Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bondronat
ibandronic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Bondronat 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

ibandronic acid


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tirċievix din il-mediċina jekk xi wieħed minn ta’ fuq japplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Bondronat.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Effett sekondarju imsejjaħ osteonekrosi tax-xedaq (ONJ - osteonecrosis of the jaw) (ħsara fl-għadam

fix-xedaq) kien irrappurtat b’mod rari ħafna fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’pazjenti li kienu qed jirċievu Bondronat għall-kondizzjonijiet relatati mal-kanċer. ONJ tista’ sseħħ ukoll wara li jitwaqqaf it-trattament.

Huwa importanti li tipprova tipprevjeni l-iżvilupp ta’ ONJ għax din hija kondizzjoni li tikkawża uġigħ u tista’ tkun diffiċli biex tiġi ttrattata. Sabiex jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa osteonekrosi tax-xedaq, hemm xi prekawzjonijiet li għandek tieħu.


Qabel tirċievi it-trattament, għid lit-tabib/infermier (professjonist fil-kura tas-saħħa) tiegħek jekk:


It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tagħmel eżami dentali qabel ma tibda t-trattament b’Bondronat.


Waqt it-trattament, għandek iżżomm iġene orali tajba (inkluż ħasil regolari tas-snien) u tirċievi eżaminazzjonijiet dentali b’mod regolari. Jekk tilbes dentaturi għandek tkun ċert/a li dawn jiġuk sew. Jekk qed tirċievi trattament dentali jew ser tagħmel kirurġija dentali (eż. qlugħ ta’ snien), għarraf lit- tabib tiegħek dwar it-trattament dentali tiegħek u għid lid-dentist tiegħek li qed tiġi ttrattat b’Bondronat.


Ikkuntattja lit-tabib u lid-dentist tiegħek minnufih jekk ikollok xi problemi fil-ħalq jew snien tiegħek bħal snien laxki, uġigħ jew nefħa, feriti li ma jfiequx jew tnixxija, peress li dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ osteonekrosi tax-xedaq.


Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tirċievi Bondronat:


Nota:

Sabiex jiġu evitati inkompatibilitajiet potenzjali, Bondronat konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jitħallat biss ma’ soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride jew ma’ soluzzjoni ta’ 5 % dextrose. Soluzzjonijiet li fihom il-kalċju m’għandhomx jitħalltu ma’ Bondronat konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.


Soluzzjonijiet dilwiti huma għall-użu ta’ darba biss. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet ċari mingħajr frak.


Huwa rakkommandat li l-prodott la darba jkun dilwit jintuża immedjatament (ara l-punt 5 ta’ dan il- fuljett ‘Kif taħżen Bondronat’).


Bondronat konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jingħata bħala infużjoni fil-vini. Għandu jkun hemm attenzjoni biex ma tagħtix Bondronat konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni permezz ta’ għoti ġewwa arterja jew ħdejn vina għax dan jista’ jwassal għal ħsara lit-tessut.


Frekwenza tal-amministrazzjoni

Għal trattament ta’ iperkalċimija kkawżata minn tumur, Bondronat konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni ġeneralment jingħata bħala infużjoni waħda.


Għall-prevenzjoni ta’ avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam, l- infużjoni ta’ Bondronat hija ripetuta f’intervalli ta’ 3-4 ġimgħat.


Tul tat-trattament

Numru limitat ta’ pazjenti (50 pazjent) irċevew it-tieni infużjoni għal iperkalċimjia. Trattament ripetut jista’ jiġi ikkunsidrat f’każ ta’ iperkalċimija rikorrenti jew effikaċja insuffiċjenti.


Għal-pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam, l-infużjoni ta’ Bondronat għandha tiġi amministrata kull 3-4 ġimgħat. Fil-provi kliniċi, it-terapija baqgħet sejra sa 96 ġimgħa.


Doża eċċessiva

Sa issa ma hemm l-ebda esperjenza ta’ avvelenament akut b’Bondronat konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. Minħabba li fi studji b’dożi għolja ta’ qabel l-użu kliniku, kemm il-kliewi kif ukoll il- fwied instabu li kienu organi li setgħu kienu milquta minn tossiċita, il-funzjoni tal-kliewi u tal-fwied għandha tiġi mmonitorjata.


Ipokalċemija (livelli baxxi ħafna ta’ kalċju fis-serum) li tkun klinikament rilevanti għandha tkun ikkoreġuta permezz ta’ amministrazzjoni ġol-vina ta’ calcium gluconate.