Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Olanzapine Mylan
olanzapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


OLANZAPINE MYLAN 2.5 mg, pilloli miksija OLANZAPINE MYLAN 5 mg, pilloli miksija OLANZAPINE MYLAN 7.5 mg, pilloli miksija OLANZAPINE MYLAN 10 mg, pilloli miksija OLANZAPINE MYLAN 15 mg, pilloli miksija OLANZAPINE MYLAN 20 mg, pilloli miksija Olanzapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhi OLANZAPINE MYLAN u għalxiex tintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu OLANZAPINE MYLAN

  3. Kif għandek tieħu OLANZAPINE MYLAN

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen OLANZAPINE MYLAN

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu OLANZAPINE MYLAN u gћalxiex jintuża


    Olanzapine Mylan fih is-sustanza attiva olanzapine. OLANZAPINE MYLAN jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa antipsikotiċi u hija użata fil-kura ta’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:


    • Skizofrenija, marda b’sintomi bħal li tisma’, li tara jew li tħoss affarijiet li mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b’din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

    • Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċitament jew ewforija.


      Ġie muri li OLANZAPINE MYLAN jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti bipolari, fejn l-episodju ta’ manija rrisponda għall-kura b’olanzapine.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ZYPREXA Tiħux OLANZAPINE MYLAN:

    • Jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal olanzapine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista’ tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtuħ ta’ nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

    • Jekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta’ glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-għajn).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu OLANZAPINE MYLAN

    • L-użu ta’ OLANZAPINE MYLAN f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji

    • Mediċini ta’ dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien mhux tas-soltu.

      Jekk jiġri hekk wara li tkun ingħatajt OLANZAPINE MYLAN għid lit-tabib tiegħek.

    • Rari ħafna, mediċini ta’ dan it-tip jikkawżaw taħlita ta’ deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit tabib tiegħek minnufih.

    • Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu OLANZAPINE MYLAN. Il-piż

      tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

    • Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu

    f’pazjenti li qed jieħdu OLANZAPINE MYLAN. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu OLANZAPINE MYLAN u b’mod regolari waqt il-kura.

    • Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm.


    Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli:


    • Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta’ puplesija)

    • Mard ta’ Parkinson

    • Problemi tal-prostata

    • Intestin ibblokkat (Ileus paralitiku)

    • Mard tal-fwied jew tal-kliewi

    • Disturbi tad-demm

    • Mard tal-qalb

    • Dijabete

    • Aċċessjonijiet

      image

      image

    • Jekk taf li tista’ tkun nieqes mill-melħ minħabba dijarea u rimettar (qed/a taqla’) severi li jkunu fit-tul jew minħabba l­użu fit-tul tad-dijuretiċi (pilloli tal-pipi)


      image

      Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabUib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “żgħira”.


      Bħala prekawzjoni ta’ rutina, jekk għandek ’l fuq minn 65 sena l-pressjoni tiegħek tista’ tiġi eżaminata

      mit-tabib tiegħek.


      Tfal u adolexxenti

      OLANZAPINE MYLAN mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u OLANZAPINE MYLAN:

      Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu OLANZAPINE MYLAN jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’. Jista’ jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu OLANZAPINE MYLAN flimkien ma’ anti- dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

      • mediċini għall-marda ta’ Parkinson.

      • Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista’ jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta’ OLANZAPINE MYLAN.


    OLANZAPINE MYLAN mal-alkoħol

    Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu OLANZAPINE MYLAN għax OLANZAPINE MYLAN u l-alkoħol flimkien jistgħu iħeddluk.

    Tqala u Treddigħ

    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ OLANZAPINE MYLAN jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.


    Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw OLANZAPINE MYLAN fl- aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata OLANZAPINE MYLAN. Jekk jiġrilek hekk issuqx

    u m’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek


    OLANZAPINE MYLAN fiha lactose u soya lecithin:

    Jekk it-tabib tieħek qallek li għandek intolleranza għal xi tip ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali. Il-kisja b’rita tal-pillola fiha l-leċitin tas-soja. Jekk għandek allerġija għall-karawett jew għas-soja tieħux dawn il-pilloli.


  3. Kif gћandek tieћu OLANZAPINE MYLAN


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ OLANZAPINE MYLAN u kemm għandek iddum tieħodhom. Id-doża ta’ kuljum ta’ OLANZAPINE MYLAN hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu OLANZAPINE MYLAN sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek.


    Għandek tieħu l-pilloli OLANZAPINE MYLAN darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek.

    Ipprova ħu l-pilloli tiegħek kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt.

    Il-pilloli miksija ta’ OLANZAPINE MYLAN huma għall-użu orali. Għandek tibla’ l-pilloli

    OLANZAPINE MYLAN sħaħ bl-ilma.


    Jekk tieħu OLANZAPINE MYLAN aktar milli suppost

    Pazjenti li ħadu iżjed OLANZAPINE MYLAN milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin: tħabbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tnaqqis fil-frekwenza ta’ nifsijiet, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntatja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.


    Jekk tinsa tieħu OLANZAPINE MYLAN:

    Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux tieħu doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu OLANZAPINE MYLAN

    Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa’ tieħu

    OLANZAPINE MYLAN sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.


    Jekk tieqaf tieħu OLANZAPINE MYLAN f’daqqa, jista’ jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista’ torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.

    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

    • moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

    • ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100

      persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

    • Taħlita kollha flimkien ta’ deni, nifs mgħaġġel, tegħreq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas

    (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jnkludu żieda fil-piż; ngħas; u żidiet fil-livelli ta’ prolactin fid-demm. Fl-ewwel stadji tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f’sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil-livelli ta’ xi ċelluli tad-demm, xaħmijiet fid-demm u kmieni fil-kura, żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied; żidiet fil-livelli ta’ zokkor fid-demm u fl-awrina; żidiet fil-livelli ta’ uric acid u creatine phosphokinase fid- demm; tħossok aktar bil-ġuħ; sturdament; irrekwitezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskinesiji); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi; għeja estrema; retenzjoni tal-ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fil-ġogi; u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil- libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx); dijabete jew aggravament tad-dijabete, xi kultant assoċjata ma’ ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma’ storja medika ta’ aċċessjonijiet (epilessija); ebusija fil-muskoli jew spażmi (li jinkludu movimenti tal-għajnejn); sindromu ta’ saqajn irrikwieti; problemi biex titkellem; temtim; il-qalb tħabbat bil-mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; ħruġ ta’ demm mill-imnieħer; nefħa addominali; tlegħib; telf ta’ memorja jew tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa’ x­xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu li titbaxxa

    t-temperatura normali tal-ġisem; ritmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli;

    infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.


    Effetti sekondarji rari ħafna jinkludu reazzjonijiet allerġiċi bħar-Reazzjoni għall-Mediċini b’Esinofilja u Sintomi Sistematiċi (DRESS). Fil-bidu DRESS tidher b’sintomi bħal tal-influwenza b’raxx fuq il- wiċċ imbagħad b’raxx estiż, temperatura għolja, glandoli limfatiċi minfuħin, livelli ogħla tal-enzimi tal-fwied li jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f’tip ta’ ċelloli bajda tad-demm (esinofilja).


    Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, il- pnewmonja" l-inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żjieda fit-

    temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rapportati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.


    F’pazjenti li għandhom il-marda ta’ Parkinson, OLANZAPINE MYLAN tista’ tagħmel is-sintomi agħar.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

    permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

    sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen OLANZAPINE MYLAN


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew it-tikketta wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżnux f’temperatura ta’ ’l fuq minn 25 °C.


    Fliexken: Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, użah fi żmien 90 jum.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fiha OLANZAPINE MYLAN:

    • Is-sustanza attiva hi l-olanżapin. Kull pillola ta’ l-Olanzapine Mylan fiha jew 2.5 mg, 5 mg,

      7.5 mg, 10 mg, 15 mg jew 20 mg tas-sustanza attiva. L-ammont preċiż hu mniżżel fuq il- pakkett ta’ pilloli ta’ l-Olanzapine Mylan.

    • L-ingredjenti l-oħra huma

(qalba tal-pillola) monoidrat tal-lattożju (ara sezzjoni 2 ’Olanzapine fih il-lactose’), lamtu tal-

qamħirrum, lamtu tal-qamħirrum preġelatinizzat, crospovidone tip A, stjerejt tal-manjeżju u (qoxra tal-pillola) alkol polivinil, diossidu tat-titanju (E171), terra (E553b), leċitin (soja) (E322) (ara sezzjoni 2 ’Olanzapine fih soya lecithin’), gomma xantan (E415).


Id-Dehra ta’ OLANZAPINE MYLAN u l­kontenuti tal-pakkett:

L-Olanzapine Mylan 2.5 mg huma 7.0 mm, tonda, mżaqqa normali, pilloli bojod miksija b’rita b’ “OZ

2.5” imnaqqax fuq naħa waħda u b’“G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 5 mg huma 8.0 mm, tondi, mżaqqa normali, bojod miksijin b’rita imnaqqxa b’ “OZ 5” fuq naħa waħda u b’ “G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 7.5 mg huma 9.0 mm, tonda, mżaqqa normali, pilloli bojod miksija b’rita b’ “OZ

7.5” imnaqqax fuq naħa waħda u b’“G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 10 mg huma 10.2 mm, tondi, mżaqqa normali, imnaqqxa b’ “OZ 10” fuq naħa waħda u b’ “G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 15 mg huma 12.2 mm × 6.7 mm, pilloli miksijin b’rita forma ovali, konvessi normali, bojod imnaqqxa b’“OZ 15” fuq naħa waħda u b’ “G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 20 mg huma 13.4 mm × 7.3 mm, pilloli miksijin b’rita forma ovali, konvessi normali, bojod imnaqqxa b’ “OZ 20” fuq naħa waħda u b’ “G” fuq in-naħa l-oħra.

Folji:

L-Olanzapine Mylan 2.5 mg, 5 mg, 7.5 mg, 15 mg u 20 mg huwa disponibbli f’pakketti li fihom 10,

28, 30, 35, 56, 70 (2 × 35) u 70 pillola miksija b’rita.

Olanzapine Mylan 10 mg jiġi f’pakketti li fihom 7, 10, 28, 30, 35, 56, 70 (2 × 35) u 70 pillola miksija b’rita.


Folji ta’ doża waħda:

L-Olanzapine Mylan tal-2.5 mg, 15 mg u 20 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 28 × 1 pillola miksija b’rita. L-Olanzapine Mylan tal-5 mg u 10 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 28 × 1 u 98 × 1 pillola miksija b’rita.

L-Olanzapine Mylan ta’ 7.5 mg jinbieghu f’pakketti ta’ 28 × 1, 56 × 1, 98 × 1 u 100 × 1 pillola miksija

b’rita.


Fliexken:

L-Olanzapine Mylan tal-2.5 mg u tal-5.0 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 250 u 500 pillola miksija b’rita. L-OlanzapineMylan tal-7.5 mg, tal-15 mg u tal-20 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 100 pilloa miksija

b’rita.

L-Olanzapine Mylan ta’ l-10 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 100 u ta’ 500 pillola miksija b’rita.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Mylan Pharmaceuticals Limited, Damastown Industrial Park, Mulhuddart, Dublin 15, DUBLIN,

L-Irlanda


Manifattur

Gerard Laboratories, 35/36 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, Ireland.

Mylan Hungary Ltd., Mylan utca 1., Komarom, 2900, Ungerija.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 32 (0)2 658 61 00

Lietuva

Mylan Healthcare UAB Tel: +370 5 205 1288


България

Майлан ЕООД

Тел: +359 2 44 55 400

Luxembourg/Luxemburg

Mylan bvba/sprl

Tel: +32 (0)2 658 61 00

(Belgique/Belgien)


Česká republika

Mylan Healthcare CZ s.r.o. Tel: +420 222 004 400

Magyarország

Mylan EPD Kft

Tel: + 36 1 465 2100


Danmark

Viatris ApS

Tlf: +45 28 11 69 32

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd Tel: + 356 21 22 01 74


Deutschland

Mylan Healthcare GmbH

Tel: +49 800 0700 800

Nederland

Mylan BV

Tel: +31 (0)20 426 3300


Eesti

BGP Products Switzerland GmbH Eesti filiaal

Tel: + 372 6363 052

Norge

Viatris AS

Tel: + 47 66 75 33 00

Ελλάδα

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ Τηλ: +30 210 993 6410

Österreich

Arcana Arzneimittel GmbH

Tel: +43 1 416 2418


España

Mylan Pharmaceuticals, S.L Tel: + 34 900 102 712

Polska

Mylan Healthcare Sp. z.o.o. Tel: + 48 22 546 64 00


France

Mylan S.A.S

Tel: +33 4 37 25 75 00

Portugal

Mylan, Lda.

Tel: + 351 21 412 72 56


Hrvatska

Mylan Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 23 50 599

România

BGP Products SRL Tel: +40 372 579 000


Ireland

Mylan Ireland Limited

Tel: +353 1 8711600

Slovenija

Mylan Healthcare d.o.o.

Tel: + 386 1 23 63 180


Ísland

Icepharma hf

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika

Mylan s r.o.

Tel: +421 2 32 199 100


Italia

Mylan Italia S.r.l.

Tel: + 39 02 612 46921

Suomi/Finland

Viatris Oy

Puh/Tel: +358 20 720 9555


Κύπρος

Varnavas Hadjipanayis Ltd

Τηλ: +357 2220 7700

Sverige

Mylan AB

Tel: + 46 855 522 750


Latvija

Mylan Healthcare SIA

Tel: +371 676 055 80

United Kingdom (Northern Ireland)

Mylan IRE Healthcare Limited Tel: +353 18711600


Dan il-fuljett kien rivedut l­aħħar f’{XX/SSSS}.