Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ranexa (previously Latixa)
ranolazine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Ranexa 375 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod Ranexa 500 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod Ranexa 750 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ranolazine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


sirolimus, everolimus) minħabba li t-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jbiddel id-doża ta’ din il- mediċina waqt li tkun qed tieħu Ranexa.


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


Ranexa ma’ l-ikel u max-xorb

Ranexa tista’ tittieħed ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Waqt li qiegħed tiġi kkurat b’Ranexa, m’għandekx tixrob meraq tal-grejpfrut.


Tqala

Jekk inti tqila, m’għandekx tieħu Ranexa sakemm it-tabib tiegħek ma takx il-parir li tagħmel dan.


Treddigħ

Jekk qegħda tredda’ m’għandekx tieħu Ranexa. Itlob parir lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tredda'.


Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob l-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ma sar l-ebda studju fuq l-effetti ta’ Ranexa fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Itlob parir mingħand it-tabib tiegħek dwar is-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

Ranexa tista’ tikkaġuna effetti sekondarji bħalma huma sturdament (komuni), vista mċajpra (mhux komuni), stat konfużjonali (mhux komuni), alluċinazzjoni (mhux komuni), vista doppja (mhux komuni), problemi fil-koordinazzjoni (rari), li jistgħu jeffetwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tuża magni. Jekk tesperjenza dawn is-sintomi, issuqx jew tħaddimx magni sakemm ikunu rrisolvew kompletament.


Il-pilloli ta’ Ranexa 750 mg li jerħu l-mediċina bil-mod fihom is-sustanza ta’ kulur azo E102. Din is-sustanza ta’ kulur tista’ tikkaġuna reazzjonijiet allerġiċi.


Il-pilloli ta’ Ranexa 750 mg li jerħu l-mediċina bil-mod fihom lactose monohydrate. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod, li

tista’tgħid hija essenzjalment ‘mingħajr sodium’.


  1. Kif għandek tieħu RANEXA


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dejjem ibla’ l-pilloli sħaħ ma’ l-ilma. Tgħaffiġx, terdagħx, jew togħmodx il-pilloli jew taqsamhomx

    minn nofs, għaliex dan jista’ jaffettwa l-mod kif il-mediċina tinħeles minn ġol-pilloli għal ġo ġismek.


    Id-doża tal-bidu għall-adulti hija pillola ta’ 375 mg darbtejn kuljum. Wara 2−4 ġimgħat, it-tabib tiegħek jista’ jżid id-doża biex jikseb l-effett it-tajjeb. Id-doża massima ta’ Ranexa hija 750 mg darbtejn kuljum.


    Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi effetti sekondarji bħalma huma sturdament jew tħossok imdardar jew jekk tirremetti. It-tabib tiegħek jista’ jbaxxi d-doża tiegħek jew, jekk dan mhuwiex biżżejjed, iwaqqaf il-kura b’Ranexa.


    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

    Tfal u adoloxxenti taħt it-18-il sena ma għandhomx jieħdu Ranexa.


    Jekk tieħu Ranexa aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tieħu żżejjed pilloli Ranexa jew tieħu doża aktar għolja milli rrakkomanda t-tabib tiegħek, huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk ma tistax taqbad lit-tabib tiegħek,

    mur fl-eqreb dipartiment ta’ l-emerġenza. Ħu miegħek kwalunkwe pillola li jkun baqalek, inklużi

    l-kontenitur u l-kartuna, sabiex l-impjegati ta’ l-isptar ikunu jistgħu jagħrfu malajr xi tkun ħadt.


    Jekk tinsa tieħu Ranexa

    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha mill-aktar fis kif tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin tad-doża ta’ wara. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


  2. Effetti sekondarji li jista’ jkollu


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

    Huma ġeneralment ħfief jew moderati.


    Għandek tieqaf tieħu Ranexa u tara lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza s-sintomi li ġejjin ta’ anġjoedima, li hija kundizzjoni rari iżda li tista’ tkun severa:

    • Wiċċ, ilsien jew ġerżuma minfuħin

    • Diffikultà biex tibla’

    • Urtikarja jew diffikultà biex tieħu n-nifs

      Għid lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza effetti sekondarji komuni bħalma huma sturdament jew dardir

      jew remettar. It-tabib tiegħek jista’ jbaxxi d-doża tiegħek jew iwaqqaf il-kura b’Ranexa.


      Effetti sekondarji oħra li tista’ tesperjenza jinkludu dawn li ġejjin:


      Effetti sekondarji komuni (iseħħu f’1 sa 10 pazjenti minn kull 100) huma: Stitikezza

      Sturdament

      Uġigħ ta’ ras

      Dardir, rimettar

      Tħossok dgħajjef


      Effetti sekondarji mhux komuni (iseħħu f’1 sa 10 pazjenti minn kull 1,000) huma:

      Sensazzjoni mibdula Ansjetà, diffikultà fl-irqad

      Viżjoni mċajpra, disturbi viżwali, stat konfużjonali, alluċinazzjoni

      Bidliet f’sensazzjoni (mess jew togħma), rogħda, għeja jew bla ħeġġa, ngħas, tħossok se jħossok ħażin, sturdament malli tqum

      Awrina skura, demm fl-awrina, diffikultà biex tgħaddi l-awrina

      Deidratazzjoni

      Diffikultà fit-teħid tan-nifs, sogħla, fsada fl-imnieħer

      Vista doppja

      Ħruġ eċċessiv ta’ għaraq, ħakk Tħossok minfuħ jew mimli bl-ilma Fwawar, pressjoni tad-demm baxxa

      Żidiet f’sustanza msejjħa kreatinina jew żidiet fil-ureja f’demmek, żieda fil-platelets tad-demm jew

      fiċ-ċelloli tad-demm bojod, tibdil fl-intraċċar tal-qalb bl-ECG

      Nefħiet fil-ġogi, uġigħ fl-estremità Telf ta’ aptit u/jew telf ta’ piż

      Bugħawwieġ, dgħufija fil-muskoli

      Ċempil fil-widnejn u/jew sensazzjoni ta’ tidwir

      Skumdità jew uġigħ fl-istonku, indiġestjoni, ħalq xott, jew gass


      Effetti sekondarji rari (iseħħu f’1 sa 10 utenti minn kull 10,000) huma:

      Valuri tal-laboratorju annormali għal fwied

      Bidla fis-sens tax-xamm, tirżiħ fil-ħalq jew xofftejn, smigħ indebolit Għaraq kiesaħ, raxx

      Problemi tal-koordinazzjoni

      Inżul tal-pressjoni tad-demm malli wieħed iqum bil-wieqfa Tnaqqis jew telf tas-sensi

      Disorjentazzjoni

      Sensazzjoni ta’ kesħa fl-idejn u r-riġlejn Ħorriqija, reazzjoni allerġika tal-ġilda Impotenza

      Ma tkunx tista’ timxi minħabba żbilanċ

      Infjammazzjoni tal-pankreas jew intestini Telf tal-memorja,

      Skumdità fil-griżmejn

      Livell baxx ta’ sodjum fid-demm (iponatrimja) li tista’ tikkawża għeja u konfużjoni, ġbid

      involontarju tal-muskoli, bugħawwiġijiet u koma.


      Effetti sekondarji mhux magħrufa (ma istax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data) huma: Mijoklonus


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen RANEXA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq kull folja ta’ pilloli u fuq in-naħa ta’ barra

    tal-kartuna u l-flixkun.


    Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fiha Ranexa

Is-sustanza attiva f’Ranexa hija ranolazine. Kull pillola fiha 375 mg, 500 mg, jew 750 mg ta’ ranolazine.


Is-sustanzi l-oħra huma: hypromellose, magnesium stearate, methacrylic acid-ethyl acrylate copolymer, microcrystalline cellulose, sodium hydroxide, titanium dioxide u carnauba wax.


Jiddependi fuq il-qawwa tal-pillola, il-kisjiet tal-pilloli fihom ukoll:

Pillola 375 mg: macrogol, polysorbate 80, Blu #2/Indigo Carmine Aluminium Lake (E132) Pillola 500 mg: macrogol, talc, polyvinyl alcohol-part hydrolyzed, iron oxide yellow (E172), iron oxide red (E172)

Pillola 750 mg: glycerol triacetate, lactose monohydrate, Blu #1/Brilliant Blue FCF Aluminium Lake (E133) and Isfar #5/Tartrazine Aluminium Lake (E102)


Id-Dehra ta’ Ranexa u l-kontenuti tal-pakkett:

Ranexa huma pilloli ovali li jerħu l-mediċina bil-mod.

Il-pilloli ta’ 375 mg huma ċelesti u minquxin b’CVT375 jew 375 fuq naħa waħda.

Il-pilloli ta’ 500 mg huma oranġjo ċari u minquxin b’CVT500 jew 500 fuq naħa waħda.

Il-pilloli ta’ 750 mg huma ħodor ċari u minquxin b’CVT750 jew 750 fuq naħa waħda.


Ranexa hija fornuta f’pakketti li fihom 30, 60, jew 100 pillola fi folji jew 60 pillola fi fliexken tal-plastik. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

1, Avenue de la Gare, L-1611 Luxembourg, Il-Lussemburgu


Manifattur


Menarini - Von Heyden GmbH

Leipziger Straβe 7-13

01097 Dresden Il-Ġermanja


jew


Berlin-Chemie AG

Glienicker Weg 125

12489 Berlin Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.:


België/Belgique/Belgien Menarini Benelux NV/SA Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545

Lietuva

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI BALTIC”

Tel: +370 52 691 947


България

“Берлин-Хеми/А. Менарини България” ЕООД

тел.: +359 2 454 0950

Luxembourg/Luxemburg Menarini Benelux NV/SA Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545


Česká republika

Berlin-Chemie/A.Menarini Ceska republika s.r.o.

Tel: +420 267 199 333

Magyarország

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

Tel.: +36 23501301


Danmark

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

Tel: +352 264976


Deutschland

Berlin-Chemie AG Tel: +49 (0) 30 67070

Malta

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

Tel: +352 264976

Nederland

Menarini Benelux NV/SA Tel: +32 (0)2 721 4545


Eesti

OÜ Berlin-Chemie Menarini Eesti Tel: +372 667 5001


Ελλάδα MENARINI HELLAS AE Τηλ: +30 210 8316111-13

Norge

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

Tlf: +352 264976


Österreich

A. Menarini Pharma GmbH. Tel: +43 1 879 95 85-0


España

Laboratorios Menarini S.A. Tel: +34-93 462 88 00

Polska

Berlin-Chemie/Menarini Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 566 21 00


France

MENARINI France Tél: +33 (0)1 45 60 77 20

Portugal

A. Menarini Portugal – Farmacêutica, S.A. Tel: +351 210 935 500


Hrvatska

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Tel: + 385 1 4821 361

România

Berlin-Chemie A. Menarini S.R.L. Tel: +40 211 232 34 32

Ireland

A. Menarini Pharmaceuticals Ltd Tel: +353 1 284 6744


Ísland

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

Sími: +352 264976

Slovenija

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 01 300 2160


Slovenská republika

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Slovakia s.r.o

Tel: +421 2 544 30 730


Italia

  1. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l.

    Tel: +39-055 56801

    Suomi/Finland

    Berlin-Chemie/A.Menarini Suomi OY Puh/Tel: +358 403 000 760


    Κύπρος MENARINI HELLAS AE Τηλ: +30 210 8316111-13

    Sverige

    Menarini International Operations Luxembourg S.A.

    Tel: +352 264976


    Latvija

    SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic Tel: +371 67103210

    United Kingdom (Northern Ireland)

    1. Menarini Farmaceutica Internazionale S.R.L. Tel: +44 (0)1628 856400


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi


/.