Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Firazyr
icatibant

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Firazyr 30 MG soluzzjoni għal injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

icatibant


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



L-istruzzjonijiet jinkludu l-passi prinċipali li ġejjin:


1) Informazzjoni Ġenerali

2a) Kif tħejji s-siringa għal tfal u adolexxenti (2-17-il sena) li jiżnu 65 kg jew inqas 2b) Kif tħejji s-siringa u l-labra għal injezzjoni (il-pazjenti kollha)

  1. Kif tħejji s-sit tal-injezzjoni

  2. Kif tinjetta s-soluzzjoni

  3. Rimi tal-materjal tal-injezzjoni

Struzzjonijiet pass, pass għall-Injezzjoni


1) Informazzjoni Ġenerali

  • Naddaf il-post li se tuża (il-wiċċ tal-post) qabel tibda l-proċess.

  • Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma.

  • Iftaħ it-trej billi tqaxxar wara tas-siġill.

  • Neħħi s-siringa mimlija għal-lest mit-trej.

  • Neħħi l-kappa mit-tarf tas-siringa mimlija għal-lest billi tiftaħ il-kappa.

  • Serraħ is-siringa mimlija għal-lest wara li tiftaħ il-kappa.






2a) Kif tħejji s-siringa għal

tfal u adolexxenti (2-17-il sena) li jiżnu 65 kg jew inqas:


Informazzjoni importanti għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u għall-persuni li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-pazjent:


Fejn id-doża tkun inqas minn 30 mg (3 ml), huwa meħtieġ l-apparat li ġej sabiex tinġibed id-doża xierqa (ara hawn taħt):


  1. Firazyr siringa mimlija għal-lest (li jkun fiha s-soluzzjoni ta’ icatibant)

  2. Konnettur (adapter)

  3. Siringa gradwata ta’ 3 ml




image


Il-volum tal-injezzjoni meħtieġ f’ml għandu jinġibed f’siringa gradwata ta’ 3 ml vojta (ara t-tabella ta’ hawn taħt).

image

image

image

image

image

Tabella 1: Reġimen tad-dożaġġ għat-tfal u għall-adolexxenti


Piż tal-Ġisem

Volum tal-Injezzjoni

12 kg sa 25 kg

1.0 ml

26 kg sa 40 kg

1.5 ml

41 kg sa 50 kg

2.0 ml

51 kg sa 65 kg

2.5 ml


Pazjenti li jiżnu aktar minn 65 kg se jużaw il-kontenut kollu tas-siringa mimlija għal-lest (3 ml).


Jekk m’intix ċert/a dwar liema volum ta’ soluzzjoni għandek tiġbed, staqsi lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek


  1. Neħħi l-għotjien minn kull tarf tal-konnettur.


    Evita li tmiss it-truf tal-konnettur u t-truf tas-siringa, sabiex tipprevjeni l- kontaminazzjoni


  2. Dawwar il-konnettur fis-siringa mimlija għal-lest.


  3. Waħħal is-siringa gradwata mat-tarf l-ieħor tal-konnettur billi tiżgura li ż-żewġ konnessjonijiet jeħlu sew.


Kif titrasferixxi s-soluzzjoni ta’ icatibant fis-siringa gradwata:


  1. Biex tibda tittrasferixxi s-soluzzjoni ta’ icatibant, agħfas il-planġer tas-siringa mimlija għal-lest (fuq in-naħa tax-xellug l-aktar ’il bogħod tal-istampa ta’ hawn taħt).

    image

    image

    image

  2. Jekk is-soluzzjoni ta’ icatibant ma tibdiex tittrasferixxi fis-siringa gradwata, iġbed ftit fuq il- planġer tas-siringa gradwata sakemm is-soluzzjoni ta’ icatibant tibda timxi għas-siringa gradwata (ara l-istampa ta’ hawn taħt).


  3. Kompli agħfas fuq il-planġer tas-siringa mimlija għal-lest sakemm il-volum tal-injezzjoni meħtieġ (doża) jiġi ttrasferit għas-siringa gradwata. Irreferi għal tabella 1 għal informazzjoni dwar id- dożaġġ.


    Jekk hemm l-arja fis-siringa gradwata:

    • Dawwar s-siringi mqabbdin sabiex is-siringa mimlija għal-lest tkun fuq (ara l-istampa ta’ hawn taħt).


    • Imbotta l-planġer tas-siringa gradwata sabiex kwalunkwe arja tiġi ttrasferita lura fis-siringa mimlija għal-lest (dan il-pass jista’ jkollu bżonn jiġi repetut diversi drabi)


    • Iġbed il-volum meħtieġ tas-soluzzjoni ta’ icatibant.

image


  1. Neħħi s-siringa mimlija għal-lest u l-konnettur mis-siringa gradwata.

  2. Armi s-siringa mimlija għal-lest u l-konnettur f’reċipjent għall-affarijiet jaqtgħu.


2b) Kif tħejji s-siringa u l-labra għal injezzjoni:

Il-pazjenti kollha (adulti, adolexxenti u tfal)


image


  • Neħħi l-kappa tal-labra mill-istrixxa.

  • Neħħi s-siġill minn mal-kappa tal-labra (il-labra għandha tkun għadha fil-kappa tal-labra).



  • Aqbad is-siringa sod. Waħħal il-labra b’attenzjoni mas-siringa mimlija għal-lest li fiha s- soluzzjoni bla kulur.

  • Invita s-siringa mal-labra li tkun għadha fil-kappa tal-labra.

  • Neħħi l-labra minn mal-kappa tal-labra billi tiġbed is-siringa. Tiġbidx il-planġer.

  • Issa, is-siringa hija lesta għall-injezzjoni.




image


3) Kif tħejji s-sit tal-injezzjoni


  • Agħżel is-sit tal-injezzjoni. Is-sit tal-injezzjoni għandu jkun qabda minn żaqqek ta’ madwar 5- 10 ċm (2-4 pulzieri) taħt iż-żokra tiegħek fuq naħa jew oħra. Din iż-żona għandha tkun tal-inqas 5 ċm (2 pulzieri) ’il bogħod minn xi ċikatriċi. Tagħżilx żona li tkun imbenġla, minfuħa jew li tikkawża uġigħ.

  • Naddaf is-sit tal-injezzjoni billi togħrok pad bl-alkoħol u ħalliha tinxef.


4) Kif tinjetta s-soluzzjoni


image


  • Żomm is-siringa b’id waħda bejn żewġ swaba’ bil-behem fil-qiegħ tal-planġer.

  • Agħmel żgur li ma jkun hemm ebda bużżieqa tal-arja fis-siringa billi tagħfas il-planġer sakemm tidher l-ewwel qatra fuq il-ponta tal-labra.



image


  • Żomm is-siringa f’angolu ta’ bejn 45-90 grad mal-ġilda bil-labra tħares lejn il-ġilda.

  • Żomm is-siringa f’id waħda, uża l-id l-oħra biex iżżomm bil-mod qabda tal-ġilda tiegħek bejn il-behem u s-swaba' fis-sit tal-injezzjoni li tkun ġiet iddisinfettata qabel.

  • Żomm il-qabda tal-ġilda, ġib is-siringa mal-ġilda u daħħal malajr il-labra fil-qabda tal-ġilda.

  • Imbotta l-planġer tas-siringa bil-mod b’id soda sakemm il-likwidu kollu jkun ġie injettat fil- ġilda u ma jibqa’ ebda likwidu fis-siringa.

  • Agħfas bil-mod sabiex dan jieħu madwar 30 sekonda.

  • Erħi l-qabda tal-ġilda u oħroġ il-labra bil-mod.






5) Rimi tal-materjal tal-injezzjoni

image


  • Armi s-siringa, il-labra u l-kappa tal-labra f’reċipjent għall-affarijiet jaqtgħu, għar-rimi ta’ skart li fil-każ li ma jiġix immaniġġat b’mod xieraq, jista’ jweġġa’ lil ħaddieħor.

  1. Effetti sekondarji possibli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jtista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Kważi l-pazjenti kollha li jirċievu Firazyr jesperjenzaw reazzjoni fejn tingħata l-injezzjoni (bħal irritazzjoni tal-ġilda, nefħa, uġigħ, ħakk, ħmura tal-ġilda u sensazzjoni ta’ ħruq). Dawn l-effetti ġeneralment ikunu ħfief u jmorru waħedhom mingħajr il-ħtieġa ta’ xi trattament addizzjonali.


    Komuniħafna(lijaffetwawaktarminn1minn10persuni):

    Reazzjonijiet oħra fil-punt ta’ l-injezzjoni (sensazzjoni ta' pressjoni, tbenġil, sensazzjoni mnaqqsa u/jew truxija, raxx imqajjem tal-ġilda bil-ħakk u sħana).


    Komuni (lijaffetwawsa1minn10persuni): Tħossok ma tiflaħx

    Uġigħ ta’ ras

    Sturdament Deni

    Ħakk

    Raxx

    Ħmura fil-ġilda

    Test tal-funzjoni tal-fwied mhux normali


    Mhuxmagħruf(il-frekwenza matistaxtiġistmatamid-dejtadisponibbli): Ħorriqija (urtikarja)


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota li s-sintomi tiegħek tal-attakk marru għall-agħar wara li ħadt Firazyr.


    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  2. Kif taħżen Firazyr


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tistadi li tidher fuq it-tikketta wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25C. Tagħmlux fil-friża.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota li il-pakkett tas-siringa jew tal-labra tkun saritlu l-ħsara jew jekk ikun hemm sinjali viżibbli ta’ deterjorament, per eżempju jek is-soluzzjoni tkun imdaħħna, jekk ikollha frak fil-wiċċ, jew jekk il-kulur tas-soluzzjoni jkun inbidel.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Firazyr

Is-sustanza attiva hi icatibant. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 milligramma (bħala aċetat). Is- sustanzi mhux attivi l-oħra huma sodium chloride, acetic acid glacial, sodium hydroxide u ilma għall- injezzjoni.


Kif jidher Firazyr u l-kontenut tal-pakkett


Firazyr jiġi bħala soluzzjoni ċara, bla kulur għal injezzjoni f’siringa tal-ħġieġ mimlija għal-lest ta’ 3 ml. Labra ipodermika hija inkluża fil-pakkett.


Firazyr jiġi bħala pakkett b’siringa waħda mimlija għal-lest b’labra waħda jew bħala pakkett multiplu li fih tliet siringi mimlijin għal-lest bi tliet labar.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch

Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2

D02 Y754, L-Irlanda Tel: +800 66838470

E-mail: medinfoemea@takeda.com


Manifattur

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2

D02 Y754, L-Irlanda


Shire Pharmaceuticals Ireland Limited Block 2 & 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2

D02 Y754, L-Irlanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.