Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Abseamed
epoetin alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Abseamed 1,000 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 2,000 IU/1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 3,000 IU/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 4,000 IU/0.4 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 5,000 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 6,000 IU/0.6 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 7,000 IU/0.7 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 8,000 IU/0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 9,000 IU/0.9 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 10,000 IU/1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 20,000 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Abseamed 30,000 IU/0.75 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Abseamed 40,000 IU/1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Epoetin alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Kif jidher Abseamed u l-kontenut tal-pakkett


Abseamed hu ppreżentat bħala soluzzjoni għall-injezzjoni ċara u bla kulur f’siringa mimlija għal-lest. Is-siringi huma ssiġillati f’folja.


Preżentazzjoni

Preżentazzjonijiet li Jikkorrispondu fil-Kwantità/Volum għal kull Qawwa

Ammont ta’ epoetin alfa

Siringi mimlijin għal-lest*

2,000 IU/mL:


8.4 mikrogrammi

1,000 IU/0.5 mL

2,000 IU/1 mL

16.8 mikrogrammi

10,000 IU/mL:

3,000 IU/0.3 mL

25.2 mikrogrammi

4,000 IU/0.4 mL

33.6 mikrogrammi

5,000 IU/0.5 mL

42.0 mikrogramma

6,000 IU/0.6 mL

50.4 mikrogrammi

7,000 IU/0.7 mL

58.8 mikrogrammi

8,000 IU/0.8 mL

67.2 mikrogrammi

9,000 IU/0.9 mL

75.6 mikrogrammi

10,000 IU/1 mL

84.0 mikrogramma

40,000 IU/mL:

20,000 IU/0.5 mL

168.0 mikrogramma

30,000 IU/0.75 mL

252.0 mikrogramma

40,000 IU/1 mL

336.0 mikrogramma


*Daqs tal-pakkett ta’ 1, 4 jew 6 siringa/i mimlija għal-lest bi jew mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Medice Arzneimittel Pütter GmbH & Co KG Kuhloweg 37

D-58638 Iserlohn Il-Ġermanja


Manifattur


Sandoz GmbH Biochemiestr. 10

A-6336 Langkampfen L-Awstrija


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini .


------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


Istruzzjonijiet dwar kif tinjetta lilek innifsek (għal pazjenti adulti b’anemija sintomatika kkawżata minn mard tal-kliewi, għal pazjenti li jkunu qed jirċievu kimoterapija, pazjenti adulti skedati biex ikollhom operazzjoni kirurġika, jew pazjenti adulti b’sindromi majelodisplastiċi biss)


Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif għandek tagħti injezzjoni ta’ Abseamed lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek ħlief jekk tkun ingħatajt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermier tiegħek. Abseamed hu pprovdut bi jew mingħajr protezzjoni tas- sigurtà tal-labra, u t-tabib jew l-infermiera tiegħek se juruk kif tużaha. Jekk m’intix ċert/a dwar kif tinjetta, jew jekk ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi it-tabib jew l-infermiera tiegħek biex jgħinuk.


    1. Aħsel idejk.

    2. Neħħi siringa waħda mill-pakkett u neħħi l-għatu protettiv minn fuq il-labra tal-injezzjoni. Is- siringi huma mnaqqxa bi ċrieki ggradati biex tippermetti l-użu parzjali jekk ikun meħtieġ. Kull ċirku ggradat jikkorrispondi għal volum ta’ 0.1 mL. Jekk l-użu parzjali tas-siringa jkun meħtieġ, neħħi s-soluzzjoni li ma jkollokx bżonn qabel l-injezzjoni.

    3. Naddaf il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni bl-użu ta’ biċċa bl-alkoħol.

    4. Ifforma tiwja fil-ġilda billi toqros il-ġilda bejn is-saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej.

    5. Daħħal il-labra ġot-tiwja tal-ġilda b’azzjoni mgħaġġla u soda. Injetta s-soluzzjoni ta’ Abseamed kif uriek it-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek

      jekk ikollok xi dubju.


      image

      Siringa mimlija għal-lest mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra


    6. Filwaqt li żżomm dejjem il-ġilda tiegħek maqrusa, agħfas il-planġer bil- mod u b’mod konsistenti.

    7. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u l-erħi l-ġilda. Applika pressjoni

      fuq is-sit tal-injezzjoni b’garza xotta u sterili.

    8. Armi kwalunkwe fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’

wara l-użu tal-prodott. Uża biss kull siringa għal injezzjoni waħda.


Siringa mimlija għal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra


image

  1. Filwaqt li żżomm il-ġilda tiegħek maqrusa, agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Ibqa agħfas il-planġer!

  2. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra filwaqt li tkompli tagħfas il- planġer, u mbagħad erħi l-ġilda tiegħek. Applika pressjoni fuq is-sit tal-

    injezzjoni b’garza xotta u sterili.


  3. Erħi l-planġer. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra se tiċċaqlaq malajr biex tgħatti l-labra.

  4. Armi kwalunkwe fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott.

Uża biss kull siringa għal injezzjoni waħda.