364224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

image

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Preparazzjoni u amministrazzjoni tal-infużjoni


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.