Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Resolor
prucalopride

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Resolor 1 mg pilloli miksijin b’rita Resolor 2 mg pilloli miksijin b’rita prucalopride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Jekk taqbdek dijarea qawwija ħafna, il-pillola kontraċettiva tista’ ma taħdimx sewwa u għalhekk hu rakkomandat li jintuża metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni. Ara l-istruzzjonijiet fil-fuljett ta’ tagħrif tal-pillola kontraċettiva li qiegħda tieħu.


Mediċini oħra u Resolor

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


Meta tieħu Resolor ma’ l-ikel u max-xorb

Resolor jista’ jittieħed mal-ikel u max-xorb jew fuq stonku vojt, fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata.


Tqala u treddigħ

Resolor mhuwiex rakkomandat għall-użu waqt it-tqala.


Meta tredda’, prucalopride jista’ jgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider. It-treddigħ mhuwiex rakkomandat waqt il-kura b’Resolor. Kellem lit-tabib tiegħek dwar dan.


Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux probabbli li Resolor jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, xi kultant, Resolor jista’ jikkaġuna sturdament u għeja, speċjalment fl-ewwel jum tal-kura, u dan jista’ jkollu effett fuq is-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.


Resolor fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattjah qabel tieħu din il-mediċina.


  1. Kif gћandek tieћu Resolor


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Ħu Resolor kuljum għaż-żmien kollu li jordnalek it-tabib tiegħek.


    It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jerġa’ jevalwa l-kundizzjoni tiegħek u l-benefiċċju tal-kura kontinwa wara l-ewwel 4 ġimgħat u mbagħad f’intervalli regolari.


    Id-doża ta’ Resolor li ssoltu tingħata lill-biċċa l-kbira tal-pazjenti hija pillola waħda ta’ 2 mg darba kuljum.


    Jekk għandek iżjed minn 65 sena jew għandek mard sever tal-fwied, id-doża tal-bidu hi pillola waħda ta’ 1 mg darba kuljum, li t-tabib tiegħek jista’ jżid għal 2 mg darba kuljum jekk ikun hemm bżonn.


    It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda wkoll doża aktar baxxa minn pillola ta’ 1 mg kuljum jekk ikollok mard sever tal-kliewi.


    Li tieħu doża ogħla milli rakkomandat mhix se tagħmel il-prodott jaħdem aħjar.


    Resolor qiegħed biss għall- adulti u m’għandux jittieħed minn tfal u adolexxenti sa 18-il sena.


    Jekk tieħu Resolor aktar milli suppost

    Importanti li tieħu d-doża li jordnalek it-tabib tiegħek. Jekk tkun ħadt Resolor aktar milli suppost, hu possibbli li jaqbduk dijarea, uġigħ ta’ ras u/jew dardir. F’każ ta’ dijarea, aċċerta ruħek li tixrob

    biżżejjed ilma.

    Jekk tinsa tieħu Resolor

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal pillola li tkun insejt tieħu. Sempliċiment ħu d-doża li

    jkun imiss fil-ħin tas-soltu.


    Jekk tieqaf tieħu Resolor

    Jekk tieqaf tieħu Resolor, is-sintomi tal-istitikezza jistgħu jerġgħu jitfaċċaw.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji jseħħu l-aktar fil-bidu tal-kura u ġeneralment jgħibu fi ftit ġranet b’kura li tkompli.


    L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna (jistgħu jafettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10): uġigħ ta’ ras, tħossok ma tiflaħx, dijarrea u wġigħ addominali.


    L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’mod komuni (jistgħu jafettwaw sa persuna 1 minn kull 10): tnaqqis tal-aptit, sturdament, remettar, disturb fid-diġestjoni (dispepsija), gass, ħsejjes mhux normali mill-imsaren, għeja.


    Dehru wkoll l-effetti sekondarji mhux komuni li ġejjin (jistgħu jafettwaw sa persuna 1 minn kull 100): rogħda, qalb tħabbat bil-qawwi, fsada rektali, żieda fil-frekwenza li tgħaddi l-awrina (pollakjurja), deni u ma tħossokx tajjeb. Jekk qalbek tibda tħabbat bil-qawwi, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

    sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonaliimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Resolor


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett tal-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Resolor

Is-sustanza attiva hi prucalopride.

Pillola waħda miksija b’rita ta’ Resolor 1 mg fiha 1 mg ta’ prucalopride (bħala succinate). Pillola waħda miksija b’rita ta’ Resolor 2 mg fiha 2 mg ta’ prucalopride (bħala succinate).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Lactose monohydrate (ara sezzjoni 2), microcrystalline cellulose, colloidal silicon dioxide, magnesium stearate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), macrogol. Il-pillola ta’ 2 mg fiha wkoll iron oxide red (E172), iron oxide yellow (E172), indigo carmine aluminium lake (E132).


Id-Dehra ta’ Resolor u l-kontenuti tal-pakkett

Resolor 1 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli bejn bojod għal abjad jagħti fil-griż, tondi u mmarkati

“PRU 1” fuq naħa waħda.

Resolor 2 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli roża, tondi u mmarkati bi “PRU 2” fuq naħa waħda.


Resolor jiġi f’folja tal-aluminju/folja perforata tal-aluminju ta’ doża waħda (immarkata bil-kalendarju) li fiha 7 pilloli. Kull pakkett fih 7 x 1, 14 x 1, 28 x 1 jew 84 x 1 pillola miksija b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali fil-pajjiż tiegħek.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 Irlanda

Tel: +800 66838470

E-mail: medinfoEMEA@takeda.com


Il-Manifattur Sanico NV Veedijk 59

B-2300 Turnhout Il-Belġju


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi.


image

.