Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Revinty Ellipta
fluticasone furoate, vilanterol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Revinty Ellipta 92 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel Revinty Ellipta 184 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel


Fluticasone furoate/vilanterol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


- Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

- agonisti beta2-adrenerġiċi li jaħdmu fit-tul, bħal salmeterol


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini. . It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jimmonitorjak sew jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini peress li dawn jistgħu jżidu l-effetti sekondarji ta’ Revinty Ellipta.


Tqala u treddigħ


Jekk inti tqila jew qed tredda', taħseb li tista' tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina. Tużax din il-mediċina jekk inti tqila sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li tista'.

Mhux magħruf jekk l-ingredjenti ta' din il-mediċina jistgħux jgħaddu ġol-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda',

għandek tivverifika mat-tabib tiegħek qabel tuża Revinty Ellipta. Tużax din il-mediċina jekk qed tredda sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li tista'.


Jekk qiegħda tredda’, iċċekkja mat-tabib tiegħek qabel tuża Revinty Ellipta.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina mhijiex probabbli li taffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


Revinty Ellipta fih il-lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, jew għall-proteini tal-ħalib, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina.


  1. Kif għandek tuża Revinty Ellipta


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Kemm għandek tuża Ażżma

    Id-doża rakkomandata għall-kura tal-ażżma hija inalazzjoni waħda (92 mikrogramma ta’ fluticasone

    furoate u 22 mikrogramma ta’ vilanterol) darba kuljum fl-istess ħin kull ġurnata.


    Jekk għandek ażżma qawwija, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li għandek tuża inalazzjoni waħda tal-inalatur bil-qawwa ogħla (184 mikrogramma fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta’ vilanterol). Din id-doża tintuża wkoll darba kuljum fl-istess ħin kull ġurnata.


    COPD

    Id-doża rakkomandata għall-kura ta’ COPD hija inalazzjoni waħda (92 mikrogramma ta’ fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta’ vilanterol) darba kuljum fl-istess ħin kull ġurnata.

    Il-qawwa aktar għolja ta’ Revinty Ellipta(184 mikrogrammi fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta' vilanterol) mhijiex adatta għall-kura ta’ COPD.


    Revinty Ellipta huwa għall-użu fin-nifs.


    Uża Revinty Ellipta fl-istess ħin kuljum peress li huwa effettiv fuq 24 siegħa

    Huwa importanti ħafna li tuża din il-mediċina kuljum, kif jgħidlek it-tabib. Dan jgħinek biex tibqa’ ħieles mis-sintomi matul il-ġurnata u billejl.


    Revinty Ellipta m’għandux jintuża biex itaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk jagħtik dan it-tip ta’ attakk, inti għandek tuża inalatur li jaħdem malajr (bħal salbutamol).


    Jekk tħoss li qiegħed taqta’ nifsek jew tħarħar aktar min-normal, jew jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar mis-soltu, kellem lit-tabib tiegħek.


    Kif tuża Revinty Ellipta

    Ara l-‘Istruzzjonijiet pass pass’ wara sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett għal informazzjoni sħiħa.


    Revinty Ellipta qiegħed biex jinġibed man-nifs. M’għandekx għalfejn tipprepara Revinty Ellipta b’xi mod speċjali, lanqas l-ewwel darba li tużah.


    Jekk is-sintomi tiegħek ma jitjibux

    Jekk is-sintomi tiegħek (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jitjibux jew imorru għall-agħar, jew jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar ta’ spiss

    ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.


    Jekk tuża Revinty Ellipta aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tuża aktar Revinty Ellipta milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Tista’ tinnota li qalbek qiegħda tħabbat aktar mgħaġġel mis-soltu, tħossok instabbli jew ikollok uġigħ ta’ ras.


    Jekk użajt aktar milli suppost għal perjodu twil taż-żmien, huwa importanti ħafna li titlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dan minħabba li dożi akbar ta’ Revinty Ellipta jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ ormoni steroji li ġismek jipproduċi b’mod naturali.


    Jekk tinsa tuża Revinty Ellipta

    M’għandekx tiġbed man-nifs doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.


    Jekk ikollok it-tħarħir jew taqta’ nifsek, jew tiżviluppa xi sintomi oħra ta’ attakk tal-ażżma, uża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr (eż. salbutamol), imbagħad fittex parir mediku.


    Tiqafx tuża Revinty Ellipta mingħajr parir

    Uża din il-mediċina għal kemm jirrakkomandalek it-tabib tiegħek. Hija se tkun effettiva biss sakemm tużaha. Tiqafx tużaha sakemm it-tabib ma jagħtikx parir biex tagħmel dan, anki jekk tħossok aħjar.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjonijiet allerġiċi


    Reazzjonijiet allerġiċi huma rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn 1,000

    Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi wara li tieħu Revinty Ellipta ieqaf ħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

    • raxx tal-ġilda (ħorriqija) jew ħmura

    • nefħa, xi kultant tal-wiċċ jew tal-ħalq (anġjoedema)

    • issir tħarħar ħafna, tisgħol jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

    • tħossok dgħajjef/dgħajfa f’daqqa jew stordut/a (u dan jista’ jwassal għal kollass jew li tintilef minn sensik)


      Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs


      Id-diffikultajiet immedjati tan-nifs wara l-użu ta’ Revinty Ellipta huma rari.

      Jekk it-teħid tan-nifs jew it-tħarħir tiegħek imorru għall-agħar immedjatament wara li tuża din il-mediċina,

      tkomplix tużaha u fittex għajnuna medika immedjatament.


      Infezzjoni fil-pulmuni (effett sekondarji komuni), jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn 1,0)

      Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi waħda minn dawn waqt li tkun qed tieħu Revinty Ellipta – dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni fil-pulmun:

      • deni jew bard

      • żieda fil-produzzjoni ta’ mukus, tibdil fil-kulur tal-mukus

      • żieda fis-sogħla jew diffikultajiet akbar biex tieħu n-nifs Effetti sekondarji oħra jinkludu:

        Effetti sekondarji komuni ħafna

        Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’kull 10 persuni:

      • uġigħ ta’ ras

      • riħ komuni


        Effetti sekondarji komuni

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni:

        • ferita, irqajja’ mqabbża fil-ħalq jew fil-gerżuma kkawżati minn infezzjoni fungali (kandidjasi). Li tlaħlaħ ħalqek bl-ilma immedjatament wara li tuża Revinty Ellipta jista’ jgħin biex twaqqaf dan l- effett sekondarju milli jiżviluppa

        • infjammazzjoni fil-pulmuni (bronkite)

        • infezzjoni fis-sinusijiet tal-imnieħer jew fil-gerżuma

        • influwenza

        • uġigħ u irritazzjoni fuq wara tal-ħalq u fil-gerżuma

        • infjammazzjoni fis-sinusijiet

        • imnieħer jieklok, inixxi jew imblukkat

        • sogħla

        • disturbi fil-leħen

        • dgħufija tal-għadam, li twassal għal ksur

        • uġigħ fl-istonku

        • uġigħ fid-dahar

        • temperatura għolja (deni)

        • uġigħ fil-ġogi

        • spażmi tal-muskoli

          Effetti sekondarju mhux komuni

          Dan jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna:

        • taħbita tal-qalb irregolari

        • vista mċajpra

        • żieda fiz-zokkor fid-demm (ipergliċemija)


    Effetti sekondarji rari

    Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000:

    • qalb tħabbat aktar malajr (takikardija)

    • għarfien dwar it-taħbit tal-qalb (palpitazzjonijiet)

    • rogħda

    • ansjetà


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’AppendiċiV . Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Revinty Ellipta


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.


    Żomm l-inalatur ġewwa t-trej issiġillat biex tipproteġi mill-umdità u neħħi biss immedjatament qabel l- ewwel użu. Ladarba tiftaħ it-trej, l-inalatur jista’ jintuża sa 6 ġimgħat mid-data tal-ftuħ tat-trej. Ikteb id-data li fiha l-inalatur għandu jintrema fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tiġi miżjuda malli l- inalatur jitneħħa mit-trej.


    Jekk ikun maħżun fi friġġ, ħalli l-inalatur jiġi lura għat-temperatura tal-kamra għal mill-anqas siegħa

    qabel l-użu.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Revinty Ellipta

    • Is-sustanzi attivi huma fluticasone furoate u vilanterol.

    • - Għad-doża ta' 92 / 22mcg: kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ

      mill-biċċa tal-ħalq) ta’ 92 mikrogramma ta’ fluticasone furoate u 22 micrograms ta’ vilanterol (bħala trifenatate).

    • Għad-doża 184/22: kull inalazzjoni waħda tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal- ħalq) ta '184 mikrogrammi ta' fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta 'vilanterol (bħala trifenatate).

    • Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate(Ara t-taqsima 2) u magnesium stearate.

Kif jidher Revinty Ellipta u l-kontenut tal-pakkett

Revinty Ellipta huwa trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel.


L-inalatur ta’ Ellipta huwa inalatur griż ċar b’għatu isfar tal-biċċa tal-ħalq u counter tad-dożi. Jiġi ppakkjat fi trej tal-laminat tal-fojl b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa. It-trej fih qartas b’dessikant, sabiex inaqqas l-umdità fil-pakkett. Malli tiftaħ l-għatu tat-trej, armi d-dessikant – m’għandekx tieklu jew tiġbdu man-nifs. L-inalatur m’għandux għalfejn jinħażen fit-trej tal-laminat tal-fojl wara li jinfetaħ.


L-inalatur fih żewġ strixxi ta’ laminat tal-fojl tal-aluminju ta’ 14 jew ta’ 30 doża. Il-pakketti multipli fihom 3 Inalaturi ta’ 30 doża kull wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


GlaxoSmithKline (Ireland) Limited 12 Riverwalk

Citywest Business Campus

Dublin 24 L-Irlanda


Manifattur:


Glaxo Wellcome Production Zone Industrielle No.2,

23 Rue Lavoisier,

27000 Evreux, Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Lietuva

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI BALTIC” Tel: +370 52 691 947

lt@berlin-chemie.com


България

“Берлин-Хеми/А. Менарини България” EООД Teл.: +359 2 454 0950

bcsofia@berlin-chemie.com

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

Tel.: +36 23501301

bc-hu@berlin-chemie.com


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: +356 80065004


Deutschland

BERLIN-CHEMIE AG Tel: +49 (0) 30 67070

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0) 33 2081100


Eesti

OÜ Berlin-Chemie Menarini Eesti

Norge

GlaxoSmithKline AS

Tel: +372 667 5001

ee@berlin-chemie.com

Ελλάδα

Guidotti Hellas A.E.

Τηλ: + 30 210 8316111-13

Tlf: + 47 22 70 20 00


Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España

FAES FARMA, S.A. Tel: + 34 900 460 153

aweber@faes.es

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

MENARINI France

Tél: + 33 (0)1 45 60 77 20


Hrvatska

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Tel: +385 1 4821 361

office-croatia@berlin-chemie.com

Portugal

BIAL, Portela & Ca. SA. Tel: + 351 22 986 61 00

info@bial.com


România

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: +40 800672524


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 01 300 2160

slovenia@berlin-chemie.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Slovakia s.r.o.

Tel: +421 2 544 30 730

slovakia@berlin-chemie.com


Italia

  1. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l. Tel: +39-055 56801

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30


Κύπρος

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Τηλ: +357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic Tel: +371 67103210

lv@berlin-chemie.com

United Kingdom (Northern Ireland) GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>

.

Istruzzjonijiet pass wara pass


X’inhu l-inalatur ta’ Ellipta?

L-ewwel darba li tuża l-inalatur ta’ Ellipta m’għandekx għalfejn tiċċekkja li qiegħed jaħdem sewwa, u m’għandekx għalfejn tippreparah għall-użu b’xi mod speċjali. Segwi biss dawn l-istruzzjonijiet pass pass.

L-inalatur huwa ppakkjat fi trej li fih qartas b’dessikant, sabiex inaqqas l-umdità. Armi dan id-dessikant – m’għandekx tieklu jew tiġbdu man-nifs.


Meta toħroġ l-inalatur mit-trej tiegħu, dan se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluq’. Tiftħux sakemm tkun lest biex tiġbed doża tal-mediċina. Meta tiftaħ it-trej, ikteb id-data “Armi sa” fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija 6 ġimgħat mid-data li fiha tkun ftaħt it-trej. Wara din id-data l-inalatur ma għandux jintuża iżjed. It-trej jista’ jintrema wara l-ewwel ftuħ.


image

Il-kartuna tal-inalatur Revinty Ellipta tiegħek fiha


Għatu tat- trej


Inalatur


Kaxxa

tal-kartun


Dan il-fuljett


Dessikant


Trej


L-inalatur huwa ppakkjat f'trej. Tiftaħx it-trej sakemm tkun lest biex tibda tuża l-inalatur il-ġdid tiegħek. Meta tkun lest biex tuża l-inalatur tiegħek, qaċċa l-għatu biex tiftaħ it-trej. It-trej fih qartas ta' dessikanti, biex tnaqqas l-umdità. Armi dan id-dessikant,- tiftħux, tieklux u tiġbdux man-nifs.

image


Meta tieħu l-inalatur mill-trej tiegħu, ikun fil-pożizzjoni "magħluqa". Tiftaħx l-inalatur sakemm tkun lest biex tieħu n-nifs doża tal-mediċina. Meta jinfetaħ it-trej, ikteb id-data "Armi sa" fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data "Armi sa" hija ta' 6 ġimgħat mid-data li tkun ftaħt it-trej. Wara din id-data l- inalatur m'għandux jibqa' jintuża. It-trej jista' jintrema wara l-ewwel ftuħ.


L-istruzzjonijiet pass pass murija hawn taħt għall-inalatur Ellipta ta '30 doża (provvista ta' 30 ġurnata) japplikaw ukoll għad-doża Ellipta inalatur ta' 14-il darba (provvista ta' 14-il ġurnata).


  1. Aqra dan qabel tibda


    Jekk tiftaħ u tagħlaq l-għatu mingħajr ma tiġbed man-nifs il-mediċina, titlef id-doża.

    Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli.

    Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

    image


  2. Ipprepara doża


    Stenna biex tiftaħ l-għatu sakemm tkun lest biex tiġbed id-doża tiegħek man-nifs. Tħawwadx l- inalatur.

    • Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm tisma’ “klikk”.


      image

      Il-mediċina tiegħek issa hija lesta biex tinġibed man-nifs. Il-counter tad-dożi jnaqqas b’1 biex tikkonferma.


      • Jekk il-counter tad-dożi ma jnaqqasx b’1 malli tisma’ l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtikx il-mediċina.

      Ħudu lura għand l-ispiżjar għal parir.


  3. Iġbed il-mediċina


    • Waqt li żżomm l-inalatur ’il bogħod minn ħalqek, ħu nifs ’il barra sakemm huwa komdu.

      Tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.

      • Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk, u agħlaq sod xofftejk b’mod madwarha.

        image

        Timblukkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk.


      • Ħu nifs twil u sod fil-fond ’il ġewwa. Żomm dan in-nifs kemm tista’ (għallinqas 3-4 sekondi).


      • Neħħi l-inalatur minn ħalqek.


      • Ħu nifs ’il barra bil-mod u b’ġentilezza.


      Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tuża l-inalatur sewwa.


  4. Agħlaq l-inalatur u laħlaħ ħalqek


    Jekk trid tnaddaf il-biċċa tal-ħalq, uża tissue niexfa, qabel ma tagħlaq l-għatu.


    • Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tagħlaq il-biċċa tal-ħalq.


      image


    • Laħlaħ ħalqek bl-ilma wara li tuża l-inalatur.

Dan inaqqas il-probabbiltà li tiżviluppa mard tal-ħalq jew tal-gerżuma bħala effetti sekondarji.