Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bexsero
meningococcal group B Vaccine (rDNA, component, adsorbed)

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-utent


Bexsero suspensjoni għall-injezzjoni f'siringa mimlija għal-lest

Tilqima Meningokokkali ta' grupp B (rDNA, komponent, adsorbit)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Effetti sekondarji li ġew irrappurtati matul l-użu wara t-tqegħid fis-suq jinkludu:

Glandoli limfatiċi kbar.

Reazzjonijiet allerġiċi li jistgħu jinkludu nefħa severa tax-xufftejn, ħalq, gerżuma (li tista’ tikkawża diffikultà biex tibla’), diffikultà biex tieħu n-nifs bi tħarħir jew sogħla, raxx, tintilef minn sensik u pressjoni tad-demm baxxa ħafna.

Kollass (il-muskolu jitpaħpaħ f’daqqa), inqas risponsiv mis-soltu jew nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni, u pallidità jew telf tal-kulur tal-ġilda li jagħti fl-ikħal fit-tfal żgħar .

Ikun se jħossok ħażin jew fil-fatt iħossok ħażin.

Raxx tal-ġilda (adolexxenti minn 11-il sena u adulti). Deni (adolexxenti minn 11-il sena u adulti).

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni bħal nefħa estensiva tar-riġel/tad-driegħ ivvaċċinat, infafet fi jew

madwar is-sit tal-injezzjoni u għoqda iebsa fis-sit tal-injezzjoni (li jistgħu jdumu għal aktar minn xahar).

Ebusija tal-għonq jew sensittività skomda għad-dawl (fotofobija), li jindikaw irritazzjoni meninġeali,

ġew irrapportati sporadikament ftit wara t-tilqima, dawn is-sintomi kienu ta’ natura ħafifa u tranżitorja.


Rappurtar tal-effetti sekondarji


Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’AppendiċiV. Billi tirrapporta

l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen BEXSERO


    Żomm din it-tilqima fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din it-tilqima wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2C – 8C). Tagħmlux fil-friża. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih Bexsero

Doża waħda (0.5 ml) fiha: Sustanzi attivi:

Proteina ta' fużjoni NHBA rikombinanti ta' Neisseria meningitidis grupp B 1, 2, 3 50 mikrogramma Proteina NadA rikombinanti ta' Neisseria meningitidis grupp B 1, 2, 3 50 mikrogramma Proteina ta' fużjoni fHbp rikombinanti ta' Neisseria meningitidis grupp B 1, 2, 3 50 mikrogramma

Vexxikuli tal-membrana ta' barra (OMV) minn Neisseria meningitidis grupp B razza NZ98/254 imkejla bħala ammont tal-proteina totali li fiha l-PorA P1.4 2

25 mikrogramma


  1. prodott f'ċelluli E. coli permezz ta' teknoloġija ta' DNA rikombinanti

  2. adsorbit fuq aluminium hydroxide (0.5 mg Al3+)

  3. NHBA (Neisserial Heparin Binding Antigen), NadA (Neisseria adhesin A), fHbp (factor H binding protein)


Is-sustanzi l-oħra huma:

Sodium chloride, histidine, sucrose u ilma għall-injezzjonijiet (ara sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni fuq sodium u latex).


Kif jidher Bexsero u l-kontenut tal-pakkett


Bexsero hu suspensjoni f'siringa mimlija għal-lest (ħġieġ ta' Tip I) b'tapp planġer (lastku tal-bromobutyl ta' Tip I) u b'għatu protettiv tat-tarf (lastku ta' Tip I jew Tip II) bi jew mingħajr labar.


Daqsijiet tal-pakkett ta' 1 jew 10 siringi.

Is-suspensjoni hi likwidu opalexxenti abjad.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


GSK Vaccines S.r.l. Via Fiorentina 1

53100 Siena

L-Italja.


Manifattur:


GSK Vaccines S.r.l. Bellaria-Rosia

53018 Sovicille (Siena)

L-Italja.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals SA/NV Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Lietuva

GSK Vaccines S.r.l. Tel: +370 80000334


България

GSK Vaccines S.r.l. Тел. +359 80018205

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals SA/NV Tél/Tel: + 32 10 85 52 00


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 2 22 00 11 11

cz.info@gsk.com

Magyarország GSK Vaccines S.r.l. Tel.: +36 80088309


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

GSK Vaccines S.r.l. Tel: +356 80065004


Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel: +49 (0)89 36044 8701

de.impfservice@gsk.com

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)33 2081100


Eesti

GSK Vaccines S.r.l. Tel: +372 8002640

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00

Ελλάδα

GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E Tηλ: + 30 210 68 82 100

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 900 202 700

es-ci@gsk.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (22) 576 9000


France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél: + 33 (0) 1 39 17 84 44

diam@gsk.com

Portugal

GlaxoSmithKline - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com


Hrvatska

GSK Vaccines S.r.l. Tel.: +385 800787089

România

GSK Vaccines S.r.l. Tel: +40 800672524


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Ltd Tel: + 353 (0)1 495 5000

Slovenija

GSK Vaccines S.r.l. Tel: +386 80688869


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika GSK Vaccines S.r.l. Tel.: +421 800500589


Italia

GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: +39 (0)45 7741 111

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 10 30 30 30


Κύπρος

GSK Vaccines S.r.l. Τηλ: +357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

GSK Vaccines S.r.l. Tel: +371 80205045

United Kingdom (Northern Ireland) GSK Vaccines S.r.l.

Tel: +44(0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {MM/YYYY}


image


image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Meta s-suspensjoni tinħażen, jista' jiġi osservat depożitu fin ta' lewn abjad jagħti fil-griż fis-siringa mimlija għal-lest li jkun fiha s-suspensjoni.


Qabel l-użu, is-siringa mimlija għal-lest għandha titħawwad sew biex tifforma suspensjoni omoġenja.

It-tilqima għandha tiġi eżaminata viżwalment għal xi frak jew tibdil fil-kulur qabel ma tingħata. F'każ li jiġi osservat kwalunkwe frak u/jew tibdil fl-aspett fiżiku, tagħtix it-tilqima. Jekk jiġu pprovduti żewġ labriet ta’ tulijiet differenti fil-pakkett, agħżel il-labra adattata biex tiżgura għoti ġol-muskoli.


Tagħmlux fil-friża.

Bexsero ma jridx jitħallat ma' tilqim ieħor fl-istess siringa.


Jekk ikun hemm bżonn ta' għoti fl-istess ħin ta' tilqim ieħor, it-tilqim irid jingħata f'siti separati tal-injezzjoni.


Irid ikun hemm kawtela biex jiġi żgurat li t-tilqima tingħata ġol-muskoli biss.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.