Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Myozyme
alglucosidase alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Myozyme 50 mg, trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Alglucosidase alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Myozyme u l-kontenut tal-pakkett

Myozyme hu trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni f’kunjett (50 mg/kunjett). Kull pakkett fih 1, 10 jew 25 kunjett. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


It-trab hu ta’ kulur minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Wara r-rikostituzzjoni, isir soluzzjoni ċara, bla kulur sa isfar ċar, li jista’ jkun fiha l-frak. Is-soluzzjoni rikostitwita trid tkun dilwita b’mod addizzjonali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detenturtal-Awtorizzazzjonigħat-Tqegħidfis-Suq Genzyme Europe B.V.

Paasheuvelweg 25

1105 BP Amsterdam

L-Olanda


Manifattur

Genzyme Ireland Limited, IDA Industrial Park, Old Kilmeaden Road, Waterford, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien/ Luxembourg/Luxemburg Sanofi Belgium

Tél/Tel: + 32 2 710 54 00

Lietuva

Swixx Biopharma UAB Tel: +370 5 236 91 40


България

Swixx Biopharma EOOD Тел.: +359 (0)2 4942 480

Magyarország SANOFI-AVENTIS Zrt. Tel: +36 1 505 0050


Česká republika sanofi-aventis, s.r.o. Tel: +420 233086 111

Malta

Sanofi S.r.l.

Tel: +39 02 39394275


Danmark

Sanofi A/S

Tlf: +45 45 16 70 00

Nederland

Genzyme Europe B.V. Tel: +31 20 245 4000


Deutschland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Tel.: 0800 04 36 996

Tel. aus dem Ausland: +49 69 305 70 13

Norge

sanofi-aventis Norge AS Tlf: + 47 67 10 71 00


Eesti

Swixx Biopharma OÜ Tel: +372 640 10 30

Österreich

sanofi-aventis GmbH Tel: + 43 1 80 185 – 0


Ελλάδα

sanofi-aventis AEBE Τηλ: +30 210 900 1600

Polska

sanofi-aventis Sp. z o.o. Tel.: +48 22 280 00 00


España

sanofi-aventis, S.A.

Tel: +34 93 485 94 00

Portugal

Sanofi – Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 35 89 400


France

sanofi-aventis France Tél: 0 800 222 555

Appel depuis l’étranger: +33 1 57 63 23 23

România

Sanofi Romania SRL

Tel: +40 (0) 21 317 31 36


Hrvatska

Swixx Biopharma d.o.o. Tel: +385 1 2078 500

Slovenija

Swixx Biopharma d.o.o. Tel: +386 1 235 51 00


Ireland

Sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Slovenská republika Swixx Biopharma s.r.o. Tel: +421 2 208 33 600


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Suomi/Finland

Sanofi Oy

Puh/Tel: + 358 201 200 300

Italia

Sanofi S.r.l.

Tel: 800536389

Sverige

Sanofi AB

Tel: +46 (0)8 634 50 00


Κύπρος

C.A. Papaellinas Ltd. Τηλ: +357 22 741741

United Kingdom (Northern Ireland) sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +44 (0) 800 035 2525


Latvija

Swixx Biopharma SIA Tel: +371 6 616 47 50


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


eu/. Hemm ukoll links għal sit elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

--

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Struzzjonijiet għall-użu – rikostituzzjoni, dilwizzjoni u għoti


Myozyme għandu jkun rikostitwit bl-ilma għall-injezzjonijiet, imbagħad dilwit b’sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni u mbagħad jingħata permezz ta’ infużjoni ġol-vini. Ir- rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni għandhom jitwettqu b’konformità mar-regoli ta’ prattika tajba, partikularment fir-rigward ta’ asepsis.


Minħabba n-natura proteinaceous tal-prodott, jista’ jifforma frak fis-soluzzjoni rikostitwita u fil-boroż ta’ l-infużjoni finali. Għalhekk, filtru in-line low protein binding ta’ 0.2 micron għandu jintuża għall- għoti. Kien muri li l-użu ta’ filtru in-line ta’ 0.2 micron ineħħi partikuli viżibbli u ma jirriżultax f’telf apparenti ta’ proteina jew attività.


Stabbilixxi n-numru ta’ kunjetti li ser ikunu rikostitwiti, ibbażat fuq il-kors tad-doża tal-pazjent individwali (mg/kg) u neħħi l-kunjetti meħtieġa mill-friġġ sabiex tħallihom jilħqu t-temperatura tal- kamra (madwar 30 minuta). Kull kunjett ta’ Myozyme hu għall-użu ta’ darba biss.


Uża t-teknika asettika


Hu rakkomandat li tibda l-għoti tas-soluzzjoni dilwita fi żmien tliet sigħat. Il-ħin totali bejn ir- rikostituzzjoni u t-tlestija ta’ l-infużjoni m’għandux jaqbeż l-24 siegħa.


Il-kors tad-doża rakkomandat ta’ Myozyme hu ta’ 20 mg/kg ta’ piż tal-ġisem, mogħti darba kull ġimagħtejn bħala infużjoni ġol-vini.


L-infużjonijiet għandhom jingħataw b’mod inkrementali. Hu rakkomandat li l-infużjoni tinbeda b’rata inizjali ta’ 1 mg/kg/siegħa u tiżdied gradwalment b’2 mg/kg/siegħa kull 30 minuta jekk ma jkun hemm l-ebda sinjali ta’ reazzjonijiet assoċjati ma’ l-infużjoni (IARs) sakemm tintlaħaq rata massima ta’

7 mg/kg/siegħa.