Paġna ewlenija Paġna ewlenija

ProZinc
insulin human


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

ProZinc 40 IU/ml suspensjoni għal injezzjoni għal qtates u klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtor i zzazzj oni għat -t qegħi d f is -suq u l-manifattur responsabbli għall-ħr u g t al -lott: Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    Binger Strasse 173

    55216 Ingelheim/Rhein IL-ĠERMANJA


    Manifattur responsabbli mill-ħruġ tal-lott:

    KVP Pharma + Veterinär Produkte GmbH

    Projensdorfer Str. 324

    24106 Kiel

    IL-ĠERMANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    ProZinc 40 IU/ml suspensjoni għal injezzjoni għal qtates u klieb. Insulina umana


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull millilitru fih:


    Sustanza Attiva:

    Insulina umana* 40 IU bħala insulina bi protamine zinc.


    IU (Unità Internazzjonali) waħda tikkorrispondi għal 0.0347 mg ta’ insulina umana.

    *prodotta minn teknoloġija ta’ DNA rikombinanti


    Ingredjent(i) ieħor/oħra:

    Protamine sulfate 0.466 mg

    Zinc oxide 0.088 mg

    Phenol 2.5 mg


    Sospensjoni mdardra, bajda u milwiema.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għal kura ta’ dijabete mellitus fil--qtates u klieb biex jinkiseb tnaqqis ta’ ipergliċemija u titjib tas- sinjali kliniċi assoċjati.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax għall-immaniġġjar akut ta’ ketoaċidożi dijabetika.

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-ingredjenti l-oħra.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet ipogliċemiċi ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna fi l-istudjui klinikuċi: 13% (23 minn

    176) tal-qtates ikkurati u 26.5% (44 minn 166) ta’ klieb ittrattati. Dawn ir-reazzjonijiet ġeneralment kienu ħfief fin-natura tagħhom. Sinjali kliniċi jistgħu jinkludu sinjali ta’ ġuħ, ansjetà, moviment instabbli, kontrazzjonijiet tal-muskoli, li l-kelb jitfixkel jew jogħtor fuq saqajh ta’ wara, u diżorjentament.

    F’dan il-każ, l-għoti immedjat ta’ soluzzjoni li fiha glucose jew ġel u/jew ikel hi meħtieġa.


    L-għoti tal-insulina jrid jitwaqqaf temporanjament u d-doża li jkun imiss tal-insulina tiġi aġġustata kif suppost.


    Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni kienu rrappurtati b’mod rari ħafna u fiequ mingħajr il-waqfien bil-kura.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali trattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal trattati )

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal trattati)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal trattati )

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal trattati, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates u klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu għal taħt il-ġilda


    Jekk is-sid tal-annimal se jamministra l-prodott, taħriġ/parir xieraq għandu jiġi pprovdut mill- veterinarju li jagħti r-riċetta qabel ma jamminstra l-prodott għall-ewwel darba.


    Dożaġġ:

    Il-veterinarju għandu jevalwa mill-ġdid l-annimal f’intervalli adattati u jagħmel aġġustamenti

    lill-protokoll tal-kura, pereżempju l-kors tad-doża u d-dożaġġ, sakemm jinkiseb kontroll gliċemiku adegwat.


    Kwalunkwe aġġustament fid-doża (i.e. żieda fid-doża) għandu jitwettaq b’mod ġenerali wara diversi jiem (eż. wara ġimgħa) billi l-azzjoni sħiħa tal-insulina teħtieġ fażi ta’ ekwilibriju. Tnaqqis fid-doża minħabba l-ipogliċemija osservata jew effett issuspettat ta’ Somogyi (ipogliċemija li tirkadi) jista’ jkun ta’ 50% jew ogħla (inkluż potenzjalment waqfien temporanju tal-għoti tal-insulina).


    Ġaladarba jinkiseb kontroll glikemiku adegwat, monitoraġġ intermittenti tal-livell tal-glucose speċjalment meta jkun hemm bidla fis-sinjali kliniċi dijabetiċi jew tiġi suspettata remissjoni dijabetika għandu jitwettaq, u aġġustamenti addizzjonali fid-doża tal-insulina jistgħu jkunu meħtieġa.


    Qtates:

    Id-doża inizjali rakkomandata hi ta’ 0.2 sa 0.4 IU insulina/kg ta’ piż tal-ġisem kull 12-il siegħa.

    • Għal qtates li qabel kienu kkontrollati fuq l-insulina, doża ogħla tal-bidu sa 0.7 IU insulina/kg piż tal-ġisem tista’ tkun xierqa.

    • Aġġustamenti tad-doża tal-insulina jekk meħtieġa normalment għandhom isiru bejn 0.5 sa 1 IU

      insulina kull injezzjoni.


      Il-qtates jistgħu jiżviluppaw tnaqqis fil-mard dijabetiku, f’liema każ il-produzzjoni tal-insulina suffiċjenti terġa’ tibda tinkiseb, u dożaġġ eżogenu tal-insulina jista’ jkollu bżonn li jiġi aġġustat jew jitwaqqaf.


      Klieb:

      Gwida ġene r al i:

      Id-dożaġġ għandu jiġi individwalizzat u bbażat fuq il-preżentazzjoni klinika ta’ kull pazjent. Biex jintlaħaq il-kontroll ottimu ta’ dijabete mellitus, l-aġġustamenti fid-doża għandhom ikunu primarjament ibbażati fuq sinjali kliniċi. Il-parametri tad-demm bħal fructosamine, glucose massimu fid-demm u tnaqqis ta’ konċentrazzjonijiet tal-gluscose fid-demm fil-kurvi tal-glucose fid-demm) li jsiru matul perjodu ta’ żmien biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid- demm għandhom jintużaw bħala għodod ta’ appoġġ (ara wkoll s-sezzjoni “Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fil-klieb”).

      L-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sinjali kliniċi u l-parametri tal-laboraturju għandhom isiru kif

      irrakkomandat mill-veterinarju responsabbli.


      Bidu

      Għall-bidu tat-trattament, id-doża rrakkomandata hija 0.5 sa 1.0 IU insulina/kg ta’ piż tal-ġisem darba kuljum filgħodu (madwar kull 24 siegħa).

      Għal klieb li għadhom kif ġew iddijanjostikati bid-dijabete, doża tal-bidu ta’ 0.5 IU kg darba kuljum hija rrakkomandata.


      Immani ġġj ar

      L-aġġust ament i fid-doża tal-insulina fuq kors ta’ darba kuljum, jekk meħtieġa, ġeneralment għandhom isiru b’mod konservattiv u gradwali, (eż. sa żieda/tnaqqis ta’ 25% tad-doża kull injezzjoni).


      Jekk ma j i ġi x osservat titjib bi żżej j ed fil-kontroll tad-dijabete wara perjodu adegwat ta’ aġġustament fid-doża ta’ 4 sa 6 ġimgħat bi trattament ta’ darba kuljum, jistgħu jiġu kkunsidrati l-għażliet li ġejjin:

    • Aktar aġġustamenti fid-doża tal-insulina bi trattament ta’ darba kuljum jistgħu jkunu neċessarji,

      b’mod partikolari jekk il-klieb ikollhom żieda fl-attività fiżika, bidla fid-dieta tas-soltu tagħhom jew waqt marda fl-istess ħin.

    • Kif taqleb għal għoti ta’ doża darbtejn kuljum: F’każijiet bħal dawn, huwa rrakkomandat li

      tnaqqas id-doża ta’ kull injezzjoni b’terz (eż. kelb ta’ 12-il kg li qed jiġi kkurat darba kuljum bi 12 IU insulina/injezzjoni jista’ jinqaleb għal 8 IU insulina/injezzjoni mogħtija darbtejn kuljum). Il-prodott għandu jingħata filgħodu u filgħaxija, bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa wara. Aktar aġġustamenti fid-doża tal-insulina bi trattament ta’ darbtejn kuljum jistgħu jkunu neċessarji.


      Skont il-kawża sottostanti (eż. dijabete mellitus ikkawżata minn dioestrus), il-klieb jistgħu jiżviluppaw remissjoni dijabetika, għalkemm dan jiġri aktar rari milli fil-qtates. F’dawk il-każijiet, produzzjoni suffiċjenti ta’ insulina endoġena se terġa’ tinkiseb, u d-doża ta’ insulina esoġena se jkollha bżonn li tiġi aġġustata jew titwaqqaf.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Trid tintuża siringa U-40.

    Is-suspensjoni għandha titħallat billi jitrambel il-kunjett bil-mod qabel ma tiġbed kull doża minn ġol- kunjett.

    Għandha tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-eżattezza tad-dożaġġ.

    Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Id-doża għandha tingħata fl-istess ħin mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel. Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.

    Wara li trambel il-kunjett bi ProZinc bil-mod, is-suspensjoni jkollha dehra bajda u mċajpra.

    Jista’ jiġi osservat ċirku abjad fl-għonq ta’ xi kunjetti, iżda dan ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott. Agglomerati (eż. ċapep) jistgħu jiffurmaw f’suspensjonijiet tal-insulina: tużax il-prodott jekk

    agglomerati viżibbli jibqgħu jippersistu wara li trambel il-kunjett bil-mod.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Għal kunjetti mhux użati u miftuħin:

    Aħżen f’pożizzjoni wieqfa fil-friġġ (2°C – 8°C).

    Tagħmlux fil-friża.

    Żomm il-kunjett fil- pakkett ta’ barra sabiex tipproteġi mid-dawl.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 60 jum.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-pakkett wara JIS.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċj al i għal kul l spe ċi għal xi ex huwa ndi kat :

    Avvenimenti stressanti ħafna, nuqqas t’aptit l-użu fl-istess ħin b’gestagens u kortikosterojdi jew mard ieħor fl-istess ħin (eż. gastro-intestinali, mard infettiv jew infjammatorju jew mard endokrinali), jista’

    jinfluwenza l-effettività tal-insulina u għalhekk id-doża tal-insulina jista’ jkollha bżonn tiġi aġġustata.


    Pre kawzj onij i et speċj ali għal l -użu f l -annimali:

    Id-doża tal-insulina jista’ jkollha bżonn tiġi aġġustata jew imwaqqfa f’każ li l-mard dijabetiku jonqos fil-qtates jew wara riżoluzzjoni ta’ stadji transitorji dijabetiċi fil-klieb (eż. dijabete mellitus dioestrus indotta, dijabete mellitus sekondarja sa iperadrenokortiċiżmu).


    Wara li d-doża ta’ kuljum tal-insulina tiġi stabbilita, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ għall-kontroll dijabetiku.

    Il-kura bl-insulina tista’ tikkawża ipogliċemija. Għal sinjali kliniċi u kura adattata, jekk jogħġbok

    irreferi għas-sezzjoni “Doża eċċessiva”, hawn taħt.


    Prekawzjonijiet speċj ali għal l -użu fil-klieb

    F’każijiet fejn hija ssuspettata ipogliċemija, għandu jitkejjel il-livell ta’ glucose fid-demm fil-ħin li sseħħ (jekk possibbli) kif ukoll ftit qabel it-tmigħ/l-injezzjoni li jmiss (fejn japplika).

    L-istress u l-eżerċizzju irregolari għandhom jiġu evitati. Huwa rrakkomandat li tiġi stabbilita skeda ta’

    tmigħ darbtejn kuljum mas-sid sew jekk l-insulina tiġi injettata darba kif ukoll darbtejn kuljum.


    Fi studju esperimentali fi klieb f’saħħithom, iż-żmien medju għall-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid- demm kien madwar 16 u 12-il siegħa wara l-għoti ta’ 0.5 jew 0.8 IU/kg piż tal-ġisem, rispettivament. Taħt kundizzjonijiet fil-post kliniku fi klieb dijabetiċi, iż-żmien għal effett massimu fuq it-tnaqqis tal- konċentrazzjonijiet tal-glucose fid-demm (jiġifieri l-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid-demm) wara għoti taħt il-ġilda ma ġiex osservat fi żmien 9 sigħat wara l-aħħar injezzjoni f’67.9 % tal-klieb globali. (73.5% fuq għoti ta’ darba kuljum u 59.3% fuq għoti ta’ darbtejn kuljum). Konsegwentement, il-kurvi tal-glucose fid-demm għandhom isiru matul perjodu ta’ żmien biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid-demm.


    Pre kawzj onij i et speċj ali li għandhom j i tti eħdu mi ll -persuna li tamministra l-pr odott medi ċi nali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali lilek innifsek tista’ tikkawża sinjali kliniċi ta’ ipogliċemija li jistgħu jiġu ttrattati bl-għoti mill-ħalq ta’ zokkor. Hemm possibbiltà żgħira ta’ reazzjoni allerġika f’individwi sensittivi.

    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ tagħrif lit-tabib.


    T qal a u tr eddi għ

    Is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju f’annimali li kienu qed jgħammru, tqal u li jreddgħu, ma ġietx stabbilita.

    Uża biss skont il-valutazzjoni tal-beneficcju u r-riskju mill-veterinarju responsabbli.

    B’mod ġenerali, il-ħtiġijiet tal-insulina waqt it-tqala u t-treddigħ jistgħu jkunu differenti minħabba

    t-tibdil fl-istat metaboliku. Għalhekk, monitoraġġ mill-qrib ta’ glucose u superviżjoni veterinarja huma rakkomandati.


    Int er azzj oni ma’ pr odot ti medi ċi nal oħr aj n u f or om oħraj n t a’ i nt erazzj oni :

    Tibdil fil-ħtiġijiet tal-insulina jistgħu jirriżultaw mill-għoti ta’ sustanzi li jibdlu t-tolleranza

    għall-glucose, eż. kortikosterojdi u gestagens. Il-monitoraġġ tal-konċentrazzjonijiet tal-glucose għandu għandhom jitwettqu biex tiġi aġġustata d-doża kif suppost. Bl-istess mod, li tagħti qattus dieta b’livell għoli ta’ proteini/livell baxx ta’ karboidrati u tinbdel d-dieta ta’ kwalunkwe qattus jew kelb jista’

    jibdel il-ħtiġijiet tal-insulina jista’ jibdel id-doża tal-insulina.


    Doża e ċċ essi va ( si nt omi , proċe dur i t a’ emer ġenza, a nt idot i) :

    Doża eċċessiva ta’ insulina tista’ tirriżulta f’ipogliċemija f’liema każ ikun hemm bżonn li tingħata soluzzjoni li fiha glucose jew ġel u/jew ikel.


    Sinjali kliniċi ta’ ipogliċemija jistgħu jinkludu ġuħ, żieda fl-ansjetà, moviment instabbli, kontrazzjonijiet tal-muskoli, li l-qattus jitfixel jew iċedi fuq saqajh ta’ wara, u diżorjentament.

    L-għoti tal-insulina għandu jitwaqqaf temporanjament u d-doża li jmiss tal-insulina tiġi aġġustata kif suppost.

    Is-sid hu avżat biex id-dar iżomm prodotti li fihom il-glucose (eż. għasel, dextrose gel).


    In ko mpat i bi li taj i et maġġur i :

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompattibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs ta’ pakkett b’kunjett wieħed ta’ 210 ml magħmul minn ħġieġ ċar. Il-kunjett hu magħluq b’tapp tal-lastku tal-butyl u ssiġillat b’għatu flip-off tal-plastik.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

ProZinc 40 IU/ml suspensjoni għal injezzjoni għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtor i zzazzj oni għat -t qegħi d f is -suq u l-manifattur responsabbli għall-ħr u g t al -lott: Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    Binger Strasse 173

    55216 Ingelheim/Rhein IL-ĠERMANJA


    Manifattur responsabbli mill-ħruġ tal-lott:

    KVP Pharma + Veterinär Produkte GmbH

    Projensdorfer Str. 324

    24106 Kiel

    IL-ĠERMANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    ProZinc 40 IU/ml suspensjoni għal injezzjoni għal klieb. Insulina umana


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull millilitru fih:


    Sustanza Attiva:

    Insulina umana* 40 IU bħala insulina bi protamine zinc.


    IU (Unità Internazzjonali) waħda tikkorrispondi għal 0.0347 mg ta’ insulina umana.

    *prodotta minn teknoloġija ta’ DNA rikombinanti


    Ingredjent(i) ieħor/oħra:

    Protamine sulfate 0.466 mg

    Zinc oxide 0.088 mg

    Phenol 2.5 mg


    Sospensjoni mdardra, bajda u milwiema.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għal kura ta’ dijabete mellitus fil- klieb biex jinkiseb tnaqqis ta’ ipergliċemija u titjib tas-sinjali kliniċi assoċjati.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax għall-immaniġġjar akut ta’ ketoaċidożi dijabetika.

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-ingredjenti l-oħra.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet ipogliċemiċi ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna fi studju kliniku: 26.5% (44 minn

    166) ta’ klieb ittrattati. Dawn ir-reazzjonijiet ġeneralment kienu ħfief fin-natura tagħhom. Sinjali kliniċi jistgħu jinkludu sinjali ta’ ġuħ, ansjetà, moviment instabbli, kontrazzjonijiet tal-muskoli, li l- kelb jitfixkel jew jogħtor fuq saqajh ta’ wara, u diżorjentament.

    F’dan il-każ, l-għoti immedjat ta’ soluzzjoni li fiha glucose jew ġel u/jew ikel hi meħtieġa.


    L-għoti tal-insulina jrid jitwaqqaf temporanjament u d-doża li jkun imiss tal-insulina tiġi aġġustata kif suppost.


    Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni kienu rrappurtati b’mod rari ħafna u fiequ mingħajr il-waqfien bil-kura.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali trattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal trattati )

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal trattati)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal trattati )

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal trattati, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu għal taħt il-ġilda


    Jekk is-sid tal-annimal se jamministra l-prodott, taħriġ/parir xieraq għandu jiġi pprovdut mill- veterinarju li jagħti r-riċetta qabel ma jamminstra l-prodott għall-ewwel darba.


    Dożaġġ:

    Il-veterinarju għandu jevalwa mill-ġdid l-annimal f’intervalli adattati u jagħmel aġġustamenti

    lill-protokoll tal-kura, pereżempju l-kors tad-doża u d-dożaġġ, sakemm jinkiseb kontroll gliċemiku adegwat.


    Kwalunkwe aġġustament fid-doża (i.e. żieda fid-doża) għandu jitwettaq b’mod ġenerali wara diversi jiem (eż. wara ġimgħa) billi l-azzjoni sħiħa tal-insulina teħtieġ fażi ta’ ekwilibriju. Tnaqqis fid-doża minħabba l-ipogliċemija osservata jew effett issuspettat ta’ Somogyi (ipogliċemija li tirkadi) jista’ jkun ta’ 50% jew ogħla (inkluż potenzjalment waqfien temporanju tal-għoti tal-insulina).


    Ġaladarba jinkiseb kontroll glikemiku adegwat, għandu jitwettaq monitoraġġ intermittenti tal-livell tal-glucose speċjalment meta jkun hemm bidla fis-sinjali kliniċi, u aġġustamenti addizzjonali fid-doża tal-insulina jistgħu jkunu meħtieġa.


    Gwida ġene r al i:

    Id-dożaġġ għandu jiġi individwalizzat u bbażat fuq il-preżentazzjoni klinika ta’ kull pazjent. Biex jintlaħaq il-kontroll ottimu ta’ dijabete mellitus, l-aġġustamenti fid-doża għandhom ikunu primarjament ibbażati fuq sinjali kliniċi. Il-parametri tad-demm bħal fructosamine, glucose massimu fid-demm u tnaqqis ta’ konċentrazzjonijiet tal-gluscose fid-demm fil-kurvi tal-glucose fid-demm) li jsiru matul perjodu ta’ żmien biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid-

    demm għandhom jintużaw bħala għodod ta’ appoġġ (ara wkoll s-sezzjoni “Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fil-klieb”).

    Evalwazzjoni mill-ġdid tas-sinjali kliniċi u l-parametri tal-laboraturju għandhom isiru kif irrikmandat

    mill-veterinarju responsabbli.


    Bidu

    Għall-bidu tat-trattament, id-doża rrakkomandata hija 0.5 sa 1.0 IU insulina/kg ta’ piż tal-ġisem darba kuljum filgħodu (madwar kull 24 siegħa).

    Għal klieb li għadhom kif ġew iddijanjostikati bid-dijabete, doża tal-bidu ta’ 0.5 IU kg darba kuljum hija rrakkomandata.


    Immani ġġj ar

    L-aġġust ament i fid-doża tal-insulina fuq kors ta’ darba kuljum, jekk meħtieġa, ġeneralment għandhom isiru b’mod konservattiv u gradwali, (eż. sa żieda/tnaqqis ta’ 25% tad-doża kull injezzjoni).


    Jekk ma j i ġi x osservat titjib bi żżej j ed fil-kontroll tad-dijabete wara perjodu adegwat ta’ aġġustament fid-doża ta’ 4 sa 6 ġimgħat bi trattament ta’ darba kuljum, jistgħu jiġu kkunsidrati l-għażliet li ġejjin:

    • Aktar aġġustamenti fid-doża tal-insulina bi trattament ta’ darba kuljum jistgħu jkunu neċessarji,

      b’mod partikolari jekk il-klieb ikollhom żieda fl-attività fiżika, bidla fid-dieta tas-soltu tagħhom jew waqt marda fl-istess ħin.

    • Kif taqleb għal għoti ta’ doża darbtejn kuljum: F’każijiet bħal dawn, huwa rrakkomandat li tnaqqas id-doża ta’ kull injezzjoni b’terz (eż. kelb ta’ 12-il kg li qed jiġi kkurat darba kuljum bi 12 IU insulina/injezzjoni jista’ jinqaleb għal 8 IU insulina/injezzjoni mogħtija darbtejn kuljum).

    Il-prodott għandu jingħata filgħodu u filgħaxija, bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa wara. Aktar aġġustamenti fid-doża tal-insulina bi trattament ta’ darbtejn kuljum jistgħu jkunu neċessarji.


    Skont il-kawża sottostanti (eż. dijabete mellitus ikkawżata minn dioestrus), il-klieb jistgħu jiżviluppaw remissjoni dijabetika, għalkemm dan jiġri rari. F’dawk il-każijiet, produzzjoni suffiċjenti ta’ insulina endoġena se terġa’ tinkiseb, u d-doża ta’ insulina esoġena se jkollha bżonn li tiġi aġġustata jew titwaqqaf.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Trid tintuża siringa U-40.

    Is-suspensjoni għandha titħallat billi jitrambel il-kunjett bil-mod qabel ma tiġbed kull doża minn ġol- kunjett.

    Għandha tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-eżattezza tad-dożaġġ.

    Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Id-doża għandha tingħata fl-istess ħin mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel. Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.

    Wara li trambel il-kunjett bi ProZinc bil-mod, is-suspensjoni jkollha dehra bajda u mċajpra.

    Jista’ jiġi osservat ċirku abjad fl-għonq ta’ xi kunjetti, iżda dan ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott. Agglomerati (eż. ċapep) jistgħu jiffurmaw f’suspensjonijiet tal-insulina: tużax il-prodott jekk

    agglomerati viżibbli jibqgħu jippersistu wara li trambel il-kunjett bil-mod.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Għal kunjetti mhux użati u miftuħin:

    Aħżen f’pożizzjoni wieqfa fil-friġġ (2°C – 8°C).

    Tagħmlux fil-friża.

    Żomm il-kunjett fil- pakkett ta’ barra sabiex tipproteġi mid-dawl.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 60 jum.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-pakkett wara JIS.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    T wissij i et speċj al i għal kul l spe ċi għal xi ex huwa ndi kat :

    Avvenimenti stressanti ħafna, nuqqas t’aptit l-użu fl-istess ħin b’gestagens u kortikosterojdi jew mard ieħor fl-istess ħin (eż. gastro-intestinali, mard infettiv jew infjammatorju jew mard endokrinali), jista’

    jinfluwenza l-effettività tal-insulina u għalhekk id-doża tal-insulina jista’ jkollha bżonn tiġi aġġustata.


    Prekawzj onij i et speċj ali għal l -użu f l -annimali:

    Id-doża tal-insulina jista’ jkollha bżonn tiġi aġġustata jew imwaqqfa wara riżoluzzjoni ta’ stadji transitorji dijabetiċi fil-klieb (eż. dijabete mellitus dioestrus indotta, dijabete mellitus sekondarja sa iperadrenokortiċiżmu).


    Wara li d-doża ta’ kuljum tal-insulina tiġi stabbilita, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ għall-kontroll dijabetiku.

    Il-kura bl-insulina tista’ tikkawża ipogliċemija. Għal sinjali kliniċi u kura adattata, jekk jogħġbok

    irreferi għas-sezzjoni “Doża eċċessiva”, hawn taħt.


    F’każijiet fejn hija ssuspettata ipogliċemija, għandu jitkejjel il-livell ta’ glucose fid-demm fil-ħin li sseħħ (jekk possibbli) kif ukoll ftit qabel it-tmigħ/l-injezzjoni li jmiss (fejn japplika).

    L-istress u l-eżerċizzju irregolari għandhom jiġu evitati. Huwa rrakkomandat li tiġi stabbilita skeda ta’

    tmigħ darbtejn kuljum mas-sid sew jekk l-insulina tiġi injettata darba kif ukoll darbtejn kuljum.


    Fi studju esperimentali fi klieb f’saħħithom, iż-żmien medju għall-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid- demm kien madwar 16 u 12-il siegħa wara l-għoti ta’ 0.5 jew 0.8 IU/kg piż tal-ġisem, rispettivament. Taħt kundizzjonijiet fil-post kliniku fi klieb dijabetiċi, iż-żmien għal effett massimu fuq it-tnaqqis tal- konċentrazzjonijiet tal-glucose fid-demm (jiġifieri l-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid-demm) wara għoti taħt il-ġilda ma ġiex osservat fi żmien 9 sigħat wara l-aħħar injezzjoni f’67.9 % tal-klieb globali. (73.5% fuq għoti ta’ darba kuljum u 59.3% fuq għoti ta’ darbtejn kuljum). Konsegwentement, il-kurvi tal-glucose fid-demm għandhom isiru matul perjodu ta’ żmien biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-iżjed ammont baxx ta’ glucose fid-demm.


    Pre kawzj onij i et speċj ali li għandhom j i tti eħdu mi ll -persuna li tamministra l-pr odott medi ċi nali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali lilek innifsek tista’ tikkawża sinjali kliniċi ta’ ipogliċemija li jistgħu jiġu ttrattati bl-għoti mill-ħalq ta’ zokkor. Hemm possibbiltà żgħira ta’ reazzjoni allerġika f’individwi sensittivi.


    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ tagħrif lit-tabib..


    T qal a u tr eddi għ

    Is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju f’annimali li kienu qed jgħammru, tqal u li jreddgħu, ma ġietx stabbilita.

    Uża biss skont il-valutazzjoni tal-beneficcju u r-riskju mill-veterinarju responsabbli.

    B’mod ġenerali, il-ħtiġijiet tal-insulina waqt it-tqala u t-treddigħ jistgħu jkunu differenti minħabba

    t-tibdil fl-istat metaboliku. Għalhekk, monitoraġġ mill-qrib ta’ glucose u superviżjoni veterinarja huma rakkomandati.


    Int er azzj oni ma’ pr odot ti medi ċi nal oħr aj n u f or om oħraj n t a’ i nt erazzj oni :

    Tibdil fil-ħtiġijiet tal-insulina jistgħu jirriżultaw mill-għoti ta’ sustanzi li jibdlu t-tolleranza għall-glucose (eż. kortikosterojdi u gestagens). Il-monitoraġġ tal-konċentrazzjonijiet tal-glucose

    għandu jitwettqu biex tiġi aġġustata d-doża kif suppost. Bl-istess mod, li tinbidel d-dieta jista’ jibdel

    il-ħtiġijiet tal-insulina u teħtieġ li tinbidel id-doża tal-insulina.


    Doża e ċċ essi va ( si nt omi , proċe dur i t a’ emer ġenza, a nt idot i) :

    Doża eċċessiva ta’ insulina tista’ tirriżulta f’ipogliċemija f’liema każ ikun hemm bżonn li tingħata soluzzjoni li fiha glucose jew ġel u/jew ikel.


    Sinjali kliniċi ta’ ipogliċemija jistgħu jinkludu ġuħ, żieda fl-ansjetà, moviment instabbli, kontrazzjonijiet tal-muskoli, li l-qattus jitfixel jew iċedi fuq saqajh ta’ wara, u diżorjentament.

    L-għoti tal-insulina għandu jitwaqqaf temporanjament u d-doża li jmiss tal-insulina tiġi aġġustata kif suppost.

    Is-sid hu avżat biex id-dar iżomm prodotti li fihom il-glucose (eż. għasel, dextrose gel).


    In ko mpat i bi li taj i et maġġur i :

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompattibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs ta’ pakkett b’kunjett wieħed ta’ 20 ml magħmul minn ħġieġ ċar. Il-kunjett hu magħluq b’tapp tal-lastku tal-butyl u ssiġillat b’għatu flip-off tal-plastik.