Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Osigraft
eptotermin alfa

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Osigraft 3.3 mg, trab għal suspensjoni għall-impjantazzjoni

eptotermin alfa


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


Oqgħod attent ħafna b’Osigraft

Dawn li ġejjin huma prekawzjonijiet għall-użu ta’ Osigraft li għandhom jiġu diskussi mat-tabib

tiegħek.


Osigraft jistimula l-iżvilupp ta’ għadam ġdid bħala parti mit-trattament ta’ ksur li ma jagħqadx u jeħtieġ l-appoġġ ta’ tagħmir kirurġiku speċjalizzat biex jistabilizza l-għadam imkissermiksur waqt il- fejqan.

L-użu ta’ Osigraft ma jiggarntix tiswija, għandhom mnejn ikun hemm bżonn ta’ operazzjonijiet oħra.


Attenzjoni speċjali għandha tittieħed waqt l-intervent kirurġiku sabiex jiġi evitat li Osigraft jnixxi

fit-tessut tal-madwar sabiex tiġi evitata l-possibilità li jiżviluppa għadam ġdid ‘il barra mill-post fejn mhemmx tagħqid.


Hemm il-possibilità li antikorpi ġodda jistgħu jifformaw fil-ġisem tiegħek wara t-trattament b’Osigraft. Antikorpi huma proteini speċjali magħmula filmill-ġisem uman bħala parti mill-proċess ta’ fejqan minn diversi mardiet; marda waħda bħal din hi infezzjoni minn vajrus. L-antikorpi xi kultant jifformaw bħala parti mir-rispons tal-ġisem għal trattament minn xi mediċini li wieħed minn dawn huwa Osigraft. Dawn l-antikorpi ġodda fformati ma nstabux li jikkaġunaw ħsara lil pazjenti. Inti ser tkun monitorat mit-tabib tiegħek jekk ikun hemm suspett mediku li fformaw xi antikorpi ġodda.


L-użu ripetut ta’ Osigraft mhux rakkomandat minħabba li provi kliniċi ta’ trattamenti kirurġiċi multipli f’ħinijiet differenti ma sarux f’pazjenti. Studji fil-laboratorju wrew li antikorpi għall- komponent ta’ eptotermin alfa f’din il-mediċina jistgħu jirreaġixxu ma’ antikorpi simili li l-ġisem jagħmel b’mod naturali. L-impatt fuq perijodu ta’ żmien twil ta’ dawn l-antibijotiċikorpi mhux magħruf.


L-użu ta’ Osigraft b’filler sintetiku biex jimla l-ispazju bejn l-għadam għandu mnejn jirriżulta f’riskju ta’ żieda fl-infjamazzjoni lokali, infezzjoni lokali u xi kultant migrazzjoni tal-materjal impjantat u għalhekk mhux irrakkomandat.


Meta tuża mediċini oħra

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk int qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Tqala u treddigħ

Osigraft m’għandux jintuża matul it-tqala għajr meta l-benefiċċji mistennija għall-omm huma

maħsuba li jisbqu r-riskji possibbli għat-tarbija mhix mwielda. Din tiġi deċiża mill-kirurgu tiegħek. Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom javżaw lill-kirurgu tagħhom dwar il-possibilità tat-tqala qabel it-trattament b’Osigraft. Nisa li jistgħu joħorġu tqal huma avżati r li għandhom jużaw kontraċettiv effettiv sa tal-anqas 12-il xahar wara t-trattament.


Il-potenzjal ta’ ħsara għat-tarbija mredda’ mhuwiex magħruf. In-nisa m’għandhomx ireddgħu waqt il-perijodu minnufih wara t-trattament b’Osigraft. Jekk inti omm li qed tredda’ inti għandek tiġi trattata biss b’Osigraft kemm-il darba t-tabib jew kirurgu tiegħek jikkonsidra li l-benefiċċji għalik jisbqu r-riskji għat-tarbija tiegħek.


Tagħrif importanti dwax xi wħud mis-sustanzi ta’ Osigraft

Osigraft fih kolaġin tal-ifrat. Jekk għandek sensittività eċċessiva għal kolaġin, m’għandekx tiġi kkurat

b’din il-mediċina.


  1. KIF GĦANDEK TUŻA OSIGRAFT


    Osigraft jista’ jintuża biss minn kirurgu kkwalifikat b’mod xieraq. Dan ġeneralment jiġri taħt anestesija ġenerali sħiħa u allura inti mhux ser tkun f’sensik waqt l-intervent kirurġiku. Skont id-daqs tal-ispazju fl-għadma mikisusra wieħed jew żewġ kunjetti ta’ Osigraft jistgħu jiġu amministrati. Waqt l-intervent kirurġiku Osigraft jitqiegħed direttament fis-sit tal-ġerħa f’kuntatt ma’ wċuħ tal-għadam mħassra. It-tessuti tal-muskoli tal-madwar ser jingħalqu madwar il-mediċina impjantata bħalma hi l- ġilda ta’ fuq il-muskolu.


    Id-doża massima rakkomandata għal din il-mediċina hi ta’ 2 kunjetti (2 g) peress li l-effettività tagħha f’dożi ogħla ma ġietx stabbilita.

  2. EFFETT SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Osigraft jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Il- frekwenza ta’ effetti sekondarji possibbli elenkati hawn isfel huma mfissra skont il-konvenzjoni li ġejja:

    • komuni ħafna (jaffettwa aktar minn utent 1 f’10)

    • komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100)

    • mhux komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’kull 1,000)

    • rari (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’kull 10,000)

    • rari ħafna (jaffettwa inqas minn utent 1 f’10,000)

    • mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)


      Fi studji kliniċi, l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin kienu rrapportati: Effetti oħra komuni rapportati kienu jinkludu:

    • telf ta’ kulur fis-sit tal-ferita,

    • eritema (ħmur tal-ġilda),

    • tenerezza, u nefħa fuq is-sit fejn sar l-impjant,

    • ossifikazzjoni eterotopika/ mijosite ossifikanti (formazzjoni tal-għadma barra ż-żona tal- frattura).


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


  3. KIF TAĦŻEN OSIGRAFT


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Din il-mediċina hija fornuta biss lil sptarijiet u kliniċi speċjalisti. L-ispiżjar tal-isptar jew il-kirurgu huwa responsabbli miż-żamma korretta tal-prodott kemm qabel u matul l-użu, kif ukoll għar-rimi ikif jixraq.


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Din il-mediċina m’għandhiex tintuża wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-friġġ (2C - 8C)


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Dawn il- miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent


  4. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Osigraft

Is-sustanza attiva hi eptotermin alfa (proteina osteoġenika rikombinanti umana magħmula minn razza rikombinanti ta’ bit-teknoloġija rikombinanti tad-DNA fiċ-ċelluli rikombinanti ta’ fl-ta’ l-ovarji ta’ ħamster Ċiniż (CHO). Kull kunjett ta’ Osigraft fih 1 g ta’ trab li jinkludi 3.3 mg eptotermin alfa u s-

sustanza mhix attiva ta’ kolaġen tal-ifrat.


Id-dehra ta’ Osigraft u d-daqs tal-pakkett

Osigraft jingħata bħala trab bejn abjad u off-white ippakkjat f’kunjett tal-ħġieġ tal-kulur ambra (daqs

ta’ pakkett 1) fil–pakkett ta’ l-istrixxa, li jikkonsisti fi trej tal-plastik u għatu, f’kartuna.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Olympus Biotech International Limited

40 Upper Mount Street

Dublin 2 Irlanda


Tel +353 87 9278653

medicalinfo@olympusbiotech.com


L-Manifattur

Olympus Biotech International Limited

Block 2, International Science Centre, National Technology Park Castletroy, Limerick

Irelanda


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

il-mediċini