Noxafil
posaconazole
posaconazole
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan
jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Noxafil u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Noxafil
Kif għandek tieħu Noxafil
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Noxafil
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Noxafil fih mediċina msejħa posaconazole. Dan jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa “antifungali”. Jintuża biex jimpedixxi u jikkura bosta infezzjonijiet fungali differenti.
Din il-mediċina taħdem billi toqtol jew twaqqaf milli jikbru ċerti tipi ta’ fungi li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet.
Noxafil jista’ jintuża fl-adulti biex jikkura dawn it-tipi ta’ infezzjonijiet tal-fungu meta mediċini antifungali oħrajn ma jkunux ħadmu jew inti tkun waqaft teħodhom:
infezzjonijiet ikkawżati minn fungu tal-familja tal-Aspergillus li ma jkunux tjiebu meta jkunu ġew ikkurati bil-mediċini kontra l-fungu amphotericin B jew itraconazole jew meta dawn il- mediċini kellhom jitwaqqfu;
infezzjonijiet ikkawżati minn fungu tal-familja Fusarium li ma jkunux tjiebu meta jkunu ġew ikkurati b’amphotericin B jew meta amphotericin B kellu jitwaqqaf;
infezzjonijiet ikkawżati minn fungu li jikkawża kondizzjonijiet imsejħin kromoblastomikożi u miċetoma li ma jkunux tjiebu meta jkunu ġew ikkurati b’itraconazole jew meta itraconazole kellu jitwaqqaf;
infezzjonijiet ikkawżati b’fungus minħabba fungu imsejjaħ Coccidioides li ma jkunux tjiebu meta jkunu ġew ikkurati b’wieħed jew aktar minn amphotericin B, itraconazole jew fluconazole jew meta dawn il-mediċini kellhom jitwaqqfu;
infezzjonijiet tal-ħalq jew tad-dawra tal-grieżem (mgħarufin bħala “traxx”) ikkawżati minn fungu imsejjaħ Candida, li ma kienux ikkurati qabel.
Din il-mediċina tista’ tintuża wkoll biex tevita infezzjonijiet tal-fungu f’adulti li huma f’riskju kbir li jieħdu infezzjonijiet fungali, bħal:
pazjenti li għandhom sistema immuni dgħajfa minħabba kimoterapija għal “lewkemija majeloġena akuta” (AML) jew “sindromi majelodisplastika” (MDS)
pazjenti li jkunu għaddejjin minn “terapija immunosoppressiva ta’ doża għolja” wara “trapjant ematopoetiku taċ-ċellula staminali” (HSCT).
jekk inti allerġiku għal posaconazole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).
jekk qed tieħu: terfenadine, astemizole, cisapride, pimozide, halofantrine, quinidine, kwalunkwe mediċina li fiha “alkalojdi ergot” bħal ergotamine jew dihydroergotamine, jew “statin” bħal simvastatin, atorvastatin jew lovastatin.
jekk għadek kif bdejt tieħu venetoclax jew jekk id-doża tiegħek ta’ venetoclax qed tiżdied bil- mod għat-trattament ta’ lewkimja limfoċitika kronika (CLL, chronic lymphocyctic leukaemia)
Tiħux Noxafil jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit-
tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Noxafil.
Ara “Mediċini oħra u Noxafil” hawn isfel għal aktar informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar mediċini oħra li jistgħu jinteraġixxu ma’ Noxafil.
Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Noxafil jekk:
kellek reazzjoni allerġika għal xi mediċina antifungali oħra bħal ketoconazole, fluconazole, itraconazole jew voriconazole.
għandek jew xi darba kellek problemi fil-fwied. Jista’ jkun hemm bżonn li jsirulek testijiet tad- demm waqt li tkun qiegħed tieħu din il-mediċina.
jaqbduk dijarea jew rimettar severi, billi dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jillimitaw l-effikaċja ta’ din il-mediċina.
għandek traċċat tar-ritmu tal-qalb abnormali (ECG) li juri problema msejħa intervall QTc twil
għandek dgħufija fil-muskolu tal-qalb jew insuffiċjenza tal-qalb
għandek taħbita tal-qalb bil-mod ħafna
għandek disturb fir-ritmu tal-qalb
għandek kwalunkwe problema bil-livelli tal-potassju, manjeżju jew kalċju fid-demm tiegħek.
qed tieħu vincristine, vinblastine u “alkalojdi vinka” oħra (mediċini li jintużaw biex jikkuraw il- kanċer).
qed tieħu venetoclax (mediċina li tintuża biex tittratta l-kanċer).
Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Noxafil.
Jekk jaqbduk dijarea jew rimettar severi (tkun ma tiflaħx) waqt li tkun qed tieħu Noxafil, kellem lit- tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek mill-ewwel, billi dan jista’ jwaqqfu milli jaħdem tajjeb. Ara sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.
Noxafil suspensjoni orali m’għandhiex tintuża fi tfal u adolexxenti (ta’ 17-il sena u iżgħar).
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.
terfenadine (użat għall-kura tal-allerġiji)
astemizole (użat għall-kura tal-allerġiji)
cisapride (użat għall-kura ta’ problemi fl-istonku)
pimozide (użat għall-kura tas-sintomi ta’ Tourette u mard mentali)
halofantrine (użat għall-kura tal-malarja)
quinidine (użat għall-kura ta’ ritmi tal-qalb abnormali).
Noxafil jista’ jżid l-ammont ta’ dawn il-mediċini fid-demm li jista’ jwassal għal bidliet serji ħafna fir- ritmu tal-qalb tiegħek.
kwalunkwe mediċina li fiha “alkalojdi tal-ergotina” bħal ergotamine jew dihydroergotamine li jintużaw għall-kura tal-emigranji. Noxafil jista’ jżid l-ammont ta’ dawn il-mediċini fid-demm li jista’ jwassal għal tnaqqis sever fil-fluss tad-demm lejn is-swaba’ ta’ jdejk jew ta’ saqajk u jista’ jagħmlilhom il-ħsara.
“statin” bħal simvastatin, atorvastatin jew lovastatin li jintużaw għall-kura ta’ livelli għoljin tal- kolesterol.
venetoclax meta jintuża fil-bidu tat-trattament ta’ tip ta’ kanċer, lewkimja limfoċitika kronika (CLL)
Tiħux Noxafil jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Mediċinioħra
Ara l-lista hawn fuq ta’ mediċini li m’għandhomx jittieħdu meta tkun qed tieħu Noxafil. Minbarra l- mediċini msemmija hawn fuq li m’għandhomx jittieħdu ma’ posaconazole minħabba r-riskju ta’
disturbi fuq ir-ritmu li bih tħabbat il-qalb, hemm mediċini oħrajn li għandhom riskju ta’ problemi fuq
ir-ritmu li jistgħu ikunu akbar meta tieħodhom ma’ Noxafil. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li tgħid lit- tabib tiegħek dwar il-mediċini kollha li qed tieħu (bir-riċetta jew mingħajr riċetta).
Ċerti mediċini jistgħu iżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji ta’ Noxafil billi jżidu l-ammont ta’ posaconazole fid-demm.
Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ Noxafil billi jnaqqsu l-ammont ta’ Noxafil fid- demm:
rifabutin u rifampicin (jintużaw għall-kura ta’ ċerti infezzjonijiet). Jekk diġà qiegħed tieħu rifabutin, ikollok bżonn test tad-demm u trid toqgħod attent għal xi effetti sekondarji possibbli ta’ rifabutin.
phenytoin, carbamazepine, phenobarbital jew primidone (li jintużaw għat-trattament jew il- prevenzjoni ta’ aċċessjonijiet).
efavirenz u fosamprenavir li jintużaw għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV.
mediċini li jintużaw biex inaqqsu l-aċidu fl-istonku bħal cimetidine u ranitidine jew omeprazole u mediċini simili li jissejħu impedituri tal-pompi tal-protoni.
Noxafil jista’ possibilment iżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji ta’ xi mediċini oħrajn billi jżid l-ammont ta’ dan il-mediċini fid-demm. Dawn il-mediċini jinkludu:
vincristine, vinblastine u alkalojdi vinka oħrajn (jintużaw għall-kura tal-kanċer)
venetoclax (jintuża għat-trattament tal-kanċer)
ciclosporin (jintuża meta issir kirurġija ta’ trapjant jew wara)
tacrolimus u sirolimus (jintużaw meta issir kirurġija ta’ trapjant jew wara)
rifabutin (jintuża għall-kura ta’ ċerti infezzjonijiet)
mediċini li jintużaw għall-kura ta’ HIV li jissejħu impedituri protease (jinkludu lopinavir u atazanavir, li jingħataw ma’ ritonavir)
midazolam, triazolam, alprazolam u “benżodijażepini” oħrajn (jintużaw bħala sedattivi jew rilassanti tal-muskoli)
diltiazem, verapamil, nifedipine, nisoldipine jew “imblukkaturi tal-kanali ta’ calcium” (jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja)
digoxin (jintuża għal kura ta’ insuffiċjenza tal-qalb)
glipizide jew “sulfonylureas” oħrajn (jintużaw għall-kura ta’ zokkor għoli fid-demm)
aċidu all-trans retinojku (ATRA), imsejjaħ ukoll tretinoin (użat għall-kura ta’ ċerti kanċers tad- demm).
Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik (jew mintix ċert/a), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Noxafil.
Sabiex ittejjeb l-assorbiment ta’ posaconazole, kull meta jkun possibbli għandu jittieħed waqt jew eżattament wara l-ikel jew xarba nutrizzjonali (ara sezzjoni 3 “Kif għandek tieħu Noxafil”). M’hemmx tagħrif dwar l-effett tal-alkoħol fuq posaconazole.
Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila qabel tibda tieħu Noxafil. Tiħux Noxafil jekk inti tqila sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel dan it-tabib tiegħek.
Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, inti għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qiegħda tieħu din il-mediċina. Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qiegħda tieħu Noxafil, ikkuntattja lit-tabib tiegħek
mill-ewwel.
Treddax waqt li tkun qiegħda tieħu Noxafil. Dan minħabba li ammonti żgħar jistgħu jgħaddu għal ġol- ħalib tas-sider.
Tista’ tħossok stordut, bin-ngħas, jew ikollok vista mċajpra waqt li tkun qed tieħu Noxafil, li jistgħu jaffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tuża għodda jew magni. Jekk dan iseħħ, m’għandekx issuq
jew tuża għodda jew magni u kkuntattja lit-tabib tiegħek.
Noxafil fih madwar 1.75 g ta’ glucose għal kull 5 mL ta’ suspensjoni. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) għal kull 5 mL ta’ suspensjoni, jiġifieri hija essenzjalment “mingħajr sodium”.
Din il-mediċina fiha 10 mg of sodium benzoate (E211) għal kull 5 mL ta’ suspensjoni.
Din il-mediċina fiha sa 1.25 mg ta’ benzyl alcohol għal kull 5 mL ta’ suspensjoni. Benzyl alcohol jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.
Din il-mediċina fiha sa 24.75 mg of propylene glycol (E1520) għal kull 5 mL ta’ suspensjoni.
Taqlibx bejn Noxafil suspensjoni orali u Noxafil pilloli jew Noxafil suspensjoni orali gastroreżistenti mingħajr ma tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minħabba li dan jista’ jirriżulta f’nuqqas ta’ effikaċja jew żieda fir-riskju ta’ reazzjonijiet avversi.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib tiegħek ser jeżamina r-rispons u l-kundizzjoni sabiex jiddeċidi kemm għandu jdum jingħata Noxafil u jekk ikunx hemm bżonn ta’ xi tibdil fid-doża ta’ kuljum.
It-tabella t’hawn taħt turi id-doża rrakkomandata u t-tul tal-kura li tiddependi mit-tip ta’ infezzjoni li jkollok u tista’ tiġi adattata b’mod individwali għalik mit-tabib tiegħek. M’għandekx tadatta d-doża għalik innifsek qabel ma tikkonsulta mat-tabib tiegħek jew tbiddel il-kors tat-trattament tiegħek.
Kull meta jkun possibbli posaconazole għandu jittieħed waqt jew eżattament wara l- ikel jew xarba nutrizzjonali.
Indikazzjoni | Doża rrakkomandata u tul tal-kura |
Kura ta’ Infezzjonijiet Refrattorji tal-Fungu (Asperġillożi invażiva, Fusarjożi, Kromoblastomikożi/Miċetomja, Kokkojdomikożi) | Id-doża rrakkomandata hija 200 mg (kuċċarina waħda ta’ 5 mL) erba’ darbiet kuljum. Mod ieħor, jekk jirrikamndalek it-tabib tiegħek, tista’ tieħu 400 mg (żewġ kuċċarini ta’ 5 mL) darbtejn kuljum b’kundizzjoni li tkun tista’ tieħu ż-żewġ dożi waqt jew eżattament wara l-ikel jew xarba nutrizzjonali. |
Kura tal-ewwel darba ta’ Traxx | Fl-ewwel jum ta’ kura ħu 200 mg (kuċċarina waħda ta’ 5 mL) darba. Wara l-ewwel jum, ħu 100 mg (2.5 mL) darba kuljum . |
Biex tevita Infezzjonijiet serji tal-Fungu | Ħu 200 mg (kuċċarina waħda ta’ 5 mL) tliet darbiet kuljum. |
Jekk qed tinkwieta li ħadt iżżejjed, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ma professjonist fil-kura tas- saħħa mill-ewwel.
Jekk qbiżt doża, ħudha malli tiftakar u imbagħad kompli bħal qabel. Iżda jekk ikun kważi wasal il-ħin tad-doża li jmissek, ħudha meta suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li
tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
nawsja jew rimettar (tkun imdardar jew tirremetti), dijarea
sinjali ta’ problemi fil-fwied – dawn jinkludu sfura fil-ġilda jew fl-abjad tal-għajnejn, awrina skura jew ippurgar ċar mhux normali, tħossok ma tiflaħx għall-ebda raġuni, problemi fl-istonku, telf tal-aptit jew għeja jew dgħufija mhux tas-soltu, żieda fl-enzimi tal-fwied li tidher fit-testijiet tad-demm
reazzjoni allerġika
Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin:
Komuni:dawnliġejjinjistgħujaffettwawsa1minnkull10persuni
bidla fil-livell tal-melħ fid-demm tiegħek li tidher fit-testijiet tad-demm - is-sinjali jinkludu sensazzjoni ta’ konfużjoni jew dgħufija
sensazzjonijiet abnormali fil-ġilda, bħal tirżiħ, tnemnim, ħakk, tkexkix, tingiż jew ħruq
uġigħ ta’ ras
livelli baxxi ta’ potassju – li jidhru fit-testijiet tad-demm
livelli baxxi ta’ manjeżju – li jidhru fit-testijiet tad-demm
pressjoni tad-demm għolja
telf tal-aptit, uġigħ fl-istonku jew stonku mqalleb, gass, ħalq xott, bidliet fit-togħma
ħruq ta’ stonku (sensazzjoni ta’ ħruq fis-sider li titla’ sal-gerżuma)
livelli baxxi ta’ “newtrofili” - tip ta’ ċelloli bojod tad-demm (newtropenija) –dan jista’ jagħmlek aktar probabbli li jaqbduk infezzjonijiet u jidhru fit-testijiet tad-demm
deni
sensazzjoni ta’ dgħufija, sturdament, għeja jew ngħas
raxx
ħakk
stitikezza
skonfort fir-rektum
Mhuxkomuni:dawnliġejjinjistgħujaffettwawsa1minnkull100persuna
anemija - is-sinjali jinkludu wġigħ ta’ ras, sensazzjoni ta’ għeja jew sturdament, tkun bla nifs jew tidher isfar u livell baxx ta’ emoglobina li jidher fit-testijiet tad-demm
livell baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenija) li jidher fit-testijiet tad-demm – dan jista’ jwassal għal fsada
livell baxx ta’ “lewkoċiti” tip ta’ ċelloli bojod tad-demm (lewkopenija) li jidher fit-testijiet tad- demm – dan jista’ jagħmlek aktar suxxettibbli għall-infezzjonijiet
livell għoli ta’ “esinofili” tip ta’ ċelloli bojod tad-demm (esinofilja) – dan jista’ jseħħ jekk ikollok infjammazzjoni
infjammazzjoni tal-vini u l-arterji
problemi fir-ritmu tal-qalb
aċċessjonijiet (konvulżjonijiet)
ħsara fin-nervituri (newropatija)
ritmu tal-qalb abnormali – jidher fuq traċċar tal-qalb (ECG), palpitazzjonijiet, taħbita tal-qalb bil-mod jew mgħaġġla, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa
pressjoni tad-demm baxxa
infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) – dan jista’ jikkawża wġigħ sever fl-istonku
interruzzjoni fil-provvista tal-ossiġnu għall-milsa (infart tal-milsa) - dan jista’ jikkawża uġigħ qawwi fl-istonku
problemi severi fil-kliewi – is-sinjali jinkludu li tgħaddi aktar jew anqas awrina, li tkun ta’ kulur differenti mis-soltu
livelli għoljin ta’ krejatinina fid-demm – murija f’testijiet tad-demm
sogħla, sulluzzu
fsada mill-imnieħer
uġigħ sever qawwi fis-sider meta tieħu n-nifs (uġigħ plewritiku)
nefħa tal-glandoli limfatiċi (limfadenopatija)
tnaqqis fis-sensazzjoni ta’ sensittività speċjalment fuq il-ġilda
tregħid
livelli għoljin jew baxxi taz-zokkor fid-demm
vista mċajpra, sensittività għad-dawl
twaqqigħ tax-xagħar (alopeċja)
ulċeri fil-ħalq
tertir, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali
uġigħ, uġigħ fid-dahar jew fl-għonq, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn
żamma tal-ilma (edima)
problemi mestrwali (fsada abnormali mill-vaġina)
ma tkunx tista’ torqod (insomnja)
inkapaċità sħiħa jew parzjali li titkellem
nefħa fil-ħalq
ħolm stramb, jew diffikultà biex torqod
problemi bil-koordinazzjoni jew il-bilanċ
infjammazzjoni tal-mukuża
imnieħer miżdud
diffikultà biex tieħu nifs
skumdità fis-sider
tħossok minfuħ
nawsja ħafifa sa severa, rimettar, bugħawwieġ u dijarea, normalment ikkawżati minn virus, uġigħ fl-istonku
titfewwaq
tħossok nervuż
Rari:dawnliġejjinjistgħujaffettwawsa1minnkull1,000persuna
pulmonite – is-sinjali jinkludu qtugħ ta’ nifs u produzzjoni ta’ mħat imdennes
pressjoni għolja tad-demm fil-vini u l-arterji tal-pulmuni (pressjoni għolja pulmonari) din tista’ tikkawża ħsara serja fil-pulmun tiegħek u f’qalbek
problemi fid-demm bħal tagħqid tad-demm mhux tas-soltu jew fsada fit-tul
reazzjonijiet allerġiċi severi, inkluż raxx mifrux bl-infafet u tqaxxir tal-ġilda
problemi mentali bħal smigħ ta’ vuċijiet jew tara ħwejjeġ li ma jkunux hemm
ħass ħażin
problemi biex taħseb jew titkellem, movimenti bl-iskossi, speċjalment f’idejk li ma tistax tikkontrollahom
puplesija – is-sinjali jinkludu wġigħ, dgħufija, tirżiħ, jew tingiż fid-dirgħajn u r-riġlejn
ikollok tikka għamja jew skura fil-kamp viżiv tiegħek
insuffiċjenza tal-qalb jew attakk tal-qalb li jistgħu jwasslu għal waqfien tat-taħbit tal-qalb jew mewt, problemi fir-ritmu tal-qalb, b’mewt f’daqqa
emboli f’saqajk (trombożi fil-vini fil-fond) – is-sinjali jinkludu wġigħ qawwi jew nefħa fis- saqajn
emboli fil-pulmun (emboliżmu pulmonari) – is-sinjali jinkludu qtugħ ta’ nifs jew uġigħ waqt it- teħid tan-nifs
fsada fl-istonku jew fl-imsaren – is-sinjali jinkludu rimettar tad-demm jew tgħaddi d-demm fl- ippurgar tiegħek
sadd fl-imsaren (ostruzzjoni intestinali) speċjalment fl-“ileu”. Is-sadd jimpedixxi l-kontenut tal- imsaren tiegħek milli jgħaddi għall-parti ta’ isfel tal-musrana. Is-sinjali jinkludu sensazzjoni ta’ nefħa, rimettar, stitikezza severa, telf tal-aptit, u bugħawwiġijiet
“sindrome uremiku emolitiku” meta jitkissru ċ-ċelloli ħomor tad-demm (emolisi) li tista’ sseħħ bi jew mingħajr insuffiċjenza tal-kliewi
“panċitopenija” livell baxx taċ-ċelloli kollha tad-demm (ċelloli ħomor u bojod tad-demm u plejtlits) li jidher fit-testijiet tad-demm
tidnis vjola kbir fuq il-ġilda (purpura tromboċitopenika trombotika)
nefħa fil-ħalq jew fl-ilsien
depressjoni
vista doppja
uġigħ fis-sider
glandoli adrenali li ma jaħdmux tajjeb – dan jista’ jikkawża dgħufija, għeja, telf tal-aptit, tidnis tal-ġilda
glandola pitwitarja li ma taħdimx tajjeb – dan jista’ jikkawża livelli baxxi tad-demm f’xi ormoni li jaffettwaw il-funzjoni tal-organi maskili jew femminili
problemi fis-smigħ
psewdoaldosteroniżmu, li jirriżulta fi pressjoni għolja tad-demm b’livell baxx ta’ potassju (jidher fit-test tad-demm)
Mhux magħruf:ma tistax tittieħedstima tal-frekwenza mid-data disponibbli
xi pazjenti rrappurtaw ukoll li ħassewhom konfużi wara li ħadu Noxafil.
Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji elenkati hawn fuq.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-
effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Tagħmlux fil-friża.
Jekk jibqalek xi suspensjoni fil-flixkun wara aktar minn erba’ ġimgħat minn meta tkun ftaħtu l-ewwel darba, m’għandekx tuża din il-mediċina. Jekk jogħġbok ħu lura l-flixkun b’dak li jkun baqa’ mis- suspensjoni lill-ispiżjar tiegħek.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva f’Noxafil hija posaconazole. Kull millilitru ta’ suspensjoni orali fih 40 milligramma ta’ posaconazole.
Is-sustanzi l-oħra -huma polysorbate 80, simeticone, sodium benzoate (E211), sodium citrate
dihydrate, citric acid monohydrate, glycerol, xanthan gum, glucose likwidu, titanium dioxide (E171), togħma artifiċjali taċ-ċirasa li fiha benzyl alcohol u propylene glycol (E1520), u ilma purifikat.
Noxafil huwa suspensjoni bajda, b’togħma taċ-ċirasa, 105 mL ta’ suspensjoni orali impakkettati fi fliexken tal-ħġieġ kannella jagħtu fl-oranġjo.
Hemm ukoll kuċċarina għal- kejl ma’ kull flixkun biex tkejjel dożi ta’ 2.5 u 5 mL ta’suspensjoni orali.
Detentur tal-Awtorizzazzjonigħat-Tqegħidfis-Suq Merck Sharp & Dohme B.V.
Waarderweg 39
2031 BN Haarlem In-Netherlands
Manifattur
Cenexi HSC | ||
2, rue Louis Pasteur | ||
F-14200 Hérouville St Clair | ||
Franza |
SP Labo N.V. | ||
Industriepark 30 | ||
B-2220 Heist-op-den-Berg | ||
Il-Belġju |
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
MSD Belgium
Tél/Tel : +32 (0)2 776 62 11
UAB Merck Sharp & Dohme Tel. + 370 5 278 02 47
Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737
MSD Belgium
Tél/Tel : +32 (0)2 776 62 11
Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel: +420 233 010 111
MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 5300
MSD Danmark ApS Tlf: + 45 44 82 4000
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel.: 8007 4433 (+356 99917558)
MSD Sharp & Dohme GmbH
Tel: 0800 673 673 673 (+ 49 (0) 89 4561 0)
Merck Sharp & Dohme B.V.
Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)
Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: + 372 6144 200
MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00
MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.
Τηλ: +30 210 98 97 300
Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.
Tel: +43 (0) 1 26 044
Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00
MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00
MSD France
Tél. +33 (0) 1 80 46 40 40
Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 446 5700
Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333
Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel.: + 40 21 529 2900
Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited
Tel: +353 (0)1 2998700
Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.
Tel: +386 1 5204 201
Vistor hf.
Sími: + 354 535 7000
Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel: +421 2 58282010
MSD Italia S.r.l.
Tel: +39 06 361911
medicalinformation.it@merck.com
MSD Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0)9 804 650
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700)
Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488
SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: + 371-67364224
Tel: +353 (0)1 2998700