Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Volibris
ambrisentan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Volibris 2.5 mg pilloli miksija b’rita Volibris 5 mg pilloli miksija b’rita Volibris 10 mg pilloli miksija b’rita


ambrisentan


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Volibris u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Volibris

  3. Kif għandek tieħu Volibris

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Volibris

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Volibris u għalxiex jintuża


    Volibris fih is-sustanza attiva ambrisentan. Jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa mediċini

    oħra li jbaxxu l-pressjoni (jintuża biex jittratta pressjoni għolja).


    Huwa jintuża biex jittratta pazjenti b’ipertensjoni arterjali tal-pulmun (PAH) fl-adulti, fl-adolexxenti u fit-tfal mill-età ta’ 8 snin u ’l fuq. PAH hija pressjoni għolja tad-demm fl-arterji tad-demm (l-arterji tal-pulmun) li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun. F’nies li jbatu minn PAH dawn l-arterji dejjem jidjiequ, għalhekk il-qalb trid taħdem aktar biex tippompja d-demm minnhom. Dan iġiegħel lin-nies iħossuhom għajjiena, storduti u b’nifishom maqtugħ.


    Volibis iwessa’ l-arterji tal-pulmun u jagħmilha aktar faċli għall-qalb biex tippompja d-demm minnhom. Dan ibaxxi l-pressjoni tad-demm u jtaffi s-sintomi.


    Volibris jista’ jintuża wkoll flimkien ma’ mediċini oħrajn biex tiġi ttrattata PAH.


  2. Xgħandek tkun taf qabel ma tieħu Volibris


    Tiħux Volibris:

    • jekk inti allerġiku għal ambrisentan, sojja jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

    • jekk inti tqila, jekk qed tippjana biex toħroġ tqila, jew jekk inti tista’ toħroġ tqila għaliex

      m’intix qegħda tuża kontroll tat-twelid ta’ min joqgħod fuqu (kontraċezzjoni). Jekk jogħġbok

      aqra l-informazzjoni taħt ‘Tqala’

    • jekk qed tredda’. Aqra l-informazzjoni taħt ‘Treddigħ’

    • jekk inti għandek mard tal-fwied. Kellem lit-tabib tiegħek biex jiddeċiedi jekk din il-

      mediċina hijiex tajba għalik

      • jekk għandek ċikatriċi tal-pulmun, li l-kawża tagħhom mhux magħrufa (fibrożi idjopatika tal-pulmun).

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina:

      • jekk għandek problemi fil-fwied

      • jekk għandek anemija (numru mnaqqas ta’ ċelluli ħomor tad-demm)

      • jekk għandek nefħa fl-idejn, fl-għekiesi jew fis-saqajn ikkawżata minn fluwidu (edima periferali)

      • jekk għandek mard tal-pulmun fejn il-vini fil-pulmuni huma imblokkati (marda veno-okklussiva

        tal-pulmun).


        →It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk Volibris huwiex tajjeb għalik.


        Ikollok bżonn testijiet tad-demm regolari

        Qabel ma tibda tieħu Volibris, u regolarment waqt li tkun qed tieħdu, it-tabib jeħodlok it-testijiet tad-

        demm biex jiċċekkja:

        • jekk għandekx anemija

        • jekk il-fwied tiegħek hux qiegħed jaħdem sew.


          Huwa importanti li tagħmel dawn it-testijiet regolari tad-demm sakemm iddum tieħu Volibris.


          Sinjali li l-fwied tiegħek jista’ ma jkunx qiegħed jaħdem sew jinkludu:

        • nuqqas ta’ aptit

        • tħossok imdardar (tqalligħ)

        • tirremetti (rimettar)

        • temperatura għolja (deni)

        • uġigħ fl-istonku tiegħek (addome)

        • sfurija tal-ġilda tiegħek jew l-abjad ta’ għajnejk (suffejra)

        • awrina ta’ kulur skur

        • ħakk fil-ġilda tiegħek.


          Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sinjali:

          → Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Tfal

          Tagħtix din il-mediċina lil tfal b’età inqas minn 8 snin peress li s-sigurtà u l-effettività mhux magħrufa

          f’dan il-grupp ta’ età.


          Mediċini oħra u Volibris

          Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi

          mediċini oħra.


          Jekk tibda tieħu cyclosporine A (mediċina li tintuża wara trajpjant jew biex tittratta l-psorjasi), it-tabib

          tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek ta’ Volibris.


          Jekk qed tieħu rifampicin (antibijotiku użat biex jittratta infezzjonijiet serji) it-tabib tiegħek se

          jissorveljak meta tibda tieħu Volibris għall-ewwel darba.


          Jekk qed tieħu mediċini oħra wżati għat-trattament ta’ PAH (eż. iloprost, epoprostenol, sildenafil) it- tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jissorveljak.


          → Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.


          Tqala

          Volibris jista’ jagħmel ħsara lil trabi mhux imwielda li l-konċepiment tagħhom ikun sar qabel waqt jew ftit wara t-trattament.

          →Jekk hu possibbli li tista’ toħroġ tqila, uża tip ta’ kontroll tat-twelid ta’ min joqgħod fuqu

          (kontraċezzjoni) waqt li tkun qed tieħu Volibris. Kellem lit-tabib tiegħek dwar dan.


          → Tiħux Volibris jekk inti tqila jew qed tippjana biex toħroġ tqila.


          → Jekk toħroġ tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila waqt li qed tieħu Volibris, ara lit-tabib tiegħek

          mill-ewwel.


          Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila it-tabib tiegħek jistaqsik biex tagħmel test tat-tqala qabel ma tibda’ tieħu Volibris u regolarment waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


          Treddigħ

          Mhuwiex magħruf jekk is-sustanza attiva ta’Volibris tistax tgħaddi fil-ħalib tas-sider.


          → Treddax waqt li tkun qed tieħu Volibris. Kellem lit-tabib tiegħek dwar dan.


          Fertilità

          Jekk inti raġel li qed tieħu Volibris, huwa possibbli li din il-mediċina tbaxxilek l-għadd tal-isperma

          tiegħek. Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi mistoqsijiet jew tħassib dwar dan.


          Sewqan u tħaddim ta’ magni

          Volibris jista’ jikkawża effetti sekondarji bħal pressjoni baxxa, sturdament, għeja (ara sezzjoni 4), li jistgħu jaffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. Is-sintomi tal-marda tiegħek ukoll jistgħu inaqqsulek il-kapaċità li ssuq jew tuża magni.

          → Issuqx u tużax magni jekk tħossok mhux f’sikktek. Volibris fih lactose

          Il-pilloli ta’ Volibris fihom ammonti żgħar ta’ zokkor li jissejjaħ lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li

          għandek intolleranza għal xi zokkor:


          Ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.


          Volibris fih lecithin derivat mis-sojja

          Jekk inti allerġiku għas-sojja, tużax din il-mediċina (ara sezzjoni 2 ‘Tiħux Volibris’).


          Il-pilloli 5 mg u 10 mg ta’ Volibris fihom sustanza li tagħti l-kulur li tissejjaħ allura red AC aluminium lake (E129)

          Din tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi (ara sezzjoni 4).


          Volibris fih sodium

          Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri tista’ tgħid essenzjalment “mingħajr sodium”.


  3. Kif għandek tieħu Volibris


Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem

għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu Volibris Adulti

Id-doża tas-soltu ta’ Volibris hija pillola waħda ta’ 5 mg, darba kuljum. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jżid id-doża tiegħek għal 10 mg darba kuljum.


Jekk tieħu cyclosporine A, tiħux aktar minn pillola ta’ 5 mg ta’ Volibris darba kuljum.

Adolexxenti u tfal mill-età ta’ 8 snin sa inqas minn 18 -il sena

Id-doża tas-soltu tal-bidu ta’ Volibris

Piż ta’ 35 kg jew iżjed

Pillola waħda ta’ 5 mg, darba kuljum

Piż ta’ mill-inqas 20 kg, u inqas minn 35 kg

Pillola waħda ta’ 2.5 mg, darba kuljum


It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jżid id-doża tiegħek. Huwa importanti li t-tfal jattendu b’mod regolari għall-appuntamenti mat-tabib, peress li d-doża tagħhom ikollha bżonn tiġi aġġustata hekk kif ikunu qed jikbru jew iżidu l-piż.


Jekk tittieħed flimkien ma’ cyclosporin A, id-doża ta’ Volibris għall-adolexxenti u t-tfal li jiżnu inqas minn 50 kg se tkun limitata għal 2.5 mg darba kuljum, jew 5 mg darba kuljum jekk jiżnu 50 kg jew iżjed.


Kif għandek tieħu Volibris

L-aħjar li tieħu l-pillola tiegħek fl-istess ħin kuljum. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma, taqsamx, tfarrakx u tomgħodx il-pillola. Tista’ tieħu Volibris mal-ikel jew fuq stonku vojt.


Kif toħroġ pillola minn pakkett ta’ folji (il-pilloli ta’ 5 mg u 10 mg biss)

Dawn il-pilloli jiġu f’pakkett speċjali biex ma jħallux lit-tfal ineħħuhom.


  1. Aqta’ pillola waħda: ċarrat matul il-linja mtaqqba biex taqta’ “borża żgħira” waħda mill-istrixxa.


    image


  2. Qaxxar il-kisja ta’ barra: ibda min-naħa tal-kantuniera kkulurita, erfa’ u qaxxar fuq il-borża ż- żgħira.


    image


  3. Imbotta l-pillola ’l barra: imbotta bil-mod tarf wieħed tal-pillola mill-kisja tal-fojl.


    image


    Il-pilloli ta’ Volibris 2.5 mg jiġu fornuti ġo flixkun, mhux pakkett bil-folji.


    Jekk tieħu Volibris aktar milli suppost

    Jekk tieħu pilloli żejda huwa aktar probabbli li jkollok effetti sekondarji, bħal uġigħ ta’ ras, fwawar,

    sturdament, tqalligħ (tħossok se tirremetti), jew pressjoni baxxa li tista’ tikkawża sturdament:


    →Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għall-parir jekk tieħu aktar pilloli milli preskritt.

    Jekk tinsa tieħu Volibris

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Volibris, ħu l-pillola mill-ewwel kif tiftakar, u mbagħad kompli bħal qabel.


    Tiħux doża doppja fl-istess ħin biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Volibris

    Volibris huwa trattament li jkollok bżonn tibqa’ tieħu biex tikkontrolla l-PAH tiegħek.


    Tieqafx tieħu Volibris sakemm ma tkunx iddeċidejt dan mat-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji

    Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn:

    Reazzjonijiet allerġiċi

    Dan huwa effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni. Għandek mnejn tinnota:

    • raxx jew ħakk u nefħa (normalment fil-wiċċ, xufftejn, ilsien jew griżmejn), li jistgħu jikkawżaw

      diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’


      Nefħa (edima), speċjalment tal-għekiesi u s-saqajn

      Dan huwa effett sekondarju komuni ħafna li jista’ jaffettwa aktar minn 1 minn kull 10 persuni


      Insuffiċjenza tal-qalb

      Din isseħħ minħabba li l-qalb ma tkunx qed tippompja biżżejjed demm. Dan hu effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni. Is-sintomi jinkludu:

    • qtugħ ta’ nifs

    • għeja estrema

    • nefħa fl-għekiesi u r-riġlejn.


      Għadd imnaqqas ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija)

      Dan hu effett sekondarju komuni ħafna li jista’ jaffettwa aktar minn 1 minn kull 10 persuni. Kultant

      din teħtieġ trasfużjoni tad-demm. Is-sintomi jinkludu:

    • għeja u dgħjufija

    • qtugħ ta’ nifs

    • tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali..


      Pressjoni baxxa (ipotensjoni)

      Dan hu effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni. Is-sintomi jinkludu:

    • sturdament ħafif.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk inti (jew it-tifel/tifla tiegħek) ikollhom dawn l-effetti jew

    jekk dawn isseħħu f’daqqa wara li jittieħed Volibris.


    Huwa importanti li tagħmel testijiet tad-demm regolari, biex tiċċekkja għal anemija u li l-fwied tiegħek qed jaħdem kif suppost. Kun żġur li tkun qrajt ukoll l-informazzjoni f’sezzjoni 2 taħt ‘Ikollok bżonn testijiet tad-demm regolari’ u ‘Sinjali li l-fwied tiegħek jista’ ma jkunx qiegħed jaħdem sew’.

    Effetti sekondarji oħra

    Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn 1 minn kull 10 persuni)

    • uġigħ ta’ ras

    • sturdament

    • palpitazzjonijiet (taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari)

    • qtugħ ta’ nifs li jmur għall-agħar ftit wara li jinbeda Volibris

    • imnieħer imblukkat jew flissjoni, konġestjoni jew uġigħ fis-sinuses

    • tħossok ma tiflaħx (tqalligħ)

    • dijarea

    • tħossok għajjien


    Flimkien ma’ tadalafil (mediċina oħra tal-PAH)

    Flimkien ma’ dawn ta’ hawn fuq:

    • fwawar (ħmura tal-ġilda)

    • tħossok ma tiflaħx (rimettar)

    • uġigħ/skonfort fl-addome


    Komuni (jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni)

    • vista mċajpra jew tibdil ieħor fil-vista

    • ħass ħażin

    • riżultati tat-testijiet tad-demm tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

    • flissjoni

    • stitikezza

    • uġigħ fl-istonku tiegħek (addome)

    • uġigħ jew dwejjaq fis-sider

    • fawra (ħmura fil-ġilda)

    • tkun ma tiflaħx (rimettar)

    • tħossok debboli

    • fsada mill-imnieħer

    • raxx


      Flimkien ma’ tadalafil

      Flimkien ma’ dawn ta’ hawn fuq, (ħlief riżultati tat-testijiet tad-demm tal-funzjoni tal-fwied mhux normali):

      • tisfir fil-widnejn (tinnitus)


        Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna)

    • ħsara fil-fwied

    • infjammazzjoni tal-fwied ikkawżata mid-difiżi tal-ġisem innifsu (epatite awtoimmuni).


    Flimkien ma’ tadalafil

    • telf f’daqqa tas-smigħ.


    Effetti sekondarji fit-tfal u fl-adolexxenti

    Dawn huma mistennija li jkunu simili għal dawk mniżżla hawn fuq għall-adulti.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Volibris


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Din il-mediċina m’għandiex bżonn kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Volibris


Is-sustanza attiva hija ambrisentan.

Kull pillola miksija b’rita fiha 2.5 mg, 5 jew 10 mg ambrisentan.


Għall-pilloli ta’ 2.5 mg:

Is-sustanzi l-oħra huma: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, magnesium stereate, polyvinyl alcohol, talc, titanium dioxide (E171), macrogol u lecithin (sojja) (E322).


Għall-pilloli ta’ 5 mg jew 10 mg:

Is-sustanzi l-oħra huma: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, magnesium stereate, polyvinyl alcohol, talc (E553b), titanium dioxide (E171), macrogol , lecithin (sojja) (E322) u allura red AC aluminium lake (E129).


Kif jidher Volibris u l-kontenut tal-pakkett


Il-pillola miksija b’rita ta’ Volibris 2.5 mg (pillola) hija pillola ta’ 7 mm, ta’ lewn abjad, tonda, u konvessa b"GS’ imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘K11’ fuq in-naħa l-oħra.


Il-pillola miksija b’rita ta’ Volibris 5 mg (pillola) hija pillola ta’ 6.6 mm, ta’ lewn roża ċar, kwadra, u

konvessa b"GS’ imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘K2C’ fuq in-naħa l-oħra.


Il-pillola miksija b’rita ta’ Volibris 10 mg (pillola) hija pillola ta’ 9.8 mm x 4.9 mm, ta’ lewn roża

skur, ovali, u konvessa b"GS’ imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘KE3’ fuq in-naħa l-oħra.

Volibris issibu bħala pilloli miksija b’rita ta’ 2.5 mg fi fliexken. Kull flixkun fih 30 pillola. Volibris issibu bħala pilloli ta’ 5 mg u 10 mg f’pakketti ta’ folji b’doża waħda ta’ 10x1 jew

30x1 pillola miksija b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited 12 Riverwalk

Citywest Business Campus Dublin 24

L-Irlanda


Manifattur


GlaxoSmithKline Trading Services Limited

12 Riverwalk

Citywest Business Campus Dublin 24

L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Lietuva

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 370 80000334


България

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

Teл.: + 359 80018205

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel.: + 36 80088309


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 356 80065004


Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

produkt.info@gsk.com

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)33 2081100


Eesti

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 372 8002640

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


Ελλάδα

GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E.

Τηλ: + 30 210 68 82 100


España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 900 202 700

es-ci@gsk.com

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél: + 33 (0)1 39 17 84 44

diam@gsk.com

Portugal

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com


Hrvatska

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 385 800787089

România

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 40 800672524

Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 386 80688869


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 421 800500589


Italia

GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: + 39 (0)45 7741 111

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30


Κύπρος

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

Τηλ: + 357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 371 80205045

United Kingdom (Northern Ireland) GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.