Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Temomedac
temozolomide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Temomedac 5 mg kapsuli ibsin Temomedac 20 mg kapsuli ibsin Temomedac 100 mg kapsuli ibsin Temomedac 140 mg kapsuli ibsin Temomedac 180 mg kapsuli ibsin Temomedac 250 mg kapsuli ibsin


temozolomide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Temomedac u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Temomedac

3. Kif għandek tieħu Temomedac

  1. Effetti sekondarji possibbli

  2. Kif taħżen Temomedac

  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Temomedac u għalxiex jintuża


    Temomedac fih mediċina msejħa temozolamide. Din il-mediċina hija sustanza li taġixxi kontra t- tumuri.


    Temomedac jintuża għall-kura ta’ tipi speċifiċi ta’ tumuri fil -moħħ:

    • f’adulti bi glioblastoma multiforme li tkun għadha kif ġiet iddijanjostikata. Temomedac l-ewwel

      jintuża ma’ radjuterapija (fażi konkomitanti tal-kura) u mbagħad waħdu (fażi ta’ kura b’monoterapija).

    • fi tfal li għandhom minn 3 snin ’il fuq u f’pazjenti adulti bi glijoma malinna, bħall glijoblastoma multiforme u astroċitoma anaplastika. Temomedac jintuża f’dawn it-tumuri jekk jerġgħu joħorġu jew imorru għall-agħar wara kura standard.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Temomedac Tieħux Temomedac

    • jekk inti allerġiku għal temozolomide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-

      sezzjoni 6)..

    • jekk kellek reazzjoni allerġika għal dacarbazine (kura kontra l-kanċer, kultant imsejħa DTIC).

      Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jinkludu ħakk, qtugħ ta’ nifs jew tħarħir, nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien jew grieżem.

    • jekk ċerti tipi ta’ ċelluli tad-demm jonqsu b’mod serju (majelosuppressjoni), bħal meta l-għadd

      taċ-ċelluli l-bojod tad-demm u l-għadd tal-plejtlets jitbaxxa. Dawn iċ-ċelluli tad-demm huma

      importanti biex tiġġieled l-infezzjoni u biex jagħqad id-demm kif suppost. Qabel tibda l-kura, it-

      tabib tiegħek ser janalizza d-demm biex ikun żgur li għandek biżżejjed minn dawn iċ-ċelluli.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Temomedac

    • peress li inti trid tinżamm taħt osservazzjoni stretta għall-iżvilupp ta’ infezzjoni fis-sider imsejħa pulmonite bi Pneumocystis jirovecii (PCP). Jekk int pazjent li għadek kif ġejt dijanjostikat (glijoblastoma multiforme) tista’ tingħata Temomedac għal 42 jum flimkien ma’ radjuterapija. F’dan il-każ, it-tabib tiegħek ser jordnalek ukoll mediċina biex tgħinek tevita din it-tip ta’ pnewmonja (PCP).

    • jekk qatt kellek jew jista’ jkun li issa għandek infezzjoni b’epatite B. Dan minħabba li Temomedac jista’ jikkawża li l-epatite B terġa’ ssir attiva, u f’xi każijiet dan jista’ jkun fatali. Il- pazjenti se jiġu ċċekkjati b’attenzjoni mit-tabib tagħhom għal sinjali ta’ din l-infezzjoni qabel tinbeda l-kura.

    • jekk għandek għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija), ċelluli bojod tad-demm u

      plejtlets jew problemi biex tgħaqqad id-demm qabel ma tibda l-kura, jew jekk int tiżviluppahom waqt il-kura. It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jnaqqas id-doża, iwaqqaf għal ftit jew għal kollox il-kura jew ibiddel il-kura tiegħek. Jista’ jkollok bżonn ukoll trattamenti oħrajn. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li t-trattament b’Temomedac jitwaqqaf.

    • ser isirulek testijiet tad-demm ta’ sikwit waqt il-kura sabiex ikunu immonitorjati l-effetti sekondarji ta’ Temomedac fuq iċ-ċelluli tad-demm tiegħek.

    • peress li inti jista’ jkollok riskju żgħir ta’ bidliet oħra fiċ-ċelluli tad-demm, inkluża lewkemija.

    • jekk ikollok dardir (tħoss l-istonku mhux f’postu) u/jew rimettar, li huma assoċjati ta’ spiss ma’

      l-effetti sekondarji ta’ Temomedac (ara sezzjoni 4), it-tabib tiegħek jista’ jordnalek mediċina

      (anti-emetika) biex tgħinek tevita r-rimettar.

    • jekk tirremetti ta’ spiss qabel jew waqt il-kura, staqsi lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar ħin biex tieħu Temomedac sakemm ir-rimettar ikun ikkontrollat. Jekk tirremetti wara li tieħu d-doża, terġax tieħu doża oħra fl-istess ġurnata.

    • jekk jitlagħlek id-deni jew joħorġulek is-sintomi ta’ infezzjoni, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek mill-ewwel.

    • jekk għandek aktar minn 70 sena jista’ jkollok tendenza akbar li jaqbduk infezzjonijiet jew titbenġel jew li jkollok emorraġija.

    • jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi, id-doża tiegħek ta’ Temomedac jista’ jkollha bżonn tkun irranġata.


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lil tfal li għandhom inqas minn 3 snin peress li ma ġietx studjata. Hemm

      informazzjoni limitata f’pazjenti li għandhom ’l fuq minn 3 snin li ħadu Temomedac.


      Mediċini oħra u Temomedac

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Tqala, treddigħ u fertilità

      Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-

      ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Dan għaliex inti m’għandekx tiġi kkurata b’Temomedac waqt it-tqala sakemm ma jkunx indikat b’mod ċar mit-tabib tiegħek.


      Iridu jittieħdu prekawzjonijiet kontraċettivi effettivi mill-pazjenti nisa li jkunu jistgħu joħorġu tqal waqt li jkunu qegħdin jieħdu Temomedac, u għal mill-anqas 6 xhur wara t-tlestija tat-trattament.


      Għandek tieqaf tredda’ meta tkun qed tirċievi kura b’Temomedac.


      Fertilità fl-irġiel

      Temomedac jista’ jikkawża infertilità permanenti. Pazjenti rġiel għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva u m’għandux ikollhom tfal għal mill-anqas 3 xhur wara li jwaqqfu l-kura. Huwa rrakkomandat li jinkiseb parir dwar il-konservazzjoni tal-isperma qabel il-kura.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Temomedac jista’ jagħmlek tħossok għajjien jew bi ngħas. F’dan il-każ, issuqx , tużax għodda jew

      magni u ssuqx rota sakemm tara kif taffettwak din il-mediċina (ara sezzjoni 4).


      Temomedac fih lactose

      Temomedac fih lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċertu tipi ta’

      zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Temomedac fih sodium

      Dan il-mediċina fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula iebsa, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


      Tagħrif addizzjonali għall-Temomedac 20 mg kapsuli ibsin

      Is-sustanza mhux attiva sunset yellow FCF (E110) inkluża fil-qoxra tal-kapsuli tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi.


  3. Kif għandek tieħu Temomedac


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dożaġġ u tul tal-kura


    It-tabib tiegħek għandu jikkalkula d-doża korretta ta’ Temomedac. Din hija bbażata skond id-daqs tiegħek (tul u piż), jekk għandekx tumur rikurrenti u jekk kellekx trattament bil-kemoterapija fil- passat. Tista’ tingħata mediċini oħra (anti emetiċi) biex teħodhom qabel u/jew wara li tieħu Temomedac biex tevita jew tikkontrolla d-dardir u r-rimettar.


    Pazjenti li jkunu għadhom kif ġew dijanjostikati bi glijoblastoma multiforme:


    Jekk int pazjent li għadek kif ġejt dijanjostikat, il-kura ser isseħħ f’żewġ fażijiet:

    • kura ma’ radjuterapija (il-fażi konkomitanti) l-ewwel

    • segwita b’Temomedac waħdu (il-fażi ta’ monoterapija).


      Waqt il-fażi konkomitanti, it-tabib tiegħek ser jibdielek Temomedac b’doża ta’ 75 mg/m² (doża tas- soltu). Ser tieħu din id-doża kuljum għal 42 jum (sa 49 jum) flimkien ma’ radjuterapija. Id-doża ta’ Temomedac tista’ tkun ittardjata jew imwaqqfa, skond l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek u kemm tiflaħ tieħu l-mediċina waqt il-fażi konkomitanti.

      Meta r-radjuterapija tkun kompleta, twaqqaf il-kura għal 4 ġimgħat. Dan jagħtik ftit żmien sabiex ġismek jerġa’ jirkupra.

      Imbagħad ser tibda il-fażi ta’ monoterapija.


      Waqt il-fażi ta’ monoterapija id-doża u l-mod kif tingħata Temomedac f’din l-fażi ser tkun differenti. Ittabib tiegħek ser jikkalkula d-doża eżatta għalik. Jista’ jkun hemm sa 6 perijodi ta’ kura (ċikli). Kull wieħed idum 28 jum. Ser tieħu d-doża l-ġdida ta’ Temomedac waħedha darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem (“ġranet tad-doża”) ta’ kull ċiklu. L-ewwel doża se tkun ta’ 150 mg/m². Imbagħad ikollok 23 jum mingħajr Temomedac. Dan b’kollox ikun ċiklu ta’ kura ta’ 28 jum. Wara jum 28, jibda ċ-ċiklu li jmiss. Ser terġa’ tieħu Temomedac darba kuljum għal ħamest ijiem segwit bi 23 jum mingħajr Temomedac.

      Id-doża ta’ Temomedac tista’ tkun irranġata, ittardjata jew imwaqqfa għal kollox skond il-għadd taċ- ċelluli tad-demm tiegħek u/jew kemm tkun tiflaħ għall-mediċina tiegħek f’kull ċiklu ta’ kura.

      Pazjenti b’tumuri li reġgħu ħarġu jew aggravaw (glijoma malinna, bħal glijoblastoma multiforme jew astroċitoma anaplastika) li qed jieħdu Temomedac biss


      Ċiklu ta’ kura b’Temomedac jinkludi 28 jum.

      Ser tieħu Temomedac waħdu darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem. Din id-doża ta’ kuljum tiddependi fuq jekk irċevejtx kimoterapija minn qabel jew le.


      Jekk qatt ma kellek kura b’kimoterapija, l-ewwel doża ta’ Temomedac se tkun ta’ 200 mg/m² darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem. Jekk xi darba qabel kellek kura b’kimoterapija, l-ewwel doża ta’ Temomedac se tkun ta’ 150 mg/m² darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem.

      Imbagħad ser jkollok 23 jum mingħajr Temomedac. Dan jammonta għal ċiklu ta’ kura ta’ 28 jum.


      Wara jum 28, jibda ċ-ċiklu li jmiss. Ser terġa tirċievi Temomedac darba kuljum għal ħamest ijiem, segwit minn 23 jum mingħajr Temomedac.


      Qabel kull ċiklu ġdid ta’ kura, id-demm tiegħek jiġi eżaminat bex jaraw jekk id-doża ta’ Temomedac għandhiex bżonn tinbidel. Skond ir-riżultati tat-testijiet tad-demm, it-tabib jista’ jirranġa d-doża għaċċiklu li jmiss.


      Kif għandek tieħu Temomedac


      Ħu d-doża ta’ Temomedac li ordnawlek darba kuljum, l-aħjar kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata.


      Ħu l-kapsuli fuq stonku vojt; per eżempju, mill-anqas siegħa qabel ma tkun biħsiebek tieħu

      l-kolazzjon. Ibla’ l-kapsula(i) sħiħa/sħaħ ma’ tazza ilma. Tiftaħx, tfarrakx u tomgħodx il-kapsuli. Jekk

      kapsula tkun imxaqqa, evita kuntatt tat-trab mal-ġilda, l-għajnejn jew l-imnieħer. Jekk inti bi żball iddaħħal xi ftit f’għajnejk jew f’imnieħrek, laħlaħ il-parti bl-ilma.

      Skond id-doża li jordnawlek, jista’ jkollok bżonn tieħu aktar minn kapsula waħda f’daqqa, u mażżmien b’qawwiet differenti (kontenut tas-sustanza attiva, f’mg). Il-kulur u l-immarkar tal-kapsula huwa differenti għal kull qawwa (ara t-tabella hawn taħt).


      Qawwa

      Kulur/immarkar

      Temomedac 5 mg

      żewġ strixxi b’linka ħadra fuq l-għatu u “T 5 mg”

      b’linka ħadra fuq il-korp

      Temomedac 20 mg

      żewġ strixxi b’linka oranġjo fuq l-għatu u “T

      20 mg” b’linka oranġjo fuq il-korp

      Temomedac 100 mg

      żewġ strixxi b’linka roża fuq l-għatu u “T 100 mg”

      b’linka roża fuq il-korp

      Temomedac 140 mg

      żewġ strixxi b’linka blu fuq l-għatu u “T 140 mg”

      b’linka blu fuq il-korp

      Temomedac 180 mg

      żewġ strixxi b’linka ħamra fuq l-għatu u “T

      180 mg” b’linka ħamra fuq il-korp

      Temomedac 250 mg

      żewġ strixxi b’linka sewda fuq l-għatu u “T

      250 mg” b’linka sewda fuq il-korp


      Għandek taċċerta ruħek li tifhem eżattament u tiftakar dan li ġej:

    • kemm għandek bżonn tieħu kapsuli fil-ġranet tad-doża. Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar biex jiktbuhielek (inkluż il-kulur).

    • liema ġranet huma l-jiem tad-doża.

      Irrevedi d-doża mat-tabib tiegħek kull darba li tibda ċiklu ġdid, minħabba li tista’ tkun differenti mill- aħħar ċiklu.


      Dejjem għandek tieħu Temomedac skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Jekk tiżbalja l-mod kif tieħu din il-mediċina, jista’ jkun hemm konsegwenzi serji għal saħħtek.

      Jekk tieħu Temomedac aktar milli suppost

      Jekk b’mod aċċidentali tieħu aktar kapsuli Temomedac milli kellek tieħu, ikkuntattja lit-tabib, lill-

      ispiżjar jew l-infermier tiegħek minnufih.


      Jekk tinsa tieħu Temomedac

      Ħu d-doża li nsejt kemm jista’ jkun malajr fl-istess ġurnata. Jekk tgħaddi ġurnata sħiħa, iċċekkja mattabib tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu, sakemm it- tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

    • reazzjonijiet allergiċi serji (sensittività eċċessiva) (infafet, tħarħir jew xi problemi biex tieħu n- nifs),

    • emorraġija bla kontroll,

    • aċċessjonijiet (konvulżjonijiet),

    • deni,

    • tkexkix ta’ bard,

    • uġigħ ta’ ras li ma jkunx irid jgħaddi.


      It-trattament b’Temomedac jista’ jikkawża tnaqqis f’ċerti tipi ta’ ċelluli tad-demm. Dan jista’ jikkawżalek żjieda fit-tbenġil jew emorraġija, anemija (nuqqas ta’ ċelluli ħomor tad-demm), deni, u tnaqqis firreżistenza għall-infezzjonijiet. It-tnaqqis taċ-ċelluli tad-demm normalment ma jdumx. F’xi każijiet jista’ jieħu fit-tul u jista’ jwassal għal forma serja ta’ anemija (anemija aplastika). It-tabib tiegħek għandu jeżaminalek d-demm tiegħek b’mod regolari għal xi tibdil, u ser jiddeċiedi jekk xi trattament speċifiku jkunx meħtieġ. F’xi każijiet, id-doża ta’ Temomedac tiegħek titnaqqas jew il-kura titwaqqaf.


      Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati huma elenkati hawn taħt:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10 ) huma:

      • telf t’aptit, diffikultà biex titkellem, uġigħ ta’ ras

      • rimettar, dardir, dijarea, stitikezza

      • raxx, telf ta’ xagħar

      • għeja


        Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 ) huma:

      • infezzjonijiet, infezzjonijiet fil-ħalq

      • numru mnaqqas ta’ ċellui tad-demm (newtropenija, limfopenija, tromboċitopenija)

      • reazzjoni allerġika

      • żieda fiz-zokkor fid-demm

      • indeboliment fil-memorja, depressjoni, ansjetà, konfużjoni, ma tkunx tista’ torqod jew ma tkunx tista’ tibqa’ rieqed/rieqda

      • indeboliment fil-koordinazzjoni u l-bilanċ

      • diffikultà biex tikkonċentra, bidla fl-istat mentali jew fl-attenzjoni, tinsa’

      • sturdament, sensazzjonijiet indeboliti, sensazzjonijiet ta’ tingiż, rogħda, togħma mhux normali

      • telf parzjali tal-vista, vista mhux normali, vista doppja, uġigħ fl-għajn

      • truxija, żarżir fil-widnejn, uġigħ fil-widna

      • tagħqid ta’ demm fil-pulmun jew fir-riġlejn, pressjoni għolja

      • pulmonite, qtugħ ta’ nifs, bronkite, sogħla, infjammazzjoni fis-sinusis

      • uġigħ fl-istonku jew fl-addome, stonku mqalleb/ħruq ta’ stonku, diffikultà biex tibla’

      • ġilda xotta, ħakk

      • ħsara fil-muskoli, dgħufija fil-muskoli, uġigħ u weġgħat fil-muskoli

      • ġogi juġgħu, uġigħ fid-dahar

      • tagħmel l-awrina b’mod frekwenti, diffikultà biex iżżomm l-awrina

      • deni, sintomi bħal tal-influwenza, uġigħ, tħossok ma tiflaħx, riħ jew influwenza

      • żamma ta’ fluwidu, riġlejn minfuħa

      • żieda fil-livelli tal-enzimi tal-fwied

      • telf ta’ piż, żieda fil-piż

      • korriment ikkawżat minn radjazzjoni


        Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 ) huma:

      • infezzjonijiet fil-moħħ (meningoenċefalite erpetika) inklużi każijiet fatali

      • infezzjonijiet ġodda jew attivati mill-ġdid ta’ ċitomegalovirus

      • infezzjonijiet f’ferita

      • infezzjonijiet attivati mill-ġdid tal-virus tal-epatite B

      • kanċers sekondarji inkluża lewkimja

      • għadd imnaqqas ta’ ċelluli tad-demm (panċitopenija, anemija, lewkopenija)

      • dbabar ħomor taħt il-ġilda

      • dijabete insipidus (sintomi jinkludu żieda fl-għamil tal-awrina u tħossok bil-għatx), livell baxx

        ta’ potassium fid-demm

      • bidliet fil-burdata, alluċinazzjoni

      • paraliżi parzjali, bidla fis-sens tax-xamm

      • għajnejn xotti

      • indeboliment fis-smigħ, infezzjoni fil-parti tan-nofs tal-widna

      • palpitazzjonijiet (meta inti tista’ tħoss qalbek tħabbat), fwawar sħan

      • stonku minfuħ, diffikultà biex tikkontrolla l-ippurgar, murliti, ħalq xott

      • epatite u ħsara fil-fwied (inkluża insuffiċjenza fatali tal-fwied), kolestasi, żieda fil-bilirubin

      • infafet fuq il-ġisem jew fil-ħalq, taqxir tal-ġilda, żbroff fil-ġilda, ġilda tiħmar u tuġgħa, raxx sever b’nefha fil-ġilda (inklużi l-keff tal-id u l-pala tas-sieq)

      • żieda fis-sensittività għadd-dawl tax-xemx, urtikarja (ħorriqija), żieda fil-ħruġ tal-għaraq, bidla

        fil-kulur tal-ġilda

      • diffikultà biex tagħmel l-awrina

      • ħruġ ta’ demm mill-vaġina, irritazzjoni fil-vaġina, menstruazzjoni li ma sseħħx jew tkun qawwija, uġigħ fis-sider, impotenza sesswali

      • rogħda, nefħa fil-wiċċ, bidla fil-kulur tal-ilsien, għatx, disturb fis-snien


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi

      image

      effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

      sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Temomedac


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal, l-aħjar f’armarju maqful. Jekk jibilgħuh b’mod aċċidentali jista’ joqtolhom.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 °C.

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

    Żomm il-flixkun magħluq sewwa.

    Għid lill-ispiżjar jekk tinnota xi tibdil fid-dehra tal-kapsuli.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Temomedac

kontenut tal-kapsula:

anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid (ara sezzjoni 2 “Temomedac fih lactose”).

qoxra tal-kapsula (li tinkudi l-linka tal-istampar):

Temomedac 5 mg kapsuli ibsin: gelatin, titanium dioxide (E 171), shellac, propylene glycol, Indigo carmine (E 132) aluminium lake, yellow ironoxide (E 172).

Temomedac 20 mg kapsuli ibsin: gelatin, titanium dioxide (E 171), shellac, propylene glycol,

Sunset yellow FCF Aluminium Lake (E 110).

Temomedac 100 mg kapsuli ibsin: gelatin, titanium dioxide (E 171), red iron oxide (E 172),

shellac, propylene glycol, yellow iron oxide (E 172).

Temomedac 140 mg kapsuli ibsin: gelatin, titanium dioxide (E 171), shellac, propylene glycol, Indigo carmine (E 132) aluminium lake.

Temomedac 180 mg kapsuli ibsin: gelatin, titanium dioxide (E 171), shellac, propylene glycol,

red iron oxide (E 172).

Temomedac 250 mg kapsuli ibsin: gelatin, titanium dioxide (E 171), shellac, propylene glycol,

black iron oxide (E 172).


Kif jidher Temomedac u l-kontenut tal-pakkett


Temomedac 5 mg kapsuli ibsin għandhom korp abjad opak u għatu b’żewġ strixxi b’linka ħadra fuq l- għatu u b’“T 5 mg” b’linka ħadra fuq il-korp.


Temomedac 20 mg kapsuli ibsin għandhom korp abjad opak u għatu b’żewġ strixxi b’linka oranġjo fuq l-għatu u b’“T 20 mg” b’linka oranġjo fuq il-korp.


Temomedac 100 mg kapsuli ibsin għandhom korp abjad opak u għatu b’żewġ strixxi b’linka roża fuq

l-għatu u b’“T 100 mg” b’linka roża fuq il-korp.


Temomedac 140 mg kapsuli ibsin għandhom korp abjad opak u għatu b’żewġ strixxi b’linka blu fuq l- għatu u b’“T 140 mg” b’linka blu fuq il-korp.


Temomedac 180 mg kapsuli ibsin għandhom korp abjad opak u għatu b’żewġ strixxi b’linka ħamra fuq

l-għatu u b’“T 180 mg” b’linka ħamra fuq il-korp.


Temomedac 250 mg kapsuli ibsin għandhom korp abjad opak u għatu b’żewġ strixxi b’linka sewda fuq

l-għatu u b’“T 250 mg” b’linka sewda fuq il-korp.


Il-kapsuli ibsin għall-użu orali jingħataw fi fliexken tal-ħġieġ ta’ lewn kannella li fihom 5 jew

20 kapsula.


Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


medac

Gesellschaft für klinische Spezialpräparate mbH Theaterstr. 6

22880 Wedel

Il-Ġermanja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini .