Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Afinitor
everolimus

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Afinitor 2.5 mg pilloli Afinitor 5 mg pilloli Afinitor 10 mg pilloli everolimus


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Afinitor u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Afinitor

  3. Kif għandek tieħu Afinitor

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Afinitor

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Afinitor u għalxiex jintuża


    Afinitor huwa mediċina kontra l-kanċer li fih is-sustanza attiva everolimus. Everolimus inaqqas

    l-ammont ta’ demm li jgħaddi fit-tumur u jnaqqas ir-rata li biha ċ-ċelluli tal-kanċer jikbru u jinfirxu.


    Afinitor jintuża biex jittratta pazjenti adulti b’:

    • kanċer tas-sider avvanzat bl-ormonu tar-riċettur pożittiv f’nisa li qabżu l-menopawża, li għalihom kurii oħrajn (hekk imsejħa “inibituri tal-aromatasi mhux sterojdali”) m’għadhomx jikkontrollaw il-marda. Jingħata flimkien ma’ tip ta’ mediċina msejħa exemestane, inibitur tal-aromatasi sterojdali, li tintuża f’terapija ormonali kontra l-kanċer.

    • tumuri avanzati msejħa tumuri newroendokriniċi li jibdew mill-istonku, mill-imsaren, mill- pulmun jew mill-frixa. Jingħata jekk it-tumuri huma inoperabbli u ma jipproduċux b’mod eċċessiv ormoni speċifiċi jew sustanzi naturali oħrajn relatati.

    • kanċer avanzat tal-kilwa (kanċer avanzata taċ-ċellula tal-kilwa), fejn kuri oħra (hekk imsejħa “VEGE-targeted therapy”) m’għenux biex titwaqqaf il-marda tiegħek.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Afinitor


    Afinitor għalik jiġi preskritt biss minn tabib li għandu esperjenza fil-kura tal-kanċer. Segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet kollha tat-tabib. Huma jistgħu ma jaqblux mal-informazzjoni ġenerali li hawn f’dan il-fuljett. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar Afinitor jew inkella dwar għala ngħatalek, staqsi lit-tabib tiegħek.


    Tiħux Afinitor

    • jekk inti allerġiku għal everolimus, għal sustanzi relatati miegħu bħal sirolimus jew temsirolimus, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

      Jekk inti taħseb li tista’ tkun allerġiku/a, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Afinitor:

    • jekk inti għandek xi problemi bil-fwied jew jekk inti qatt kellek xi marda li setgħet affettwatlek il-fwied. Jekk dan huwa l-każ, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jippreskrivi doża differenti ta’ Afinitor.

    • jekk inti għandek id-dijabete (livell għoli ta’ zokkor fid-demm tiegħek). Afinitor jista’ jżid

      il-livelli taz-zokkor fid-demm u jiggrava d-dijabete mellitus. Dan jista’jwassal li jkollok bżonn ta’ insulina u/jew ta’ terapija b'mezzi oħra kontra d-dijabete. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed ikollok għatx esaġerat jew jekk qed tgħaddi awrina aktar spiss.

    • jekk inti għandek bżonn tigħata xi tilqima waqt li tkun qed tieħu Afinitor.

    • jekk inti għandek livell għoli ta’ kolesterol. Afinitor jista’ jgħolli l-kolesterol u/jew xaħmijiet oħrajn fid-demm.

    • jekk inti għadek kemm għamilt operazzjoni serja, jew jekk għad għandek ferita minħabba

      l-operazzjoni u li għadha ma feqitx. Afinitor jista’ jżid ir-riskju li jkun hemm problema biex ifiequ l-feriti.

    • jekk għandek xi infezzjoni. Jista’ jkun neċċessarju li titratta l-infezzjoni tiegħek qabel ma tibda Afinitor.

    • jekk xi darba kellek l-epatite B, minħabba li din tista’ terġa’ tiġi attivata mill-ġdid waqt il-kura b’Afinitor (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’).

    • jekk irċevejt jew wasalt biex tirċievi terapija bir-radjazzjoni.


      Afinitor jista' wkoll:

    • idgħajjef is-sistema immunitarja tiegħek. Għaldaqstant, tista’ tkun f’riskju li tieħu xi infezzjoni waqt li qed tieħu Afinitor. Jekk għandek id-deni jew sinjali oħrajn ta’ infezzjoni, kellem lit-tabib tiegħek. Xi infezzjonijiet jistgħu jkunu severi u jista’ jkollhom konsegwenzi fatali.

    • jaffettwa l-funzjoni tal-kliewi. Għaldaqstant, it-tabib se josserva l-funzjoni tal-kliewi inti u tieħu Afinitor.

    • iwassal għal qtugħ ta’ nifs, sogħla jew deni.

    • iwassal biex jiltlagħlek ħalqek u jiżviluppaw ulċeri fil-ħalq. It-tabib teigħek jista’ jkollu bżonn jinterrompi jew iwaqqaf għal kollox it-trattament tiegħek b’Afinitor. Jaf ikollok bżonn trattament b’mouthwash, ġell jew prodotti oħrajn. Xi mouthwashes u ġellijiet jistgħu jaggravaw l-ulċeri, u allura tipprova xejn mingħajr ma tiċċekkja l-ewwel mat-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jerġa’ jibda t-trattament b’Afinitor bl-istess doża jew b’xi doża iktar baxxa.

    • jikkawża kumplikazzjonijiet mit-terapija bir-radjazzjoni. Kumplikazzjonijiet severi mir- radjuterapija (bħal qtugħ ta’ nifs, dardir, dijarea, raxx tal-ġilda u wġigħ fil-ħalq, il-ħanek u l- griżmejn), inkluż każijiet fatali, li kienu osservati f’xi pazjenti li kienu qed jieħdu everolimus fl- istess żmien bħala terapija bir-radjazzjoni jew li kienu qed jieħdu everolimus ftit wara li kellhom terapija bir-radjazzjoni. Barra dan, kien irrappurtat l-hekk imsejjaħ sindrome ta’ recall għar- radjazzjoni (inkluż ħmura fil-ġilda jew infjammazzjoni tal-pulmun fil-post fejn kienet ingħatat terapija bir-radjazzjoni) kienu rrapportati f’pazjenti li kellhom terapija bir-radjazzjoni fil-passat. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tippjana li jkollok terapija bir-radjazzjoni fil-futur qrib, jew jekk kellek terapija bir-radjazzjoni qabel.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tbati minn dawn is-sintomi.

      Inti se jkollok testijiet tad-demm regolari waqt il-kura. Dawn se jiċċekkjaw l-ammont ta’ ċelluli

      tad-demm (ċelluli bojod tad-demm, ċelluli ħomor tad-demm u plejtlits) fil-ġisem tiegħek biex tara jekk Afinitor huwiex qed ikollu effett mhux mixtieq fuq dawn iċ-ċelluli. Testijiet oħra tad-demm jistgħu

      jsiru wkoll biex tiġi ċċekkjata l-funzjoni tal-kliewi tiegħek (livell tal-krejatinina) u l-funzjoni tal-fwied

      (livell tat-transaminasi) u l-livelli taz-zokkor u tal-kolesterol fid-demm. Dan minħabba li dawn jistgħu wkoll jiġu affettwati minn Afinitor.


      Tfal u adolexxenti

      Afinitor m’għandux jintuża fit-tfal jew fl-adoloxxenti (età taħt it-18-il sena).


      Mediċini oħra u Afinitor

      Afinitor jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħra. Jekk inti qed tieħu mediċini oħra fl-istess waqt ta’ Afinitor, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ Afinitor jew

      tal-mediċini l-oħra.

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dawn li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju li jkun hemm effetti sekondarji b’Afinitor:

    • ketoconazole, itraconazole, voriconazole, jew fluconazole u mediċini oħra kontra l-fungu li jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet tal-fungu.

    • clarithromycin, telithromycin jew erythromycin, antibijotiċi li jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet tal-batterji.

    • ritonavir u mediċini oħrajn li jintużaw biex jikkuraw infezzjoni HIV/AIDS.

    • verapamil jew diltiazem, li jintużaw biex jikkuraw kundizzjonijiet tal-qalb jew pressjoni għolja.

    • dronedarone, medicina li tintuża biex tirregola it-taħbit tal-qalb.

    • ċiklosporin, mediċina użata biex ma tħallix li l-ġisem jirriġetta trapjanti tal-organi.

    • imatinib, użat biex jimpedixxi l-iżvilupp ta’ ċelluli abnormali.

    • inibituri tal-enzima li tikkonverti l-anġjotensin (ACE) (bħal ramipril) użati sabiex jittrattaw il- pressjoni għolja jew problemi oħra kardjovaskulari.

    • nefazodone, użat biex jittratta d-depressjoni.

    • cannabidiol (użi, fost oħrajn, jinkludu t-trattament ta’ aċċessjonijiet).


      Dawn li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ Afinitor:

    • rifampicin, li jintuża biex jikkura t-tuberkulożi (TB).

    • efavirenz jew nevirapine li jintużaw biex jikkuraw infezzjoni HIV/AIDS.

    • St. John’s wort (Hypericum perforatum), prodott tal-ħxejjex li jintuża biex jikkura d-depressjoni u kundizzjonijiet oħra.

    • dexamethasone, kortikosterojde użat biex jikkura firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet inkluż problemi infjammatorji jew immuni.

    • phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital u mediċini oħra kontra l-epilessija li jintużaw biex iwaqqfu aċċessjonijiet jew attakki ta’ epilessija.


      Dawn il-mediċini għandhom jiġu evitati waqt kura b’Afinitor. Jekk inti qed tieħu kwalunkwe waħda minnhom, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċina differenti, jew jista’ jbiddillek id-doża li għandek ta’ Afinitor.


      Afinitor ma’ ikel u xorb

      Evita t-tronġ u l-meraq tat-tronġ waqt li tkun qed tieħu Afinitor. Dan jista’ jżid l-ammont ta’ Afinitor fid-demm, possibbilment sa livell li jagħmel il-ħsara.

      Tqala, treddigħ u fertilità


      Tqala

      Afinitor jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek li għadha ma twelditx u mhuwiex irrakkomandat waqt it-tqala. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek jekk inti għandekx tieħu din il-mediċina waqt it-tqala tiegħek.


      Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċezzjoni mill-aktar effettiva waqt li qed tingħata kura u sa 8 ġimgħat wara li tintemm il-kura. Jekk, minkejja dawn il-miżuri, inti taħseb li stajt ħriġt tqila, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir qabel ma tieħu aktar Afinitor.


      Treddigħ

      Afinitor jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek li qed tittredda’. M’għandekx tredda’ waqt li qed tingħata kura u għal ġimagħtejn wara l-aħħar doża ta’ Afinitor. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’.


      Il-fertilità tan-nisa

      Ġie osservat li waqaf il-pirjid (amenorrea) f’xi wħud mill-pazjenti nisa li kienu qed jingħataw Afinitor.

      Afinitor jista’ jkollu effett fuq il-fertilità fin-nisa. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq li jkollok it-tfal. Fertilità fl-irġiel

      Afinitor jista’ jaffettwa l-fertilità fl-irġiel. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq li jkollok it-tfal.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Jekk tħossok għajjien/a b’mod mhux tas-soltu (l-għeja hija effett sekondarju komuni ħafna), oqgħod attent/a meta ssuq jew tħaddem magni.


      Afinitor fih lattosju

      Afinitor fih lattosju (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


  3. Kif għandek tieħu Afinitor


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ 10 mg, din tittieħed darba kuljum. It-tabib tiegħek se jgħidlek kemm-il pillola ta’ Afinitor għandek tieħu.


    Jekk inti għandek problemi fil-fwied, it-tabib tiegħek jista’ jibdiek fuq doża ta’ Afinitor aktar baxxa (2.5, 5, jew 7.5 mg kuljum).


    Jekk inti qed tħoss ċerti effetti sekondarji waqt li inti tkun qed tieħu Afinitor(ara sezzjoni 4), it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża jew iwaqqaf il-kura, għal żmien qasir jew għal kollox.


    Ħu Afinitor darba kuljum, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum, b’mod konsistenti kemm mal-ikel jew mingħajr.


    Ibla’ l-pillola(i) sħiħa (sħaħ) ma’ tazza ilma. Tomgħodx u tfarrakx il-pilloli.

    Jekk tieħu Afinitor aktar milli suppost

    • Jekk ħadt iż-żejjed Afinitor, jew jekk xi ħaddieħor jieħu l-pilloli tiegħek bi żball, ara tabib jew mur l-isptar minnufih. Tista’ tkun meħtieġa kura urġenti.

    • Ħu l-kaxxa u dan il-fuljett biex it-tabib ikun jaf xi tkun ħadt.


      Jekk tinsa tieħu Afinitor

      Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża li jkun imiss kif skedat. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Afinitor

      Tiqafx tieħu Afinitor sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fkulħadd.


    WAQQAF Afinitor u fittex għajnuna medika minnufih jekk tesperjenza xi wieħed mis-sinjali li ġejjin b’rabta ma’ reazzjoni allerġika:

    • diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla’

    • nefħa fil-wiċċ, xofftejn, ilsien jew fil-griżmejn

    • ħakk gravi tal-ġilda, b'raxx aħmar jew infafet imqabbża


      Effetti sekondarji serji b’Afinitor jinkludu:


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw lil aktar minn persuna waħda f’kull 10)

    • Żieda fit-temperatura, dehxiet (sinjali ta’ infezzjoni)

    • Deni, sogħla, diffikultà biex tieħu n-nifs, issaffar biex tieħu n-nifs (sinjali ta’ infjammazzjoni tal-pulmun, magħrufa wkoll bħala pulmonite)


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10)

    • Għatx esaġerat, tagħmel ħafna awrina, żieda fl-aptit filwaqt li tibqa' titlef il-piż, għeja (sinjali ta' dijabete)

    • Fsada (emorraġija), ngħidu aħna fil-ħajt tal-musrana

    • Tnaqqis gravi li tgħaddi awrina (sinjal ta' insuffiċjenza tal-kliewi)

      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 100 ruħ)

    • Deni, raxx fil-ġilda, uġigħ u infjammazzjoni fil-ġogi, kif ukoll għeja, nuqqas ta' aptit, dardir, suffejra (il-ġilda tisfar), uġigħ fuq il-lemin tan-naħa ta' fuq taż-żaqq, ippurgar lewn it-tafal, awrina skura (jistgħu jkunu sinjali ta' riattivazzjoni tal-epatite B)

    • Nuqqas ta’ nifs, diffikultà biex tieħu n-nifs meta mimdud, nefħa fis-saqajn jew ir-riġlejn (sinjali ta' insuffiċjenza tal-qalb)

    • Nefħa u/jew uġigħ f’riġel minnhom, normalment fil-pexxul, ġilda ħamra jew sħuna fil-parti affettwata (sinjali ta' mblukkar tal-vini tad-demm fir-riġlejn ikkawżat minn emboli fid-demm)

    • Qtugħ ta’ nifs għal għarrieda, uġigħ f’sidrek jew tisgħol u taqta’ bili bid-demm (sinjali potenzjali ta’ emboliżmu pulmonari, kundizzjoni li sseħħ meta waħda jew aktar mill-arterji tal-pulmun tiegħek tkun imblukkata)

    • Tnaqqis gravi fl-ammont ta’ awrina mgħoddija, riġlejn minfuħin, tħossok imħawwad, uġigħ f'dahrek (sinjali ta' insuffiċjenza f'daqqa waħda fil-kliewi)

    • Raxx, ħakk, morliti, diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla’, sturdament (sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja, magħufa wkoll bħala ipersensittività)


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000)

    • Qtugħ ta' nifs jew in-nifs jittieħed b'għaġġla (sinjarli tas-sindrome ta’ disturb respiratorju akut)


      Jekk tesperjenza kwalunkwe wieħed minn dawn, kellem lit-tabib minnufih għax dan jista' jkollu konsegwenzi serji li jheddulek ħajtek.

      Effetti sekondarji oħrajn possibbli b’rabta ma’ Afinitor jinkludu: Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’kull 10)

    • Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)

    • Nuqqas ta’ aptit

    • Togħma mhux tas-soltu (diżgweżja)

    • Uġigħ ta’ ras

    • Tinfaġar (epistassi)

    • Sogħla

    • Ulċeri fil-ħalq

    • Idejqek l-istonku inkluż tħossok imdardar (tqalligħ) jew taqbdek id-dijarrea

    • Raxx fil-ġilda

    • Ħakk (pruritus)

    • Tħossok dgħajjef jew għajjien

    • Għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ġilda bajdanija, sinjali ta' livell baxx ta' ċelluli ħomor tad-demm (anemija)

    • Nefħa fid-dirgħajn, fl-idejn, riġlejn, għekiesi jew partijiet oħra tal-ġisem (sinjali ta' edema)

    • Telf ta’ piż

    • Livelli għoljin ta’ lipidi (xaħmijiet) fid-demm (iperkolesterolemija)

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10)

    • Fsada jew tbenġil għal għarrieda (sinjali ta’ livell baxx ta’ plejtlits, magħrufa wkoll bħala tromboċitopenija)

    • Qtugħ ta’ nifs (dispnea)

    • Tħossok għatxan, tgħaddi ftit awrina, awrina skura, ġilda xotta, irritabbiltà (sinjali ta’ deidratazzjoni)

    • Problemi biex torqod (insonnja)

    • Uġigħ ta’ ras, sturdament (sinjali ta’ pressjoni għolja, magħrufa wkoll bħala iptertensjoni)

    • Nefħa ta’ parti mid-drigħ jew kollu (inkluż is-swaba’ tal-idejn) jew tar-riġel (inkluż is-swaba’ tas-saqajn), tħossok tqil, ma tistax tiċċaqlaq kif trid, skumdità (jistgħu jkunu sintomi ta’ limfoedema)

    • Deni, grieżem ħomor, ulċeri fil-ħalq minħabba l-infezzjonijiet (sinjali ta’ livell baxx ta’ ċelloli bojod tad-demm, lewkopenija, limfopenija u/jew newtropenija)

    • Deni

    • Infjammazzjoni tal-kisja tal-ħalq minn ġewwa, stonku, musrana

    • Ħalqek xott

    • Ħruq fl-istonku (dispepsja)

    • Rimettar

    • Diffikultà biex tibla’ (disfaġja)

    • Uġigħ ta’ żaqq

    • Akne

    • Ħmura u uġigħ fil-pali ta’idejk jew fil-qiegħ ta' saqajk (is-sindrome tal-idejn u s-saqajn)

    • Ħmura fil-ġilda (eritema)

    • Uġigħ fil-ġogi

    • Uġigħ fil-ħalq

    • Disturbi fil-menstrwazzjoni bħal pirjids irregolari

    • Livelli għolja ta’ lipidi (xaħmijiet) fid-demm (iperlipidemija, trigliċeridi għoljin)

    • Livell baxx ta’ potassju fid-demm (ipokalemija)

    • Livell baxx ta’ fosfat fid-demm (ipofosfatemija)

    • Livell baxx ta’ kalċju fid-demm (ipokalċemija)

    • Ġilda xotta, qxur fil-ġilda, feriti fil-ġilda

    • Disturbi fid-dwiefer, jinqasmulek difrejk

    • Ix-xagħar jiħfief

    • Riżultati mhux normali tat-testijiet tad-demm tal-fwied (żieda fl-alanina u l-aspartate aminotransferase)

    • Riżultati mhux normali tat-testijiet tad-demm tal-kliewi (żieda fil-kreatinina)

    • Nefħa fil-kappell tal-għajn

    • Proteini fl-awrina


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 100)

    • Tħossok dgħajjef, fsada jew tbenġil għal għarrieda u infezzjonijiet frekwenti b’sinjali bħalma huma deni, dehxiet, grieżem ħomor jew ulċeri fil-ħalq (sinjali ta’ livell baxx ta’ ċelluli

      tad-demm, magħrufa wkoll bħala panċitopenija)

    • Titlef is-sens tat-togħma (agweżja)

    • Taqta’ l-bili bid-demm (emoptisi)

    • Disturbi fil-menstrwazzjoni bħal nuqqas ta’ pirjid (amenorrea)

    • Tagħmel aktar awrina mal-ġurnata

    • Uġigħ f’sidrek

    • Il-ferti ma jfiqux b’mod normali

    • Fwawar

    • Tisfija mill-għajn akkumpanjata b’ħakk u ħmura, għajnejn roża jew ħomor (konġuntivite)

      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000)

    • Għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ġilda pallida (sinjali ta’ livell baxx ta’ ċelluli ħomor

      tad-demm, possibbilment minħabba tip ta’ anemija msejħa aplasija pura taċ-ċelluli l-ħomor)

    • Nefħa fil-wiċċ, madwar l-għajnejn, tal-ħalq, u ġol-ħalq u/jew il-griżmejn, kif ukoll l-ilsien u diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla' (magħrufa wkoll bħala anġjoedima), jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika


      Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • Radjazzjoni fis-sit ta’ terapija bir-radjazzjoni preċedenti, eż. ħmura fil-ġilda jew infjammazzjoni tal-pulmun (l-hekk imsejjaħ sindrome ta’ recall tar-radjazzjoni)

    • Aggravazzjoni tal-effetti sekondarji mit-trattament tar-radjazzjoni


    Jekk dawn l-effetti sekondarji jaggravaw jekk jogħġbok kellem lit-tabib u/jew lill-ispiżjar tiegħek. Ħafna mill-effetti sekondarji jkunu ħfief jew moderati u normalment jgħaddu jekk jitwaqqaf it-trattament mogħti għal ftit jiem.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din

    il-mediċina.


  5. Kif taħżen Afinitor


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-fojl tal-folja.

      Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.

    • Iftaħ il-folja eżatt qabel ma tieħu l-pilloli.

    • Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett ikollu ħsara jew juri sinjali li nfetaħ.


      Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Afinitor


Kif jidher Afinitor u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Afinitor 2.5 mg huma bojod għal kemxejn sofor, tawwalin. Huma mnaqqxin b’“LCL” fuq naħa waħda u b’“NVR” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Afinitor 5 mg huma minn bojod sa kemxejn sofor, tawwalin. Huma mnaqqxin b’“5” fuq naħa

waħda u b’“NVR” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Afinitor 10 mg huma minn bojod sa kemxejn sofor, tawwalin. Huma mnaqqxin b’“UHE” fuq naħa waħda u b’“NVR” fuq in-naħa l-oħra.

Afinitor 2.5 mg huwa disponibbli f’pakketti ta’ folji li fihom 30 jew 90 pillola.

Afinitor 5 mg u Afinitor 10 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ folji li fihom 10, 30 jew 90 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road

Dublin 4 L-Irlanda


Manifattur

Novartis Farmacéutica SA

Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona

Spanja


Novartis Pharma GmbH Roonstrasse 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 555


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888

France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


u