Bridion
sugammadex
sugammadex
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lill-anestetista jew lit-tabib tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lill-anestetista tiegħek jew li xi tabib ieħor. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Bridion u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma jingħata Bridion
Kif jingħata Bridion
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Bridion
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Bridion fih is-sustanza attiva sugammadex. Bridion huwa kkunsidrat bħala Aġent Selettiv Rilassanti li Jwaħħal għaliex dan jaħdem biss ma’ rilassanti speċifiċi tal-muskoli, rocuronium bromide jew
vecuronium bromide.
Meta jkollok xi tipi ta’ operazzjonijiet, il-muskoli tiegħek iridu jkunu kompletament irrilassati.
Dan jagħmilha iktar faċli għall-kirurgu biex jagħmel l-operazzjoni. Biex jagħmel hekk, l-anestetiku ġenerali li tingħata jinkludi mediċini biex jirrilassaw il-muskoli tiegħek. Dawn huma msejħa rilassanti tal-muskoli, u eżempji jinkludu rocuronium bromide u vecuronium bromide. Minħabba li dawn
il-mediċini wkoll jirrilassaw il-muskoli tan-nifs, ser tkun teħtieġ l-għajnuna biex tieħu n-nifs (ventilazzjoni artifiċjali) matul u wara l-operazzjoni sakemm tkun tista’ tieħu n-nifs waħdek mill-ġdid.
Bridion jingħata biex iħaffef l-irkuprar mill-operazzjoni tal-muskoli biex jippermettilek tieħu n-nifs
b’mod normali aktar malajr. Jagħmel dan billi jikkombina ma’ rocuronium bromide jew vecuronium bromide f’ġismek. Dan jista’ jintuża fl-adulti kull meta jingħata rocuronium bromide jew vecuronium
bromide u fit-tfal u fl-adolexxenti (mill-età ta’ sentejn sa 17-il sena) meta jingħata rocuronium
bromide għal livell moderat ta’ rilassament.
Jekk inti allerġiku għal sugammadex jew xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).
→ Għid lill-anestetista tiegħek jekk dan japplika għalik.
Kellem lill-anestetista tiegħek qabel ma tingħata Bridion
jekk għandek, jew jekk fil-passat kellek mard tal-kliewi. Dan hu importanti għax Bridion jitneħħa minn ġismek permezz tal-kliewi.
jekk għandek, jew jekk fil-passat kellek mard tal-fwied.
jekk għandekx żamma tal-fluwidu (edema).
jekk għandek mard li hu magħruf li jwassal għal żieda fir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm (disturbi ta’ tagħqid tad-demm) jew mediċina kontra t-tagħqid tad-demm.
Din il-mediċina mhijiex irrakkomandata fit-tfal ta’ anqas minn sentejn.
→ Kellem lill-anestetista tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Bridion jista’ jaffettwa mediċini oħrajn jew ikun affettwat minnhom.
toremifene (jintuża għall-kura tal-kanċer tas-sider).
fusidic acid (antibijotiku).
Bridion jista’ jagħmel il-kontraċettivi ormonali - li jinkludu l-’Pillola’, ċirku vaġinali, impjanti jew IntraUterine System (IUS) ormonali - inqas effettivi għax inaqqas kemm inti tirċievi mill- ormon tal-progestogen. L-ammont ta’ progestogen li jintilef bl-użu ta’ Bridion hu bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak meta ma tiħux Pillola kontraċettiva orali waħda.
→ Jekk tieħu l-Pillola fl-istess jum meta jingħatalek Bridion, segwi l-istruzzjonijiet għal meta ma tiħux doża fil-fuljett ta’ tagħrif tal-Pillola.
→ Jekk qed tuża kontraċettivi ormonali oħrajn (per eżempju ċirku vaġinali, impjant jew IUS) għandek tuża metodu ieħor kontraċettiv mhux ormonali (bħal kondom)
għas-7 t’ijiem li jkun imiss, u segwi l-parir fil-fuljett ta’ tagħrif.
B’mod ġenerali, Bridion m’għandu l-ebda effett fuq it-testijiet tal-laboratorju. Madankollu, jista’ jaffettwa r-riżultati ta’ test tad-demm għal ormon imsejjaħ progesterone. Kellem lit-tabib tiegħek jekk il-livelli tiegħek ta’ progesterone ikollhom bżonn jiġu ttestjati fl-istess jum meta tirċievi Bridion.
Mhux magħruf jekk sugammadex jistax jgħaddi fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. L-anestetista tiegħek ser jgħinek tiddeċiedi jekk għandekx twaqqaf it-treddigħ, jew jekk twaqqafx it-trattament b’sugammadex, wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju ta’ Bridion
gћall-omm.
Bridion m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.
Din il-mediċina fiha sa 9.7 mg sodium (komponent ewlieni tal-melħ tat-tisjir / tal-mejda) f’kull mL. Dan huwa ekwivalenti għal 0.5 % tat-teħid fid-dieta massimu rakkomandat ta’ kuljum ta’ sodium għal
adult.
Bridion jingħata lilek mill-anestetista tiegħek, jew taħt il-kura tal-anestetista tiegħek.
L-anestetista tiegħek ser jikkalkula d-doża ta’ Bridion li teħtieġ ibbażat fuq:
il-piż tiegħek
kemm il-mediċina tar-rilassant tal-muskoli għadha qed taffettwak.
Id-doża normali hi ta’ minn 2 sa 4 mg għal kull kg ta’ piż tal-ġisem għall-adulti u għal tfal u adolexxenti bejn sentejn u 17-il sena. Fl-adulti tista’ tingħata doża ta’ 16 mg/kg jekk ikun meħtieġ irkuprar urġenti mir-rilassament tal-muskoli.
Bridion ser jingħatalek mill-anestetista tiegħek. Jingħata bħala injezzjoni waħda minn linja ġol-vina.
Billi l-anestetista tiegħek ser ikun qed jimmonitorja l-kundizzjoni tiegħek bir-reqqa, mhux mistenni li ser tingħata żżejjed Bridion. Iżda anki jekk jiġri dan, mhux mistenni li jikkawża xi problema.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lill-anestetista tiegħek jew tabib ieħor.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Jekk dawn l-effetti sekondarji jseħħu waqt li tkun taħt l-effett tal-loppju, dawn ser ikunu ċċekkajti u kkurati mill-anestetista tiegħek.
Sogħla
Diffikultajiet fil-passaġġ respiratorju li jistgħu jinkludu sogħla jew li tiċċaqlaq bħallikieku ser tqum jew tieħu nifs
Loppju ħafif - tista’ tħossok li qed tqum minn raqda fil-fond, u għalhekk ikollok bżonn ta’ aktar loppju. Dan jista’ jikkawża lil inti tiċċaqlaq jew tisgħol fit-tmiem ta’ l-operazzjoni
Kumplikazzjonijiet matul il-proċedura tiegħek bħal tibdil fir-rata ta’ taħbit tal-qalb, fis-sogħla jew fil-movimenti
Tnaqqis fil-pressjoni tad-demm minħabba l-proċedura kirurġika
Qtugħ ta’ nifs minħabba bugħawwieġ fil-muskoli tal-passaġġi tan-nifs (bronkospażmu) seħħ f’pazjenti b’passat mediku ta’ problemi fil-pulmuni.
Reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva għall-mediċina) - bħal raxx, ġilda ħamra, nefħa
tal-ilsien u/jew tal-griżmejn, qtugħ ta’ nifs, bidliet fil-pressjoni tad-demm jew ir-rata tal-qalb, li xi kultant jistgħu jikkaġunaw tnaqqis fil-pressjoni tad-demm serja. Reazzjonijiet allergiċi severi
jew qishom allerġiji severi jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja.
Reazzjonijiet allerġiċi ġew irrappurtati f’voluntiera b’saħħithom u konxji.
Ritorn tar-rilassament tal-muskoli wara operazzjoni
Meta jingħata Bridion, jista’ jiġri li l-qalb tħabbat ferm iktar bil-mod u t-taħbit tal-qalb isir tant bil-mod li jista’ jwassal għal arrest kardijaku
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lill-anestetista tiegħek jew tabib ieħor. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Din il-mediċina se tiġi mmaniġġjata minn professjonisti fil-qasam mediku.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew it-tikketta wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Aħżen f’temperatura taħt 30°C. Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.
Wara l-ewwel darba li tinfetaħ il-mediċina u d-dilwizzjoni, aħżen f’temperatura ta’ 2-8°C u uża fi żmien 24 siegħa.
Is-sustanza attiva hi sugammadex.
1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni fih sugammadex sodium ekwivalenti għal 100 mg ta’ sugammadex.
Kull kunjett ta’ 2 mL fih sugammadex sodium ekwivalenti għal 200 mg ta’ sugammadex. Kull kunjett ta’ 5 mL fih sugammadex sodium ekwivalenti għal 500 mg ta’ sugammadex.
Is-sustanzi l-oħra huma ilma għall-injezzjonijiet, hydrochloric acid 3.7% u/jew sodium hydroxide.
Bridion hu soluzzjoni bejn ċara u bla kulur jew sa kemm kemm safra għall-injezzjoni.
Jiġi f’żewġ daqsijiet ta’ pakketti differenti, li jkun fihom jew 10 kunjetti ta’ 2 mL jew 10 kunjetti b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 5 mL.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39
2031 BN Haarlem In-Netherlands
N.V. Organon, Kloosterstraat 6, 5349 AB Oss, In-Netherlands
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
MSD Belgium
Tel/Tél: +32(0)27766211
UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47
Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737
MSD Belgium
Tel/Tél: +32(0)27766211
Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111
MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 5300
MSD Danmark ApS Tlf: +45 4482 4000
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)
Grünenthal GmbH
Tel: +49 (0) 241 569 1111
Merck Sharp & Dohme B.V.
Tel.: 0800 9999000 (+31 23 5153153)
Merck Sharp & Dohme OÜ Tel: + 372 6144 200
MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00
MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.
Τηλ: + 30 210 98 97 300
Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.
Tel: +43 (0) 1 26 044
Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00
MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00
MSD France
Tél: + 33-(0)1 80 46 40 40
Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: + 351 21 446 57 00
Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333
Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 40 21 529 29 00
Merck Sharp and Dohme Ireland (Human Health) Limited
Tel: +353 (0)1 2998700
Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.
Tel: + 386 1 5204201
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel: +421 2 58282010
MSD Italia S.r.l.
Tel: +39 06 361911
medicalinformation.it@merck.com
MSD Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0) 9 804650
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700)
Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488
SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: + 371 67 364224
Tel: + 353 (0)1 2998700
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta' BRIDION.