Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Sutent
sunitinib

Fuljett ta tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Sutent 12.5 mg kapsuli ibsin Sutent 25 mg kapsuli ibsin Sutent 37.5 mg kapsuli ibsin Sutent 50 mg kapsuli ibsin sunitinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet


Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Sutent:


- Jekk għandek pressjoni għolja. Sutent jista’ jgħolli l-pressjoni. It-tabib tiegħek jista’ jiċċekjalek il-pressjoni matul it-trattament Sutent, u jekk ikun hemm bżonn, tista’ tingħata mediċini oħra biex tnaqqas il-pressjoni.



- Jekk għandek jew kellek ħsara fl-iżgħar vini/arterji tad-demm magħrufa bħala mikroanġjopatija trombotika (TMA). Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa deni, għeja, tbenġil, fsada, nefħa, konfużjoni, tnaqqis fil-vista u aċċessjonijiet.


- Jekk għandek problemi fil-glandola tat-tirojde. Sutent jista’ jikkawża problemi fil-glandola tat-tirojde. Għid lit-tabib tiegħek jekk tħossok għajjien aktar faċilment, ġeneralment tħoss aktar kesħa minn nies oħra jew leħnek ikun aktar baxx waqt li qed tieħu Sutent. Il-funzjoni tat-tirojde tiegħek għandu jiġi ċċekkjat qabel ma tieħu Sutent u regolarment waqt li tkun qed tieħdu. Jekk il-glandola tat-tirojde ma tkunx qed tipproduċi biżżejjed ormoni tat-tirojde, inti tista’ tkun kkurata sostituzzjoni tal-ormoni tat-tirojde.


- Jekk għandek jew kellek disturbi fil-frixa jew fil-marrara. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi: uġigħ fil-parti tal-istonku (il-parti ta’ fuq tal-addome), nawseja, rimettar, u deni. Dawn jistgħu ikunu ikkawżati minn infjammazjoni tal- frixa jew tal-marrara.



- Jekk għandek jew kellek aċċessjonijiet. Informa lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk ikollok pressjoni għolja, uġigħ ta’ ras jew telf tal-vista.



Kif jidher Sutent u l-kontenut tal-pakkett


Sutent 12.5 mg jiġi bħala kapsuli ibsin tal-ġelatina b’għatu oranġjo u parti ewlenija oranġjo, bil-kelma “Pfizer” miktuba b’linka bajda fuq l-għatu, u “STN 12.5 mg” fuq il-parti ewlenija, li fihom granijiet sofor għal oranġjo.


Sutent 25 mg jiġi bħala kapsuli ibsin tal-ġelatina b’għatu kulur il-karamella u parti ewlenija oranġjo, bil-kelma “Pfizer” miktuba b’linka bajda fuq l-għatu, u “STN 25mg” fuq il-parti ewlenija, li fihom granijiet sofor għal oranġjo.


Sutent 37.5 mg jiġi bħala kapsuli ibsin tal-ġelatina b’għatu isfar u parti ewlenija safra, bil-kelma “Pfizer” miktuba b’linka sewda fuq l-għatu, u “STN 37.5 mg” fuq il-parti ewlenija, li fihom granijiet sofor għal oranġjo.


Sutent 50 mg jiġi bħala kapsuli ibsin tal-ġelatina b’għatu kulur il-karamella u parti ewlenija oranġjo, bil-kelma “Pfizer” miktuba b’linka bajda fuq l-għatu, u “STN 50mg” fuq il-parti ewlenija, li fihom granijiet sofor għal oranġjo.


Jiġi fi fliexken tal-plastik ta’ 30 pillola u f’folji ta’ 28 x 1 kapsula. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq. Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju


Manifattur


Pfizer Italia S.r.l.

Via del Commercio – Zona Industriale - 63100 Marino del Tronto (Ascoli Piceno)

L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg Pfizer NV/SA

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000


Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: +36-1-488-37-00


Česká republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel.: +420 283 004 111

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +356 21344610


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland

PFIZER PHARMA GmbH Tel: +49 (0)30 550055-51000

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E.

Τλ: +30 210 6785 800.

Polska

Pfizer Polska Sp.z.o.o. Tel.:+48 22 335 61 00


España

Pfizer, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

România

Pfizer Romania S.R.L. Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland

Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Ísland

Icepharma hf.

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel.:+ 421 2 3355 5500


Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Kύπρος

Pfizer Ελλάς A.E. (Cyprus Branch) Tηλ.:+ 357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.


.