Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Latuda
lurasidone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Latuda 18.5 mg pilloli miksija b’rita Latuda 37 mg pilloli miksija b’rita Latuda 74 mg pilloli miksija b’rita lurasidone


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

- Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

- Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

1. X’inhu Latuda u għalxiex jintuża

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Latuda

  1. Kif għandek tieħu Latuda

  2. Effetti sekondarji possibbli

  3. Kif taħżen Latuda

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Latuda u għalxiex jintuża


    Latuda fih is-sustanza attiva lurasidone u jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa antipsikotiċi. Huwa jintuża biex jikkura s-sintomi ta’ skizofrenija f’adulti li għandhom (18 sena u ikbar) u adolexxenti ta’ età bejn 13-17-il sena. Lurasidone jaħdem billi jimblokka riċetturi fil-moħħ li jeħlu magħhom is-sustanza dopamine u serotonin. Dopamine u serotonin huma newrotrażmettituri (sustanzi li jippermettu liċ-ċelloli nervużi jikkomunikaw ma’ xulxin) li huma involuti fis-sintomi ta’

    l-iskiżofrenja. Billi jimblokka r-riċetturi tagħhom, lurasidone jgħin fin-normalizzazzjoni tal-attività tal-moħħ, jnaqqas is-sintomi tal-iskiżofrenja


    Skiżofrenja hija disturb b’sintomi bħal li tisma’, tara jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, tinqata’ għalik waħdek, diskors u imġiba mhux koerenti u nuqqas ta’ emozzjoni. Nies b’dan id-disturb għandhom mnejn iħossuhom wkoll depressi, anzjużi, ħatja, jew taħt tensjoni. Din il-mediċina tintuża biex ittejjeb is-sintomi tiegħek ta’ skiżofrenja.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Latuda


    Tiħux Latuda:

    • jekk inti allerġiku għal lurasidone jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

    • qed tieħu mediċini li jistgħu jaffettwaw il-livell ta’ lurasidone fid-demm tiegħek bħal:

      • mediċini għall-infezzjonijiet ikkawżati mill-moffa bħal itraconazole, ketoconazole (ħlief bħala xampu), posaconazole jew voriconazole

      • mediċini għal infezzjoni bħall-antibijotiku clarithromycin jew telithromycin

      • mediċini għall-infezzjonijiet tal-HIV bħal cobicistat, indinavir, nelfinavir, ritonavir, u saquinavir

      • mediċini għall-epatite kronika bħal boceprevir u telaprevir

      • mediċina għad-dipressjoni, nefazodone

      • mediċina għat-tuberkulożi, rifampicin

      • mediċini għall-konvulżjonijiet bħal carbamazepine, phenobarbital u phenytoin

      • mediċina erbali għad-dipressjoni, St John’s wort (Hypericum perforatum).

        Twissijiet u prekawzjonijiet

        Jista’ jieħu diversi ġranet jew anki ġimgħat qabel din il-mediċina jkollha effett sħiħ. Ikkuntattja

        lit-tabib tiegħek jekk għandek mistoqsijiet dwar din il-mediċina.


        Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Latuda, jew waqt il-kura, speċjalment jekk għandek:

    • ħsibijiet jew imġiba ta’ suwiċidju

    • Il-marda ta’ Parkinson jew demenzja

    • qatt ġejt iddijanjostikat b’kondizzjoni li s-sintomi jinkludu temperatura għolja u ebusija

      tal-muskoli (magħrufa wkoll bħala sindrome newrolettiku malinn) jew jekk qatt kellek riġidità, rogħda jew problemi biex tiċċaqlaq (sintomi ekstrapiramidali) jew movimenti mhux normali

      tal-ilsien jew tal-wiċċ (diskajneżja ttardjata). Għandek tkun taf li dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jiġu kkawżati minn din il-mediċina

    • marda tal-qalb jew kura għall-mard tal-qalb li jagħmluk suxxettibli għall-pressjoni baxxa jew

      jekk għandek storja fil-familja ta’ taħbit tal-qalb irregolari (inkluż titwil ta’ QT)

    • storja ta’ aċċessjonijiet jew epilessija

    • storja ta’ emboli tad-demm, jew jekk xi ħadd ieħor fil-familja tiegħek għandu/ha storja ta’ emboli tad-demm, peress li mediċini għall-iskiżofrenja ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ emboli tad-demm

    • sider imkabbar fl-irġiel (ginekomastija), tnixxija min-nippla (galattorea), nuqqas ta’ mestruwazzjoni (amenorrea) jew disfunzjoni erettili

    • dijabete jew suxxettibbli għad-dijabete

    • funzjoni tal-kliewi mnaqqsa

    • funzjoni tal-fwied mnaqqsa

    • żieda fil-piż tiegħek

    • titbaxxa l-pressjoni tad-demm meta inti tqum bilwieqfa li tistgħa tikkawża ħass ħażin.

    • dipendenza fuq l-opjojdi (ittrattata b’buprenorphine) jew uġigħ sever (ittrattat bl-opjojdi) jew depressjoni jew kundizzjonijiet oħra li huma ttrattati b’antidipressanti. L-użu ta’ dawn il- mediċini flimkien ma’ Latuda jista’ jwassal għas-sindrome ta’ serotonin, kundizzjoni li potenzjalment tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja (ara “Mediċini oħra u Latuda”).


      Jekk għandek xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek peress li dan għandu mnejn ikun jixtieq jaġġusta d-doża tiegħek, jissorveljak aktar mill-qrib jew iwaqqaf il-kura b’Latuda.


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lil tfal li għandhom inqas minn 13-il sena.


      Mediċini oħra u Latuda

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan huwa importanti ħafna jekk qed tieħu:

    • xi mediċini li wkoll jaħdmu fuq il-moħħ, peress li l-effetti tagħhom jistgħu jkunu addittivi b’mod negattiv mal-effetti ta’ Latuda fuq il-moħħ tiegħek

    • mediċini li jbaxxu l-pressjoni, peress li din il-mediċina wkoll tista’ tbaxxi l-pressjoni

    • mediċini għall-marda ta’ Parkinson u għas-sindrome ta’ riġlejn jiċċaqalqu (eż. levodopa) peress li din il-mediċina tista’ tnaqqas l-effetti tagħhom

    • mediċini li fihom derivattivi ta’ ergot alkaloid (użati għall-kura tal-emigranja), u mediċini oħra inkluż terfenadine u astemizole (użati għall-kura tar-riħ tal-ħuxlief (hay fever) u kondizzjonijiet allerġiċi oħra), cisapride (użat għall-kura ta’ problemi fid-diġestjoni), pimozide (użat għall-kura ta’ mard psikjatriku), quinidine (użat għall-kura ta’ kondizzjonijiet tal-qalb), bepridil (użat

      għall-kura ta’ uġigħ fis-sider)

    • mediċini li fihom buphrenorphine (użat għat-trattament tad-dipendenza fuq l-opjojdi) jew opjojdi (użati għat-trattament ta’ uġigħ sever) jew antidipressanti bħal moclobemide, tranylcypromine, citalopram, escitalopram, fluoxetine, fluvoxamine, paroxetine, sertraline, duloxetine, venlafaxine, amitriptyline, doxepine, jew trimipramine. Dawn il-mediċini jistgħu

      jinteraġġixxu ma’ Latuda u jista’ jkollok sintomi bħal kontrazzjonijiet involontarji u ritmiċi tal- muskoli, inkluż tal-muskoli li jikkontrollaw l-għajnejn, aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma, tegħreq ħafna, rogħda, esaġerazzjoni tar-riflessi, żieda fit-tensjoni tal-muskoli, temperatura tal- ġisem ogħla minn 38°C. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal dawn.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċini minn dawn għax it-tabib tiegħek għandu mnejn

      ikollu jibdel id-doża ta’ dik il-mediċina waqt kura b’Latuda.


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-livell ta’ lurasidone fid-demm tiegħek:

    • diltiazem (għall-kura ta’ pressjoni għolja)

    • erythromycin (għall-kura ta’ infezzjonijiet)

    • fluconazole (għall-kura ta’ infezzjonijiet mill-moffa)

    • verapamil (għall-kura ta’ pressjoni għolja jew uġigħ fis-sider).


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-livell ta’ lurasidone fid-demm tiegħek:

    • amprenavir, efavirenz, etravirine (għall-kura tal-infezzjoni HIV)

    • aprepitant (għall-kura ta’ dardir u rimettar)

    • armodafinil, modafinil (għall-kura ta’ ngħas)

    • bosentan (għall-kura ta’ pressjoni għolja jew ulċeri fis-swaba)

    • nafcillin (għall-kura ta’ infezzjonijiet)

    • prednisone (għall-kura ta’ mard infjammatorju)

    • rufinamide (għall-kura ta’ aċċessjonijiet).


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċini minn dawn għax it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn ibiddel id-doża tiegħek ta’ Latuda.


      Latuda ma’ ikel, xorb u alkoħol

      1. alkoħol għandu jiġi evitat meta tieħu din il-mediċina. Dan huwa għax l-alkoħol ikollu effett addittiv

        negattiv .

        Tixrobx meraq tal-grejpfrut waqt li qed tieħu din il-mediċina. Il-grejpfrut jista’ jaffettwa l-mod kif

        taħdem din il-mediċina.


        Tqala u treddigħ

        Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


        M’għandekx tieħu din il-mediċina waqt it-tqala sakemm dan ma jkunx ġie miftiehem mat-tabib

        tiegħek.


        Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li l-benefiċċju potenzjali ta’ kura waqt it-tqala jiġġustifika r-riskju potenzjali għat-tarbija mhux imwielda tiegħek, it-tabib tiegħek se jimmonitorja lit-tarbija tiegħek mill-qrib wara t-twelid. Dan għax is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid ta’ ommijiet li wżaw lurasidone fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur) tat-tqala tagħhom:

        • rogħda, ebusija u/jew dgħufija tal-muskoli, ngħas, aġitazzjoni, problemi bin-nifs, u diffikultà

      biex tiekol.


      Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi sintomi minn dawn għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


      Mhuwiex magħruf jekk lurasidone jgħaddix fil-ħalib tas-sider. Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’, jew jekk qed tippjana li tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Ngħas, sturdament u problemi fil-vista jistgħu jseħħu waqt kura b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibli). M’għandekx issuq, issuq rota jew tuża għodda jew magni qabel ma tkun taf li din il-mediċina m’għandhiex effett negattiv fuqek.

      Latuda fih sodium

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola waħda, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Latuda


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża tiegħek se tiġi deċiża mit-tabib tiegħek u tista’ tiddependi fuq:

    • kemm tirrispondi tajjeb għal doża

    • jekk qed tieħu xi mediċini oħra (ara sezzjoni 2, Mediċini oħra u Latuda)

    • jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied.


      Adulti (minn età ta’ 18-il sena u ikbar)

      Id-doża rrakkomandata tal-bidu hija ta’ 37 mg darba kuljum.

      Id-doża tista’ tiġi miżjuda jew imnaqqsa mit-tabib tiegħek fi ħdan il-firxa tad-doża ta’ 18.5 mg sa 148 mg darba kuljum. Il-doża massima m’għandhiex taqbeż 148 mg darba kuljum.


      Adolexxenti ta’ età bejn 13-17-il sena

      Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 37 mg ta’ lurasidone darba kuljum.

      Id-doża tista’ tiġi miżjuda jew imnaqqsa mit-tabib tiegħek fil-medda tad-doża ta’ 37 sa 74 mg darba kuljum. Id-doża massima ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż 74 mg.


      Kif għandek tieħu Latuda

      Ibla’ l-pillola/i tiegħek sħiħa/sħaħ mal-ilma, sabiex tgħatti t-togħma morra. Għandek tieħu d-doża tiegħek b’mod regolari kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata, b'tali mod li jkun aktar faċli biex tiftakar fiha..

      Għandek tieħu din il-mediċina mal-ikel jew eżatt wara l-ikel, għax dan jgħin lill-ġisem jieħu

      l-mediċina u jippermetti li taħdem aħjar.


      Jekk tieħu Latuda aktar milli suppost

      Jekk tieħu aktar minn din il-mediċina milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament. Jista’ jkollok ngħas, għeja, movimenti mhux normali tal-ġisem, problemi bil-wieqfa u biex timxi, sturdament ikkawżat minn pressjoni baxxa, u taħbit tal-qalb mhux normali.


      Jekk tinsa tieħu Latuda

      M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk tinsa tieħu doża waħda, ħu d-doża li jmiss tiegħek fil-jum ta’ wara. Jekk tinsa tieħu żewġ dożi jew aktar, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.


      Jekk tieqaf tieħu Latuda

      Jekk tieqaf tieħu din il-mediċina inti se titlef l-effetti tal-mediċina. M’għandekx twaqaf din il-mediċina sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel dan it-tabib tiegħek għax is-sintomi tiegħek jistgħu jerġgħu jitfaċċaw.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi li ġejjin fittex attenzjoni medika immedjatament:

    • reazzjoni allerġika severa osservata bħala deni, nefħa fil-ħalq, wiċċ, xufftejn jew ilsien, qtugħ ta’ nifs, ħakk, raxx tal-ġilda u xi kultant tnaqqis fil‑pressjoni (sensittività eċċessiva). Dawn ir- reazzjonijiet jidhru b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • raxx b’infafet ta’ natura serja li jaffettwa l-ġilda, il-ħalq u l-partijiet ġenitali (sindrome ta’

      Stevens-Johnson). Din ir-reazzjoni tidher bi frekwenza mhux magħrufa

    • deni, għaraq, ebusija fil-muskoli, u koxjenza mnaqqsa. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ kondizzjoni magħrufa bħala sindrome newrolettiku malinn. Dawn ir-reazzjonijiet huma osservati b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

    • emboli tad-demm fil-vini speċjalment fir-riġlejn (sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura

      fir-riġel), li jistgħu jimxu fil-kanali tad-demm għall-pulmun u jikkawżaw uġigħ fis-sider u

      diffikultà fit-teħid tan-nifs. Jekk tinnota xi sintomi minn dawn fittex parir mediku minnufih.


      Jistgħu jseħħu wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin fl-adulti:


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

    • sensazzjoni ta’ aġitazzjoni u inabbiltà biex ma tiċċaqlaqx

    • tqalligħ (tħossok imdardar)

    • insomnja.


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • Parkinsoniżmu: dan huwa terminu mediku li jiddeskrivi ħafna sintomi li jinkludu żieda

      fit-tnixxija ta’ bżieq jew ħalq imxarrab, tnixxija ta’ bżieq mill-ħalq, skossi meta tilwi d-dirgħajn

      jew ir-riġlejn, movimenti tal-ġisem bil-mod, imnaqqsa jew indeboliti, nuqqas ta’ espressjoni fil-wiċċ, muskoli marsusa, ebusija fl-għonq, ebusija fil-muskoli, passi żgħar, imkaxkra u mgħaġġla u nuqqas ta’ movimenti normali tad-dirgħajn mal-mixi, teptip persistenti bi tweġiba għal taptip fuq il-moħħ (rifless mhux normali)

    • problemi biex titkellem, movimenti mhux tas-soltu tal-muskoli; kollezzjoni ta’ sintomi magħrufa bħala sintomi ekstrapiramidali (EPS - extrapyramidal symptoms) li tipikament jinvolvu movimenti mhux tas-soltu, bla skop, involontarji tal-muskoli.

    • taħbit tal-qalb mgħaġġel

    • żieda fil-pressjoni

    • sturdament

    • spażmi u ebusija fil-muskoli

    • rimettar (tirremetti)

    • dijarea

    • uġigħ fid-dahar

    • raxx u ħakk

    • indiġestjoni

    • ħalq xott jew bżieq eċċessiv

    • uġigħ addominali

    • ngħas, għeja, aġitazzjoni u ansjetà

    • żieda fil-piż

    • żieda ta’ creatine phosphokinase (enzima fil-muskoli) osservata f’testijiet tad-demm

    • żieda ta’ krejatinina (markatur tal-funzjoni tal-kliewi) fit-testijiet tad-demm.

    • tnaqqis fl-aptit.


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

    • tgedwid

    • ħmar il-lejl

    • diffikultà biex tibla’

    • irritazzjoni tal‑kisja tal‑istonku

    • sensazzjonijiet ta’ ansjetà f’daqqa waħda

    • konvulżjoni (aċċessjonijiet)

    • uġigħ fis-sider

    • weġgħat fil-muskoli

    • telf temporanju tas-sensi

    • tħoss kollox idur bik

    • impulsi mhux normali tan‑nervaturi fil‑qalb

    • rata tal‑qalb baxxa

    • ġogi

    • problemi fil-mixi

    • qagħda riġida

    • żieda ta’ prolactin fid‑demm, żieda ta’ glucose fid‑demm (zokkor fid‑demm), żieda ta’ xi enzimi

      tal‑fwied, osservati fit-testijiet tad‑demm

    • tnaqqis fil-pressjoni meta tqum bilwieqfa li jista’ jwassal għal ħass ħażin

    • riħ komuni

    • fawra

    • vista mċajpra

    • għaraq

    • uġigħ meta tgħaddi l-awrina

    • ċaqlieq mhux ikkontrollat tal-ħalq, l-ilsien u r-riġlejn u d-dirgħajn (diskajneżja tardiva)

    • livelli baxxi ta’ sodium fid-demm li jistgħu jikkawżaw għeja u konfużjoni, movimenti

      involontarji tal-muskoli, aċċessjonijiet u koma (iponatremija).

    • nuqqas ta’ enerġija (letarġija)

    • gass (flatulenza)

    • uġigħ fl-għonq

    • problemi biex ikollok erezzjoni

    • uġigħ waqt jew nuqqas ta’ pirjids mestruwali

    • livelli mnaqqsa ta’ ċelluli ħomor tad-demm (li jġorru l-ossiġenu madwar il-ġisem).


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • Rabdomijoliżi li hija t‑tkissir tal-fibri tal‑muskoli li jwassal għar‑rilaxx tal‑kontenut tal‑fibra tal‑muskoli (mijoglobina) fid‑demm, osservat bħala uġigħ fil‑muskoli, rimettar, tħossok konfuż, rata u ritmu tal‑qalb mhux normali, u possibilment awrina skura

    • żieda fl‑esinofili (tip ta’ ċelluli bojod tad‑demm)

    • nefħa taħt il-wiċċ tal-ġilda (anġjoedema)

    • korriment intenzjonat lill‑persuna nnifisha

    • Inċident ċerebrovaskulari

    • insuffiċjenza tal‑kliewi

    • livelli mnaqqsa taċ-ċelluli bojod tad-demm (li jiġġieldu l-infezzjoni)

    • uġigħ fis‑sider, tnixxija ta’ ħalib mis‑sider

    • mewt f’daqqa.


      Mhux magħruf (il‑frekwenza ma tistax tiġi stmata mid‑data disponibbli):

    • livelli mnaqqsa ta’ sottogrupp ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili)

    • disturb fl-irqad

    • trabi tat‑twelid jistgħu juru dan li ġej: aġitazzjoni, żieda jew tnaqqis fit‑ton tal‑muskoli, rogħda, ngħas, problemi tan-nifs jew tat-tmigħ

    • tkabbir mhux normali tas-sider.


      F’persuni anzjani bid-dimenzja, kienet irrappurtata żieda żgħira fin-numru ta’ mwiet għal pazjenti li jieħdu mediċini għall-iskiżofrenja meta mqabbla ma’ dawk li ma jirċivux dawn il-mediċini.


      L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu fl-adolexxenti:


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

    • tħossok mingħajr sabar u ma tkunx tista’ toqgħod bilqiegħda mingħajr ma tiċċaqlaq

    • uġigħ ta’ ras

    • ngħas

    • tqalligħ (tħossok imdardar).

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • tnaqqis jew żieda fl-aptit

    • ħolm mhux normali

    • diffikultà biex torqod, tensjoni, aġitazzjoni, ansjetà u irritabilità

    • dgħufija fiżika, għeja

    • dipressjoni

    • disturb psikotiku: dan huwa terminu mediku li jiddeskrivi ħafna mard mentali li jista’ jikkawża ħsibijiet u perċezzjonijiet mhux normali; persuni bi psikożi jitilfu s-sens tar-realtà

    • sintomi ta’ skizofrenija

    • diffikultà żżomm l-attenzjoni

    • tħoss kollox idur bik

    • movimenti involontarji mhux normali (diskinesija)

    • tonalità tal-muskoli mhux normali, inkluż tortikollis u devjazzjoni involontarja ’l fuq tal- għajnejn

    • Parkinsoniżmu: dan huwa terminu mediku li jiddeskrivi ħafna sintomi li jinkludu żieda fit-tnixxija ta’ bżieq jew ħalq imxarrab, tnixxija ta’ bżieq mill ħalq, skossi meta tilwi d-dirgħajn jew ir-riġlejn, movimenti tal-ġisem bil-mod, imnaqqsa jew indeboliti, nuqqas ta’ espressjoni fil-wiċċ, muskoli marsusa, ebusija fl-għonq, ebusija fil-muskoli, passi żgħar, imkaxkra u mgħaġġla u nuqqas ta’ movimenti normali tad-dirgħajn mal-mixi, teptip persistenti bi tweġiba għal taptip fuq il-moħħ (rifless mhux normali)

    • taħbit tal-qalb mgħaġġel

    • diffikultà biex tbattal l-imsaren (stitikezza)

    • ħalq xott jew bżieq eċċessiv

    • rimettar (tirremetti)

    • għaraq

    • ebusija fil-muskoli

    • problemi biex ikollok erezzjoni

    • żieda ta’ creatine phosphokinase (enzima fil-muskoli) osservata f’testijiet tad-demm

    • żieda ta’ prolactin fid-demm (ormon), osservata f’testijiet tad-demm

    • żieda jew telf fil-piż.


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

    • sensittività eċċessiva

    • riħ komuni, infezzjoni fil-griżejn u l-imnieħer

    • tnaqqis fl-attività tat-tirojde, infjammazzjoni tat-tirojde

    • imġiba aggressiva, imġiba impulsiva

    • apatija

    • stat konfużjonali

    • burdata depressa

    • separazzjoni tal-proċessi mentali normali (dissoċjazzjoni)

    • alluċinazzjonijiet (awditorji jew viżwali)

    • ħsibijiet ta’ omiċidju

    • diffikultà biex torqod

    • żieda jew tnaqqis fid-desiderju sesswali

    • nuqqas ta’ enerġija

    • bidliet fil-kundizzjoni mentali

    • ħsibijiet ossessivi

    • tħoss ansjetà akuta u diżabilitanti (attakk ta’ paniku)

    • tagħmel movimenti involontarji għall-ebda raġuni (iperattività psikomotorja)

    • iperattività tal-muskoli fil-ġisem (iperkinesija), ma tkunx tista’ toqgħod kwiet (nuqqas ta’ sabar)

    • ħeġġa inkontrollabbli biex iċċaqlaq riġlejk (sindrome ta’ saqajn bla kwiet), moviment

      inkontrollabbli tal-ħalq, ilsien u d-dirgħajn u r-riġlejn (diskinesija tardiva)

    • disturb fl-irqad

    • ħsibijiet ta’ suwiċidju intenzjonat

    • ħsibijiet mhux normali

    • tħoss kollox idur bik

    • bidla fis-sens tat-togħma

    • indeboliment tal-memorja

    • sensazzjoni fil-ġilda mhux normali (parestesija)

    • tħossok qiesek għandek ċinga ssikkata ma’ rasek (uġigħ ta’ ras bit-tensjoni), emigranja

    • diffikultà tiffoka għajnejk, vista mċajpra

    • żieda fis-sensittività tas-smigħ

    • palpitazzjonijiet, bidliet fir-ritmu tal-qalb

    • il-pressjoni tad-demm taqa’ meta tqum bilwieqfa li jista’ jwassal għal ħass ħażin

    • żieda fil-pressjoni tad-demm

    • uġigħ jew disturb fl-addome

    • nuqqas ta’ jew tnaqqis fis-sekrezzjoni tal-bżieq

    • dijarea

    • indiġestjoni

    • xufftejn xotti

    • uġigħ fis-snien

    • nuqqas parzjali jew sħiħ ta’ xagħar, ix-xagħar ma jikbirx b’mod normali

    • raxx, urtikarja

    • spażmi u ebusija fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli

    • uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, uġigħ fix-xedaq

    • preżenza ta’ bilirubina fl-awrina, preżenza ta’ proteina fl-awrina, markatur tal-funzjoni tal- kliewi

    • uġigħ jew diffikultà meta tgħaddi l-awrina, tgħaddi l-awrina b’mod frekwenti, disturb fil-kliewi

    • disfunzjoni sesswali

    • diffikultà fl-eġakulazzjoni

    • tkabbir mhux normali tas-sider, uġigħ fis-sider, sekrezzjoni ta’ ħalib mis-sider

    • menstrwazzjoni assenti jew irregolari

    • tagħmel ħsejjes u movimenti mhux kontrollati (disturb ta’ Tourette)

    • sirdat

    • problemi bil-mixi

    • tħossok ma tiflaħx

    • uġigħ fis-sider

    • deni

    • doża eċċessiva intenzjonali

    • effetti fuq il-funzjoni tat-tirojde, osservati f’testijiet tad-demm, żieda ta’ kolesterol fid-demm, żieda ta’ trigliċeridi tad-demm, tnaqqis fil-lipoproteina b’densità għolja, tnaqqis fil-lipoproteina b’densità baxxa, osservati f’testijiet tad-demm

    • żieda ta’ glukows fid-demm (zokkor fid-demm), żieda ta’ insulina fid-demm, żieda f’xi enzimi

      tal-fwied (markatur tal-funzjoni tal-fwied), osservati f’testijiet tad-demm

    • żieda jew tnaqqis ta’ testosterone fid-demm, żieda tal-ormon li jistimula t-tirojde fid-demm, osservati f’testijiet tad-demm

    • bidliet fl-elettrokardjogramma

    • tnaqqis fl-emoglobina, livelli mnaqqsa ta’ ċelluli bojod tad-demm (li jiġġieldu l-infezzjoni)

      osservati f’testijiet tad-demm.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista 'tirrapporta wkoll effetti sekondarji direttament permezz tal-websajt li ġejja: www.medicinesauthority.gov.mt/adrportal. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din

      il-mediċina.

  5. Kif taħżen Latuda


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Latuda


Latuda pilloli miksija b’rita huma disponibbli f’daqsijiet ta’ pakketti li fihom 14 x 1, 28 x 1, 30 x 1, 56 x 1, 60 x 1, 90 x 1 jew 98 x 1 pillola miksija b’rita f’folji magħmulin minn aluminju/aluminju mtaqqab biex tkun tista’ tinqata’ doża waħda.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Aziende Chimiche Riunite Angelini Francesco – A.C.R.A.F. S.p.A. Viale Amelia 70, 00181

Ruma – L-Italja


Il-Manifattur


Aziende Chimiche Riunite Angelini Francesco A.C.R.A.F. S.p.A. Via Vecchia del Pinocchio, 22 60100

Ancona (AN), L-Italja


Millmount Healthcare Ltd.

Block-7, City North Business Campus, Stamullen, Co. Meath, K32 YD60, Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/ Belgique/ Belgien

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Lithuania/ Lietuva

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Bulgaria/ България

Анджелини Фарма България ЕООД

office@angelini.bg

Luxembourg/ Luxemburg

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Czech Republic/ Česká republika Angelini Pharma Česká republika s.r.o. info@angelini.cz

Hungary/ Magyarország

Angelini Pharma Magyarország Kft

office@angelini.hu

Denmark/ Danmark

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Malta

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Germany/ Deutschland

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Netherlands/ Nederland

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Estonia/ Eesti

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Norway/ Norge

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Greece/ Ελλάδα

Angelini Pharma Hellas Μονοπρόσωπη ABEE

info@angelinipharma.gr

Austria/ Österreich

Angelini Pharma Österreich GmbH office@angelini.at

Spain/ España

ANGELINI PHARMA ESPAÑA, S.L. Tel: + 34 93 253 45 00

Poland/ Polska

Angelini Pharma Polska Sp. z o.o.

angelini@angelini.pl

France

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Portugal

Angelini Pharma Portugal, Unipessoal Lda

apoio.utente@angelini.pt

Croatia/ Hrvatska

Aziende Chimiche Riunite Angelini Francesco

– A.C.R.A.F. S.p.A. Tel: + 39 06 78 0531

Romania/ România

Angelini Pharmaceuticals România SRL

office@angelini.ro

Ireland

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Slovenia/ Slovenija

Bonifar d.o.o.

Tel: + 386 1 235 0490

Iceland/ Ísland

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Slovak republic/ Slovenská republika Angelini Pharma Slovenská republika s.r.o. office@angelini.sk


Italy/ Italia

Angelini S.p.A.

Tel: + 39 06 78 0531

Suomi/ Finland

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Cyprus/Κύπρος

Angelini Pharma Hellas Μονοπρόσωπη ABEE

info@angelinipharma.gr

Sweden/ Sverige

CNX Therapeutics Netherlands B.V.

medinfo@cnx-therapeutics.com

Latvia/ Latvija

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com

Northern Ireland

CNX Therapeutics Netherlands B.V. medinfo@cnx-therapeutics.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}