Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Trevicta (previously Paliperidone Janssen)
paliperidone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


TREVICTA 175 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni TREVICTA 263 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni TREVICTA 350 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni TREVICTA 525 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni paliperidone


Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Jekk għandek kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għaliex huwa/hija jistgħu jkunu jridu jaġġustawlek id-doża tiegħek jew jissorveljawk għal xi żmien.


Minħabba li f’pazjenti li kienu qed jieħdu din il-mediċina dehru b’mod rari ħafna numri baxxi b’mod perikoluż ta’ ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm meħtieġa biex tiġġieled infezzjonijiet fid-demm tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-għadd ta’ ċelluli bojod fid-demm tiegħek.


Anke jekk inti qabel tkun ittollerajt paliperidone li jittieħed mill-ħalq jew risperidone, b’mod rari jseħħu reazzjonijiet allerġiċi wara li wieħed jirċievi injezzjonijiet ta’ TREVICTA. Fittex għajnuna medika minnufih jekk inti jkollok raxx, nefħa fil-gerżuma, ħakk jew problemi biex tieħu n-nifs minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja.


Din il-mediċina tista’ ġġiegħlek iżżid fil-piż. Żieda sinifikanti fil-piż tista’ tkun ta’ ħsara għal saħħek. It-tabib tiegħek għandu jkejjel il-piż tiegħek b’mod regolari.


Minħabba li f’pazjenti li kienu qed jieħdu din il-mediċina dehret id-dijabete mellitus jew taħrix ta’ dijabete mellitus li kienet hemm diġà, it-tabib tiegħek għandu jiċċekkja għal sinjali ta’ zokkor għoli fid-demm. F’pazjenti li diġà għandhom id-dijabete mellitus iz-zokkor fid-demm għandu jitkejjel b’mod regolari.


Minħabba li din il-mediċina tista’ tnaqqaslek l-impuls li tirremetti, hemm possibbiltà li tista’ tostor ir- reazzjoni normali tal-ġisem għall-inġestjoni ta’ sustanzi tossiċi jew kundizzjonijiet mediċi oħrajn.


Waqt operazzjoni fl-għajn għal-lenti li tittappan (katarretta), il-pupilla (iċ-ċirku iswed f’nofs għajnejk) tista’ ma tikbirx fid-daqs kif meħtieġ. Ukoll, il-ħabba (il-parti kkulurita tal-għajn) tista’ titħarrek waqt l-intervent kirurġiku u dan jista’ jwassal għal ħsara fl-għajn. Jekk qed tippjana li jkollok operazzjoni f’għajnejk, kun żgur li tgħarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu din il-mediċina.

Tfal u adoloxxenti

Tużax din il-mediċina fi tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena. Mhux magħruf jekk hijiex mingħajr periklu u effettiva f’dawn il-pazjenti.


Mediċini oħra u TREVICTA

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, dan l-aħħar ħadt jew stajt ħadt xi mediċini oħra.


Jekk inti tieħu din il-mediċina ma’ carbamazepine (mediċina kontra l-epilessija u li tistabbilizza l- burdata) tista’ tkun meħtieġa bidla fid-doża tiegħek ta’ din il-mediċina.


Minħabba li din il-mediċina taħdem primarjament fil-moħħ, l-użu ta’ mediċini oħrajn li jaħdmu fil- moħħ jista’ jikkawża esaġerazzjoni tal-effetti sekondarji bħal ngħas jew effetti oħrajn fuq il-moħħ bħal mediċini oħra psikjatriċi, opjojdi, antiistamini u mediċini tal-irqad.


Minħabba li din il-mediċina tista’ tbaxxi l-pressjoni tad-demm, għandu jkun hemm attenzjoni meta din il-mediċina tintuża ma’ mediċini oħrajn li jbaxxu l-pressjoni tad-demm.


Din il-mediċina tista’ tnaqqas l-effett ta’ mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson u s-sindrom ta’ nuqqas ta’ kwiet fir-riġlejn (eż., levodopa).


Din il-mediċina tista’ tikkawża anormalità fl-elettrokardjogramma (ECG) li turi ħin twil għal impuls elettriku sabiex jivvjaġġa matul ċerta parti tal-qalb (magħrufa bħala “titwil tal-QT”). Mediċini oħrajn li għandhom dan l-effett jinkludu xi mediċini li jintużaw biex jittrattaw ir-ritmu tal-qalb jew biex jittrattaw infezzjoni, u antipsikotiċi oħrajn.


Jekk inti għandek storja ta’ aċċessjonijiet, din il-mediċina tista’ żżidlek il-possibbiltà li jkollok minnhom. Mediċini oħrajn li għandhom dan l-effett jinkludu xi mediċini li jintużaw biex jitrattaw id- depressjoni jew biex jitrattaw infezzjoni, u antipsikotiċi oħrajn.


TREVICTA għandu jintuża b’kawtela ma’ mediċini li jżidu l-attività tas-sistema nervuża ċentrali (psikostimulanti bħal methylphenidate).


TREVICTA mal-alkoħol

L-alkoħol għandu jiġi evitat.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tuża din il-mediċina waqt it-

tqala sakemm ma ddiskutejtx dan mat-tabib tiegħek. Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-

twelid, ta’ ommijiet li użaw paliperidone fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, ebusija u/jew dgħufija tal-muskoli, ħedla tan-ngħas, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u

diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi fittex

għajnuna medika għat-tarbija tiegħek.


Din il-mediċina tista’ tgħaddi mill-omm għat-tarbija minn ġol-ħalib tas-sider u tista’ tagħmel ħsara lit- tarbija. Għaldaqstant, m’għandekx tredda’ meta tuża din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jistgħu jseħħu sturdament, għeja kbira u problemi fil-vista waqt it-trattament b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4). Dan għandu jkun ikkunsidrat f’każijiet fejn tkun meħtieġa viġilanza sħiħa, eż., meta ssuq

karozza jew tħaddem magni.


TREVICTA fih sodium

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, li tista’ tgħid huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

  1. Kif għandek tuża TREVICTA


    Din il-mediċina tingħata mit-tabib tiegħek jew minn professjonista ieħor fil-qasam tal-kura tas-saħħa. It-tabib tiegħek jgħidlek meta jkollok bżonn l-injezzjoni li jmiss. Huwa importanti li ma taqbiżx id- doża skedata tiegħek. Jekk ma tistax tmur għall-appuntament tiegħek għand it-tabib, kun żgur li ċċempillu minnufih sabiex jagħmillek appuntament ieħor mill-aktar fis possibbli.

    Inti se tirċievi injezzjoni ta’ TREVICTA fil-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fil-warrani darba kull 3 xhur. Skont is-sintomi tiegħek, it-tabib jista’ jżidlek jew inaqqaslek l-ammont ta’ mediċina li tirċievi fl-

    injezzjoni skedata li jmissek.


    Pazjentibiproblemifil-kliewi

    Jekk għandek problemi żgħar fil-kliewi t-tabib se jiddetermina d-doża xierqa ta’ TREVICTA abbażi tad-doża ta’ paliperidone palmitate ta’ kull xahar li jista’ jiġi injettat li inti kont qed tirċievi. Jekk inti għandek problemi moderati jew severi fil-kliewi din il-mediċina m’għandiex tintuża.


    Anzjani

    It-tabib tiegħek se jiddetermina d-doża tiegħek ta’ din il-mediċina jekk il-funzjoni tal-kliewi tiegħek tkun imnaqqsa.


    Jekk tingħata aktar TREVICTA milli teħtieġ

    Din il-mediċina tingħatalek taħt superviżjoni medika; għaldaqstant, huwa improbabbli li tingħata ż- żejjed.


    Pazjenti li jkunu ngħataw paliperidone żejjed jista’ jkollhom dawn is-sintomi li ġejjin:

    ngħas jew sedazzjoni, rata mgħaġġla tal-qalb, pressjoni baxxa tad-demm, elettrokardjogramma anormali (intraċċar elettriku tal-qalb), jew ċaqliq bil-mod jew anormali fil-wiċċ, fil-ġisem, fid-dirgħajn

    jew fir-riġlejn.


    Jekk tieqaf tuża TREVICTA

    Jekk tieqaf tirċievi l-injezzjonijiet tiegħek, is-sintomi tal-iskizofrenja tiegħek jistgħu imorro għall- agħar. Inti m’għandekx tieqaf tuża din il-mediċina sakemm ma jgħidlikx tagħmel dan it-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għid lit-tabib immedjatament jekk inti:

    • ikollok tagħqid tad-demm fil-vini, speċjalment fir-riġlejn (sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fir-riġel), li jistgħu jgħaddu mill-kanali tad-demm għal ġol-pulmun fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sintomi fittex minnufih l-għajnuna medika

    • għandek dimenzja u jkollok bidla f’daqqa fl-istat mentali tiegħek, jew dgħufija f’daqqa jew tnemnim f’wiċċek, f’dirgħajk jew f’riġlejk, speċjalment fuq naħa waħda, jew diskors li ma jinftiehemx, anke għal perjodu qasir ta’ żmien. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ puplesija.

    • ikollok deni, ebusija fil-muskoli, għaraq jew livell aktar baxx ta’ koxjenza (disturb imsejjaħ ‘Sindrom Newrolettiku Malinn’). Jista’ jkun hemm bżonn trattament mediku immedjat.

    • raġel u qed ikollok erezzjoni fit-tul jew bl-uġigħ. Dan jissejjaħ prijapiżmu. Jista’ jkun hemm bżonn trattament mediku immedjat.

    • ikollok movimenti tal-ilsien, ħalq jew wiċċ involontari u ritmiċi. Jista’ jkun hemm bżonn twaqqif ta’ paliperidone.

    • ikollok allerġija severa kkaratterizzata minn deni, nefħa fil-ħalq, fil-wiċċ, fix-xufftejn jew fl- ilsien, qtugħ ta’ nifs, ħakk, raxx fil-ġilda u xi kultant tnaqqis fil-pressjoni tad-demm (li huma ekwivalenti għal ‘reazzjoni anafilattika’). Anke jekk qabel inti ttollerajt risperidone li jittieħed mill-ħalq jew paliperidone li jittieħed mill-ħalq, b’mod rari jseħħu reazzjonijiet allerġiċi wara li wieħed jirċievi injezzjonijiet ta’ paliperidone.

    • qed tippjana li jkollok operazzjoni f’għajnejk, kun żgur li tgħarraf lit-tabib tal-għajnejn tiegħek li qed tieħu din il-mediċina. Waqt operazzjoni fl-għajn għal-lenti li tittappan (katarretta), il- ħabba (il-parti kkulurita tal-għajn) tista’ titħarrek waqt l-intervent kirurġiku (magħruf bħala “sindrom tal-ħabba li titħarrek” u dan jista’ jwassal għal ħsara fl-għajn.

    • inti konxju li għandek numru baxx b’mod perikoluż ta’ ċertu tip ta’ ċelluli tad-demm bojod meħtieġa biex jiġġieldu infezzjoni fid-demm tiegħek.


      L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu:


      Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

    • diffikultà biex torqod jew biex tibqa’ rieqed.


      Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

    • sintomi ta’ riħ, infezzjoni fl-apparat tal-awrina, tħossok qisek għandek l-influwenza

    • TREVICTA jista’ jżid il-livelli ta’ ormon imsejjaħ "prolactin" li jinstab b’test tad-demm (li jista’ jikkawża jew ma jikkawżax sintomi). Meta jseħħu sintomi ta’ prolactin għoli, dawn jistgħu jinkludu: (fl-irġiel) nefħa fis-sider, diffikultà biex tinkiseb jew tinżamm erezzjoni, jew funzjoni sesswali ħażina oħra; (fin-nisa) skumdità fis-sider, ħruġ ta’ ħalib mis-sider, menstrwazzjoni maqbuża, jew problemi oħra biċ-ċiklu tiegħek.

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm, żieda fil-piż, tnaqqis fil-piż, tnaqqis fl-aptit

    • irritabbilità, depressjoni, ansjetà

    • tħossok bla kwiet

    • parkinsoniżmu: Din il-kondizzjoni tista’ tinkludi ċaqliq bil-mod jew indebolit, sensazzjoni ta’ ebusija jew ġbid fil-muskoli (li jġegħluk tiċċaqlaq bl-iskossi), u xi kultant anke sensazzjoni li ċ- ċaqliq “jinġazza” imbagħad jerġa’ jibda’ mill-ġdid. Sinjali oħra ta’ Parkinsoniżmu huma mixi bil-mod u bit-tkaxkir, rogħda f’parti tal-ġisem meta ma tkunx qed tiċċaqlaq, żieda fil-bżieq u/jew fit-tlegħib, u telf ta’ espressjoni tal-wiċċ.

    • nuqqas ta’ kwiet

    • nuqqas ta’ kwiet, tħossok bi ngħas, jew inqas attent

    • distonja: Din hija kundizzjoni li tinvolvi ġbid involuntarju bil-mod jew sostnut tal-muskoli.

      Filwaqt li tista’ taffettwa kwalunkwe parti tal-ġisem (u tista’ twassal għal qagħda mhux normali), distonja ħafna drabi tinvolvi l-muskoli tal-wiċċ, inkluż ċaqliq mhux normali tal-

      għajnejn, tal-ħalq, tal-ilsien jew tax-xedaq.

    • sturdament

    • diskajneżja: Din hija kundizzjoni li tinvolvi ċaqliq involontarju tal-muskoli, u tista’ tinkludi ċaqliq ripetittiv, bl-iskossi, bi tkagħwiġ, jew għall-għarrieda

    • rogħda

    • uġigħ ta’ ras

    • rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb

    • pressjoni tad-demm għolja

    • sogħla, imnieħer imblukkat

    • uġigħ fl-addome, rimettar, nawsja, stitikezza, dijarea, indiġestjoni, uġigħ tas-snien

    • żieda fil-livelli tat-transaminases tal-fwied fid-demm tiegħek

    • uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-ġogi

    • telf tal-menstrwazzjoni, tnixxija ta’ ħalib mis-sider

    • deni, dgħufija, għeja kbira

    • reazzjoni fis-sit tal-injezzjonni, li tinkludi ħakk, uġigħ jew nefħa.

      Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

    • pulmonite, infezzjoni fis-sider (bronkite), infezzjoni tal-passaġġi tan-nifs, infezzjoni fis-sinus, infezzjoni fil-bużżieqa tal-awrina, infezzjoni fil-widnejn, tonsillite, infezzjoni bil-fungu fid- dwiefer, infezzjoni fil-ġilda

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm, tnaqqis fit-tip ta’ ċelluli bojod tad-demm li jgħinu biex jipproteġuk kontra infezzjoni, tnaqqis fil-plejtlits (ċelluli tad-demm li jgħinu biex id-demm ma jibqax ħiereġ), anemija

    • reazzjoni allerġika

    • dijabete jew dijabete li tmur għall-agħar, żieda fl-insulina (ormon li jikkontrolla l-livelli ta’ zokkor fid-demm) fid-demm tiegħek

    • żieda fl-aptit

    • telf ta’ aptit li jwassal għal dgħufija fiżika minħabba nuqqas ta’ ikel sustanzjuż u piż baxx tal- ġisem

    • livelli għolja ta’ trigliċeridi fid-demm (xaħam), żieda fil-kolesterol fid-demm tiegħek

    • disturb fl-irqad, burdata ta’ ferħ kbir (manija), tnaqqis fl-aptit sesswali, nervi, ħmar il-lejl

    • diskajneżja tardiva (ċaqliq għall-għarrieda jew bl-iskossi li inti ma tistax tikkontrolla f’wiċċek, f’ilsienek, jew f’partijiet oħra ta’ ġismek). Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss ċaqliq ritmiku u involontarju tal-ilsien, tal-ħalq u tal-wiċċ. Jista’ jkun li din il-mediċina jkollha titwaqqaf.

    • ħass ħażin, tħoss bżonn bla sabar li ċċaqlaq partijiet minn ġismek, sturdament meta tqum bilwieqfa, disturb fl-attenzjoni, problemi bit-taħdit, telf jew sens mhux normali tat-togħma, sensazzjoni mnaqqsa għall-uġigħ u l-ħass fil-ġilda, sensazzjoni ta’ tnemnim, tingiż jew titrix fil- ġilda

    • vista mċajpra, infezzjoni fl-għajn jew fil-membrana li tgħatti quddiem tal-għajn (pink eye), għajn xotta

    • sensazzjoni li kollox qed idur bik (vertigo), żarżir fil-widnejn, uġigħ fil-widnejn

    • interruzzjoni fit-trasmissjoni ta’ impulsi bejn il-partijiet ta’ fuq u t’isfel tal-qalb, trasmissjoni ta’ impulsi elettriċi mhux normali fil-qalb, titwil tal-intervall QT mill-qalb tiegħek, taħbit tal-qalb li jiżdied hekk kif tqum bilwieqfa, rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb, intraċċar elettriku mhux normali tal-qalb (elettrokardjogramma jew ECG), tħoss tferfir jew taħbit qawwi f’sidrek (palpitazzjonijiet)

    • pressjoni baxxa, pressjoni baxxa hekk kif tqum bilwieqfa (konsegwenza ta’ dan, xi persuni li jkunu qed jieħdu din il-mediċina jistgħu jħossuhom qisu se jagħtihom ħass ħażin, storduti, jew jistgħu jintilfu minn sensihom meta jqumu bilwieqfa jew iqumu bilqieda f’daqqa waħda)

    • qtugħ ta’ nifs, konġestjoni fil-passaġġi tat-teħid tan-nifs, tisfir, griżmejn juġgħu, tinfaġar mill- imnieħer

    • skumdità fl-addome, infezzjoni fl-istonku jew fil-musrana, diffikultà biex tibla’, ħalq xott, titfa’ ammont eċċessiv ta’ gass

    • żieda fil-livell ta’ GGT (enzima tal-fwied msejħa gamma-glutamyltransferase) fid-demm tiegħek, żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek

    • ħorriqija, ħakk, raxx, jaqa’ ix-xagħar, ekzema, ġilda xotta, ħmura fil-ġilda, akne

    • żieda fil-livell ta’ CPK (creatine phosphokinase) fid-demm tiegħek, enzima li xi drabi tintreħa minn diżintegrazzjoni tal-muskoli

    • inkontinenza (nuqqas ta’ kontroll) tal-awrina, tagħmel l-awrina b’mod frekwenti, uġigħ meta tagħmel l-awrina

    • impotenza, disturb fl-eġakulazzjoni, menstrwazzjoni maqbuża jew problemi oħra biċ-ċiklu tiegħek (nisa), żvilupp ta’ sider fl-irġiel, funzjoni sesswali ħażina, uġigħ fis-sider

    • nefħa fil-wiċċ, fil-ħalq, fl-għajnejn, jew fix-xofftejn, nefħa fil-ġisem, fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

    • żieda fit-temperatura tal-ġisem

    • bidla fil-mod kif timxi

    • uġigħ fis-sider, skumdità fis-sider, tħossok ma tiflaħx

    • ġilda tibbies

    • waqgħa.

      Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1 000

    • infezzjoni fl-għajn

    • infjammazzjoni fil-ġilda kkawżata minn dud irqiq parassitiku (mite), axxess taħt il-ġilda

    • żieda fl-eosinofili (tip ta’ ċellula tad-demm bajda) fid-demm tiegħek

    • tnixxija mhux f’lokha ta’ ormon li jikkontrolla l-volum tal-awrina

    • zokkor fl-awrina

    • kumplikazzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja minn dijabete mhux ikkontrollata

    • livell baxx ta’ zokkor fid-demm

    • xorb eċċessiv ta’ ilma

    • ma tiċċaqqlaqx jew ma tirrispondix waqt li tkun imqajjem/ma (katatonja)

    • konfużjoni

    • timxi waqt li tkun rieqed/a

    • nuqqas ta’ emozzjoni

    • ma jkunx jista’ jinkiseb orgażmu

    • sindrome newrolettiku malinn (konfużjoni, koxjenza mnaqqsa jew telf mis-sensi, deni għoli, u ebusija severa fil-muskoli), problemi fil-vażi tad-demm fil-moħħ, inkluż telf f’daqqa ta’ provvista tad-demm lejn il-moħħ (puplesija jew "puplesija żgħira"), ma tirrispondix għall- istimuli, telf mis-sensi, livell baxx ta’ koxjenza, konvulżjoni (aċċessjonijiet), disturb fil-bilanċ

    • koordinazzjoni anormali

    • glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-boċċa tal-għajn)

    • problemi biċ-ċaqliq ta’ għajnejk, tidwir tal-għajnejn, sensittività żejda tal-għajnejn għad-dawl, żieda fid-dmugħ, ħmura fl-għajnejn

    • fibrillazzjoni tal-atriju (ritmu mhux normali tal-qalb), qalb tħabbat b’mod irregolari

    • ikollok tagħqid tad-demm fil-vini speċjalment fir-riġlejn (sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-sieq). Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sintomi, fittex minnufih l-għajnuna medika

    • fwawar

    • probemi biex tieħu n-nifs waqt l-irqad (apnea tal-irqad)

    • konġestjoni fil-pulmuni

    • ħsejjes ta’ tifqigħ fil-pulmun

    • infjammazzjoni tal-frixa, ilsien minfuħ, inkontinenza tal-ippurgar, ippurgar iebes ħafna,

    • qsim fix-xuftejn

    • raxx fil-ġilda marbut mal-mediċina, ġilda teħxien, brija

    • nefħa fil-ġogi

    • ma tkunx tista’ tagħmel l-awrina

    • skumdità fis-sider, tkabbir tal-glandoli ġewwa sidrek, tkabbir tas-sider

    • tnixxija mill-vaġina

    • temperatura tal-ġisem baxxa ħafna, tkexkix ta’ bard, tħossok bil-għatx

    • sintomi ta’ waqfien ta’ mediċina li tivvizzja

    • akkumulazzjoni ta’ materja kkawżata minn infezzjoni fil-post tal-injezzjoni, infezzjoni fil-fond fil-ġilda, ċesta fil-post tal-injezzjoni, tbenġil fil-post tal-injezzjoni.


      Mhux magħrufa: ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli

    • numbru baxx b’mod perikoluż ta’ ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm meħtieġa biex tiġġieled infezzjoni fid-demm tiegħek

    • reazzjoni allerġika severa kkaratterizzata minn deni, nefħa fil-ħalq, fil-wiċċ, fix-xoffa jew fl- ilsien, qtugħ ta’ nifs, ħakk, raxx fil-ġilda u xi drabi tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

    • xorb eċċessiv perikoluż ħafna ta’ ilma

    • disturb fil-kwantità ta’ ikel li wieħed jiekol, marbut mal-irqad

    • koma minħabba dijabete mhux ikkontrollata

    • ras tirtogħod

    • tagħqid tad-demm fil-pulmuni li jikkawża uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk inti tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi fittex parir mediku immedjatament.

    • teħid tan-nifs mgħaġġel u qasir, pulmonite kkawżata minn ġbid tal-ikel man-nifs, disturb fil- vuċi

    • tnaqqis fl-ossiġnu f’partijiet ta’ ġismek (minħabba tnaqqis fil-provvista tad-demm)

    • sadda fl-imsaren, nuqqas ta’ moviment fil-musrana li jikkawża mblukkar

    • il-ġilda u l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra)

    • raxx sever jew ta’ periklu għall-ħajja bi nfafet u taqxir tal-ġilda li jista’ jibda fil-ħalq, fl- imnieħer, fl-għajnejn u fil-ġenitali jew madwarhom u jinfirex f’partijiet oħra tal-ġisem (sindrome ta’ Stevens-Johnson/nekroliżi tossika tal-epidermide)

    • reazzjoni allerġika serja b’nefħa li tista’ tinvolvi l-gerżuma u twassal għal diffikultà biex tieħu n-nifs

    • telf ta’ kulur tal-ġilda, qorriegħa jew ġilda bil-qxur u l-ħakk

    • qagħda mhux normali

    • trabi tat-twelid imwielda minn nisa li jkunu ħadu TREVICTA waqt it-tqala jista’ jkollhom effetti sekondarji tal-mediċina u jew sintomi ta’ waqfien ta’ mediċina li tivvizzja, bħal irritabbiltà, ġbid involuntarju bil-mod jew sostnut tal-muskoli, rogħda, ħedla tan-ngħas, problemi bit-teħid tan-nifs jew biex jinsqew

    • priapiżmu (erezzjoni tal-pene li tieħu fit-tul li tista’ tkun teħtieġ trattament b’operazzjoni)

    • tnaqqis fit-temperatura tal-ġisem

    • ċelluli tal-ġilda mejtin fil-post tal-injezzjoni, ulċera fil-post tal-injezzjoni.


    Rapportar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen TREVICTA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn l-ebda ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih TREVICTA

Is-sustanza attiva hija paliperidone.

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ TREVICTA 175 mg fiha 273 mg paliperidone palmitate. Kull siringa mimlija għal-lest ta’ TREVICTA 263 mg fiha 410 mg paliperidone palmitate.

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ TREVICTA 350 mg fiha 546 mg paliperidone palmitate.

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ TREVICTA 525 mg fiha 819 mg paliperidone palmitate.


L-ingredjenti l-oħra huma: Polysorbate 20

Polyethylene glycol 4000

Citric acid monohydrate

Sodium dihydrogen phosphate monohydrate Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher TREVICTA u l-kontenut tal-pakkett

TREVICTA hija suspensjoni minn bajda sa ofwajt li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest li t-tabib jew l-infermier tiegħek se jħawwad bis-saħħa biex jerġa’ jagħmliha suspensjoni qabel tingħata bħala injezzjoni.


Kull pakkett fih siringa 1 mimlija għal-lest u 2 labriet.


Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Manifattur

Janssen Pharmaceutica NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

Lietuva

UAB “JOHNSON & JOHNSON” Tel: +370 5 278 68 88


България

”Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.:+359 2 489 94 00

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tél/Tel: +32 14 64 94 11


Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel:+420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.:+36 1 884 2858


Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 4594 8282

Malta

AM MANGION LTD. Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111


Eesti

UAB “JOHNSON & JOHNSON” Eesti filiaal Tel.: +372 617 7410

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: +47 24 12 65 00


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 237 60 00

France

Janssen-Cilag

Tel: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00


Ísland

Janssen-Cilag AB C/o Vistor hf

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Johnson & Johnson, s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800.688.777 / +39 02 2510 1

Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Tηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00


Latvija

UAB “JOHNSON & JOHNSON” filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni li qegħda għal professjonisti fil-qasam mediku jew fil-qasam tal-kura tas-saħħa


image

L-informazzjoni li ġejja qegħda biss għal professjonisti fil-qasam mediku jew professjonisti fil- qasam tal-kura tas-saħħa u għandha tinqara mill-professjonist mediku jew fil-qasam tal-kura tas-saħħa flimkien mal-informazzjoni sħiħa dwar kif għandu jiġi preskritt (Sommarju tal- Karatterisitiċi tal-Prodott).


Agħti kull 3 xhur


Ħawwad is-siringa bis-saħħa għal mill-inqas 15-il sekonda


Biex jingħata b’injezzjoni ġol-muskoli biss. Tagħtix mill-ebda rotta oħra.


Importanti

Aqra l-istruzzjonijiet kollha qabel l-użu. TREVICTA jeħtieġ li tingħata attenzjoni lil dawn il-passi tal- Istruzzjonijiet dwar l-Użu li tgħin biex jiġi aċċertat għoti b’suċċess.

TREVICTA għandu jingħata minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa bħala injezzjoni waħda.

TAQSAMX id-doża f’ħafna injezzjonijiet.

TREVICTA qiegħed biex jintuża biss fil-muskoli. Injetta bil-mod, fil-fond ġol-muskolu filwaqt li toqgħod attent li tevita li tagħti l-injezzjoni ġo arterja jew vina.


Għoti tad-doża

TREVICTA għandu jingħata darba kull 3 xhur.


Preparazzjoni

Qaxxar it-tikketta ta’ identifikazzjoni minn mas-siringa u poġġiha fir-rekords tal-pazjent.

TREVICTA jeħtieġ li titħawwad għal iktar fit-tul u iktar bis-saħħa minn paliperidone palmitate ta’ kull xahar li jista’ jiġi injettat. Ħawwad is-siringa bis-saħħa, bit-tarf tas-siringa iħares ’il fuq, għal

mill-inqas 15-il sekonda fil-5 minuti ta’ qabel l-għoti (ara Pass 2).


L-Għażla tal-Labar ta’ Sigurtà Magħmula minn Materjal Irqiq

Labar ta’ Sigurtà Magħmula minn Materjal Irqiq (TW - thin wall) huma ddisinjati biex jintużaw ma’ TREVICTA. Huwa importanti li tuża biss il-labar provduti fil-pakkett ta’ TREVICTA.

Kontenut tai-Pakkett tad-Doia


Prefilled Syringe


image

image

Thin Wall Safety Needles


Syringe Tip ink hub

Rubber Cap Luer

Connection


Safety

Mechanism


Yellow hub

22Gx1V2 "


Plunger Rod


image

1 Agħżel labra


image

L-għażla tal-labra hija determinata mill-post tal-injezzjoni u l-piż tal-pazjent.


Jekk se tagħti injezzjoni fid-Deltoid

image

Jekk il-pazjent jiżen:

Inqas minn 90 kg

l-aċċessorju r-roża

image


90 kg jew aktar

image

l-aċċessorju l-isfar

Jekk se tagħti injezzjoni Gluteali

image

Irrispettivament mill-piż tal-pazjent:

image

l-aċċessorju l-isfar

image


Immedjatament armi l-labra li ma ntużatx fil-kontenitur approvat għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta. Iżżomhiex biex tużaha aktar ’il quddiem.

image

2 Ipprepara għall-injezzjoni


image

ĦAWWAD BIS-SAĦĦA għal mill- inqas 15-il sekonda

Bit-tarf tas-siringa jħares ’il fuq,

ĦAWWAD BIS-SAĦĦA b’polz

merħi għal mill-inqas 15-il sekonda biex tkun ċert li għandek suspensjoni omoġena.

NOTA: Din il-mediċina teħtieġ li titħawwad għal iktar fit-tul u b’aktar

saħħa minn paliperidone palmitate ta’ kull xahar li jista’ jiġi injettat.


Għaddi għall-pass li jmiss immedjatament wara li tħawwadha. Jekk jgħaddu aktar minn 5minuti qabel l-injezzjoni, ħawwad bis- saħħa, bit-tarf tas-siringa jerġa’ jħares ’il fuq, għal mill-anqas

15-il sekonda biex tissospendi l- mediċina mill-ġdid.

Iċċekkja s-suspensjoni

image

Wara li tħawwad is-siringa għal mill-anqas 15-il sekonda, iċċekkja d-dehra tas-suspensjoni mit-tieqa li tara minnha.

Is-suspensjoni għandha tidher kollha l-istess u ta’ lewn abjad qisha ħalib. Huwa normali wkoll li tara bżieżaq żgħar tal-arja.


Iftaħ il-pakkett tal-labra u neħħi t-tapp

image

L-ewwel, iftaħ il-pakkett tal-labra billi tqaxxar il-kisja san-nofs. Poġġih fuq wiċċ nadif. Imbagħad, filwaqt li żżomm is-siringa wieqfa, dawwar u iġbed it-tapp tas-siringa biex tneħħiħ.


Aqbad il-pakkett tas-siringa

image

Itwi l-kisja tal-labra u t-tilar tal-plastik lura. Imbagħad, b’mod sod aqbad l-għatu tal-labra minn ġol- pakkett, kif muri.

Waħħal il-labra

image

Bl-id l-oħra, żomm is-siringa mill-post luer u waħħalha mal-labra ta’ sigurtà billi ddawwar bil-mod b’moviment lejn il-lemin.

Tneħħix il-pakkett sakemm is-siringa u l-labra jkunu mwaħħlin sew.


Neħħi l-għatu tal-labra

image

Iġbed l-għatu minn mal-labra b’moviment dritt.

Iddawwarx l-għatu, minhabba li dan jista’ jħoll il-labra minn mas-siringa.


Neħħi l-bżieżaq tal-arja

image

Żomm is-siringa wieqfa u tektek fuqha bil-mod biex iġġiegħel il-bżieżaq tal-arja jitilgħu ’il fuq. Bil-mod u b’attenzjoni imbotta l-virga tal-planġer ’l fuq biex tneħħi l-arja.

  1. Injetta


    image

    Injetta d-doża

    image

    Bil-mod injetta l-kontenut kollu tas-siringa ġol-muskolu, fil-fond fil-muskolu magħżul tad-deltojd jew gluteali.

    Tagħtix mill-ebda rotta oħra.


  2. Wara l-injezzjoni


image

Neħħi l-periklu tal-labra

image

Wara li titlesta l-injezzjoni, uża s-saba’ l-kbir jew wiċċ ċatt biex tneħħi l-periklu tal-labra billi tagħlaqha permezz tal-mekkaniżmu ta’ sigurtà. Il-labra ma tibqax perikoluża meta jistema l-ħoss ta’ “klikk”.

Armi kif suppost

image


image

Armi s-siringa u l-labra mhux użata fil-kontenitur approvat għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta.


Il-labar ta’ sigurtà magħmula minn materjal irqiq huma ddisinjati speċifikament biex jintużaw ma’ TREVICTA. Labar mhux użati għandhom jintremew u m’għandhomx jinżammu biex jintużaw aktar ’il quddiem.