Paġna ewlenija Paġna ewlenija

INOmax
nitric oxide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


INOmax 400 ppm mol/mol gass mediċinali, kompressat

Nitric oxide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.



Oqgħod attent ħafna b’INOmax

Nitric oxide li jittieħed man-nifs mhux dejjem jista’ jkun effikaċi u b’hekk jistgħu jiġu kkunsidrati kuri oħrajn għalik jew għatl-tifel/tifla tiegħek.


Nitric oxide li jittieħed man-nifs jista’ jinfluwenza l-kapaċità tal-ġarr tal-ossiġenu tad-demm. Dan sejjer jiġi mmonitorjat b’kampjuni tad-demm u jekk ikun hemm bżonn, id-doża ta’ nitric oxide li tittieħed man-nifs għandha titnaqqas.

Nitric oxide jista’ jirreaġġixxi mal-ossiġenu u jifforma nitrogen dioxide li jista’ jikkawża irritazzjoni fil-passaġġ tal-arja. It-tabib tiegħek jew it-tabib ta’ uliedek jagħmel monitoraġġ tan-nitrogen dioxide u fil-każ ta’ valuri elevati, il-kura ta’ INOmax tiġi aġġustata, imnaqqsa bix-xieraq.


Nitric oxide li jittieħed man-nifs jista’ jkollu influwenza ħafifa fuq il-plejtlits (komponenti li jgħinu lid-demm jagħqad) tiegħek jew tat-tifel/tifla tiegħek u tista’ tiġi osservata fsada jew ematoma. Jekk tara xi sinjali jew sintomi li jistgħu jkunu assoċjati ma’ fsada, għandek tinforma direttament lit-tabib tiegħek.


Ebda effett ta’ nitric oxide li jitteħed man-nifs ma ġie ddokumentat fi trabi tat-twelid b’malformazzjoni fejn id-dijaframma ma tkunx kompluta għal kollox, hekk imsejħa ‘ftuq dijaframmatiku konġenitali’.


Fi trabi tat-twelid b’malformazzjonijiet speċjali tal-qalb, ‘li t-tobba jsejħulhom difetti konġenitali tal- qalb’, nitric oxide li jittieħed man-nifs jista’ jikkawża aggravar taċ-ċirkolazzjoni.


Tfal


INOmax ma għandux jintuża f’tarbija ta’ qabel iż-żmien < 34 ġimgħa tal-età ta’ ġestazzjoni.


Mediċini oħra u INOmax

It-tabib jiddeċiedi meta jikkura lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek b’INOmax u b’mediċini oħrajn, u jissorvelja l-kura bir-reqqa.


Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk inti (bħala l-pazjent) jew it-tifel/tifla tiegħek (bħala l- pazjent) qegħdin tieħdu jew ħadtu jew użajtu dan l-aħħar xi mediċini oħra, inklużi mediċini mingħajr riċetta.


Xi mediċini jistgħu jaffettwaw l-abilità tad-demm li jġorr l-ossiġnu. Dawn jinkludu prilocaine (anestetiku lokali) jew glyceryl trinitrate (użat għall-kura tal-anġina). It-tabib tiegħek ser jieħu ħsieb jiċċekkja li d-demm jista’ jġorr biżżejjed ossiġnu meta tkun qed tieħu dawn il-mediċini.


Tqala u treddigħ

INOmax mhuwiex rakkomandat għal użu waqt it-tqala. Għid lit-tabib tiegħek qabel ma tibda t- trattament b’INOmax jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qiegħda tredda’.


Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux relevanti.


INOmax fih Nitroġenu


  1. Kif għandu jingħata INOmax


    It-tabib tiegħek jiddeċiedi d-doża t-tajba ta’ INOmax u jagħti INOmax fil-pulmuni tiegħek jew tat- tifel/tifla tiegħek permezz ta’ sistema mfassla biex tforni dan il-gass. Din is-sistema ta’ forniment tassigura li tingħata d-doża eżatta ta’ nitric oxide billi tiddilwa INOmax b’taħlita ta’ ossiġnu/arja eżatt qabel jagħtihulek.


    Għas-sigurtà tiegħek jew tat-tifel/tifla tiegħek, is-sistemi ta’ forniment maħsuba għall-għoti ta’ INOmax huma mgħammra b’apparat li l-ħin kollu jkejlu l-ammont ta’ nitric oxide, ossiġnu u nitrogen dioxide (kimika ffurmata meta jitħalltu n-nitric oxide u l-ossiġnu) li jkun qed jiġi fornut lill-pulmuni.


    It-tabib tiegħek jiddeċiedi t-tul ta’ kemm inti jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom tiġu kkurati b’INOmax.

    INOmax jingħata f’doża ta’ 10 sa 20 ppm, (doża massimali ta’ 20 ppm fit-tfal u 40 ppm fl-adulti) parti minn kull miljun tal-gass li inti jew tifel/tifla tiegħek tieħdu man-nifs. Sejra tiġi segwita l-iktar doża effikaċi baxxa. Normalment, it-terapija tkun meħtieġa għal madwar 4 ijiem fi trabi tat-twelid b’kollass tal-pulmun assoċjat ma’ pressjoni tad-demm għolja fil-pulmuni. Fi tfal u adulti bi pressjoni tad-demm għolja fil-pulmuni, konnessa ma’ kirurġija tal-qalb, INOmax normalment jingħata għal 24-48 siegħa. Madankollu, it-terapija b’INOmax tista’ ddum iktar.


    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu INOmax aktar milli suppost


    Wisq nitric oxide man-nifs jista’ jinfluwenza l-kapaċità ta’ ġarr tal-ossiġenu tad-demm. Dan sejjer jiġi mmonitorjat bil-kampjuni tad-demm u jekk meħtieġ, id-doża ta’ INOmax titnaqqas u għandu jiġi kkunsidrat l-għoti ta’ mediċini bħal vitamina C, methylene blue, jew eventwalment, trasfużjoni tad- demm, sabiex titjieb il-kapaċità ta’ ġarr tal-ossiġnu.


    Jekk twaqqaf it-trattament b’INOmax


    It-trattament b’INOmax m’għandux jitwaqqaf f’daqqa. Pressjoni baxxa tad-demm jew żieda ta’ rikaduta fil-pressjoni fil-pulmuni huma magħrufa li jseħħu jekk it-trattament b’INOmax jitwaqqaf f’daqqa mingħajr ma l-ewwel titbaxxa d-doża.


    Fl-aħħar tat-trattament, it-tabib inaqqas bil-mod l-ammont ta’ INOmax li jkun qed jingħata lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek sabiex iċ-ċirkolazzjoni fil-pulmuni tkun tista’ taġġusta għall-ossiġnu/arja mingħajr INOmax. Għalhekk jista’ jkun hemm bżonn ta’ ġurnata jew tnejn qabel ma’ inti jew it-tifel/tifla tiegħek ma tibqax/jibqax fuq terapija ta’ INOmax.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. It-tabib tiegħek jeżamina lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek mill-viċin għall-effetti sekondarji kollha.


    Effetti sekondarji li jidhru b’mod komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent 1 minn kull 10)

    f’assoċjazzjoni ma’ terapija ta’ INOmax jinkludu:

    • Għadd baxx ta’ plejtlits


      Effetti sekondarji li jidhru b’mod komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent 1 minn kull 100)

      f’assoċjazzjoni ma’ terapija ta’ INOmax jinkludu:

    • pressjoni tad-demm baxxa, pulmun bla arja jew li kkollassa


      Effetti sekondarji li jidhru b’mod komuni ħafna (jaffettwaw bejn utent 1 f'100 u utent 1 f'1000) huma:

    • żieda fil-metemoglobin, b’hekk tnaqqis fil-kapaċità tal-ġarr tal-ossiġnu.


      Effetti sekondarji li jistgħu jidhru iżda li l-frekwenza tagħhom mhijiex magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) huma:

    • Bradikardja (frekwenza kardijaka baxxa) jew ammont baxx ħafna ta’ ossiġnu fid-demm (desaturazzjoni tal-ossiġnu/ipoksemja) minħabba twaqqif f’daqqa tat-trattament,

    • Uġigħ ta’ ras, sturdament, griżmejn xotti jew qtugħ ta' nifs wara espożizzjoni aċċidentali tal-arja

      ambjentali għan-nitric oxide (eż. tnixxija minn apparat jew ċilindru).


      Għandek tavża direttament lill-personal jekk tesperjenza uġigħ ta’ ras filwaqt li tkun qrib ħafna tat- tifel/tifla tiegħek li jkun/tkun qed jirċievi/tirċievi INOmax.

      Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, anki wara li inti jew it-tifel/tifla tiegħek toħorġu mill-isptar jekk jogħġbok, għid lit-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi

      xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-

      mediċina.


  3. Kif taħżen INOmax


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Terapija ta’ INOmax għandha tintuża biss minn personal tal-isptar.

    • Iċ-ċilindri ta’ INOmax għandhom jinħażnu mwaħħlin sew sabiex ma jkunux jistgħu jaqgħu u jagħmlu ħsara.

    • INOmax għandu jintuża u għandu jingħata biss minn personali li jkun imħarreġ b’mod speċjali

    fl-użu u fil-maniġġ ta’ INOmax.


    Għandhom jiġu segwiti r-regolamenti kollha li jikkonċernaw l-immaniġġjar ta’ ċilindri tal-gass bi pressjoni kostanti.

    Il-ħżin huwa issorveljat mill-ispeċjalisti fl-isptar. Iċ-ċilindri tal-gass għandhom jinħażnu fi kmamar

    b’ventilazzjoni tajba jew fi kmamar ivventilati fejn ikunu protetti mix-xita u mid-dawl tax-xemx dirett.


    Ipproteġi ċ-ċilindri tal-gass minn xokkijiet, waqgħat, ossidazzjoni u materjali li jieħdu n-nar, umdità, sorsi ta’ sħana jew li jqabbdu.


    Ħażna fid-dipartiment tal-farmaċija

    Iċ-ċilindri tal-gass għandhom jinħażnu f’post għall-arja, nadif u msakkar, użat għall-ħażna ta’ gass mediċinali biss. F’dan il-post, għandu jkun hemm post separat iddedikat għall-ħażna ta’ ċilindri tal- gass nitric oxide.


    Ħażna fid-dipartiment tal-mediċina

    Iċ-ċilindru tal-gass għandu jitpoġġa f’sit mgħammar b’materjal xieraq sabiex iżomm iċ-ċilindru tal- gass b’mod vertikali.


    Meta ċ-ċilindru tal-gass ikun vojt, tarmihx. Iċ-ċilindri tal-gass vojta jinġabru mill-fornitur.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih INOmax


Is-sustanza attiva f’INOmax hija nitric oxide 400 ppm mol/mol. Ċilindru tal-gass ta’ 2 litri mimli b’155 bar assolut iġib 307 litri ta’ gass taħt pressjoni ta’ 1 bar f’15oC.

Ċilindru tal-gass ta’ 10 litri mimli b’155 bar assolut iġib 1535 litri ta’ gass taħt pressjoni ta’ 1 bar f’15oC.


Is-sustanza l-oħra hija nitroġenu.

Kif jidher INOmax u l-kontenut tal-pakkett


Gass mediċinali, kompressat


Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri (identifikazzjoni bi spalla akkwamarina u qafas ewlieni bajdani) mimli taħt pressjoni ta’ 155 bar, mgħammar b’valv tal-pressjoni (residwa) pożittiva tal- istainless steel b’konnessjoni speċifika għall-iżbokk u rota tal-idejn tal-valv standard.


Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri (identifikazzjoni bi spalla akkwamarina u qafas ewlieni bajdani) mimli taħt pressjoni ta’ 155 bar, mgħammar b’valv tal-pressjoni (residwa) pożittiva tal- istainless steel b’konnessjoni speċifika għall-iżbokk u rota tal-idejn tal-valv mgħammra b’apparat INOmeter.


Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 10 litri (identifikazzjoni bi spalla akkwamarina u qafas ewlieni bajdani) mimli taħt pressjoni ta’ 155 bar, mgħammar b’valv tal-pressjoni (residwa) pożittiva tal- istainless steel b’konnessjoni speċifika għall-iżbokk u rota tal-idejn tal-valv standard.


Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 10 litri (identifikazzjoni bi spalla akkwamarina u qafas ewlieni bajdani) mimli taħt pressjoni ta’ 155 bar, mgħammar b’valv tal-pressjoni (residwa) pożittiva tal- istainless steel b’konnessjoni speċifika għall-iżbokk u rota tal-idejn tal-valv mgħammra b’apparat INOmeter.


INOmax huwa disponibbli f’ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri u 10 litri.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Linde Healthcare AB Rättarvägen 3

169 68 Solna

L-Iżvezja


Manifattur

Linde France

Z.I. Limay-Porcheville 3 avenue Ozanne

78440 Porcheville Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Linde Gas Belgium N.V. Westvaartdijk 85

1850 Grimbergen

Tél/Tel.: +32 70 233 826

info.healthcare.be@linde.com

Lietuva

Linde Gas UAB Didlaukio g. 69

08300, Vilnius

Tel.: +370 2787787

administracija@lt.linde.com


България

Linde Healthcare AB Rättarvägen 3

169 68 Solna

Sweden

Tel: +46 8 7311000

Luxembourg/Luxemburg Linde Gas Belgium N.V. Westvaartdijk 85

1850 Grimbergen

Tél/Tel.: +32 70 233 826

info.healthcare.be@linde.com

Česká republika

Linde Gas a.s.

U Technoplynu 1324

198 00 Praha 9

Tel: +420 800 121 121

info.cz@linde.com

Magyarország

Linde Gáz Magyarország Zrt. Illatos út 11/A.

1097 Budapest

Tel.: +36 30 349 2237

tunde.bencze@linde.com


Danmark Linde Gas A/S Lautruphøj 2-6

2730 Ballerup

Tlf: + 45 70 104 103

healthcare.dk@linde.com

Malta

Linde Healthcare AB Rättarvägen 3

169 68 Solna Sweden

Tel: +46 8 7311000


Deutschland

Linde GmbH

Dr.-Carl-von-Linde-Straße 6-14

82049 Pullach

Tel: +49 89 7446 0

medgas@linde.com

Nederland

Linde Gas Therapeutics Benelux B.V. De Keten 7

5651 GJ Eindhoven

Tel: +31 40 282 58 25

info.healthcare.nl@linde.com


Eesti

AS Linde Gas Valukoja 8

11415 Tallinn

Tel: +372 650 4500

linde.ee@linde.com

Norge

Linde Gas AS Postboks 13 Nydalen

0409 Oslo

Tlf. +47 81559095

healthcare.no@linde.com


Ελλάδα

ΛΙΝΤΕ ΕΛΛΑΣ ΜΟΝ ΕΠΕ

Θέση Τρύπιο Λιθάρι 19600 Μάνδρα Αττικής

Τηλ: +30 211-1045500-510

healthcare.gr@linde.com

Österreich Linde Healthcare Linde Gas GmbH

Modecenterstr.17/ Objekt 1/3.OG 1110 Wien

Tel: +43(0)50.4273-2200

healthcare.at@linde.com


España

Linde Gas España, S.A.U. Camino de Liria, s/n

46530 Puzol (Valencia)

Tel: +34 900 941 857 / +34 902 426 462

lindehealthcare.spain@linde.com

Polska

Linde Gaz Polska Sp. z o.o.

ul. prof. Michała Życzkowskiego 17 31-864 Krakow

Tel.: 0 801 142 748 / +48 (12) 643 92 00

dzialania.niepozadane@pl.linde-gas.com


France

Linde France - Activité médicale - Linde Healthcare

3 avenue Ozanne

Z.I. Limay-Porcheville 78440 Porcheville

Tél:+33 810 421 000

infotherapies@linde.com

Portugal

Linde Portugal, Lda.

Av. Infante D. Henrique Lotes 21-24 1800-217 Lisboa

Tel: + 351 218 310 420

linde.portugal@ linde.com


Hrvatska

GTG plin d.o.o. Kalinovac 2/a 47000 Karlovac

Tel. +385 47 609 200

România

Linde Gaz România SRL str. Avram Imbroane nr. 9 Timisoara 300136 - RO Tel: +40 256 300 700

info.hr@gtg-plin.com healthcare.ro@linde.com


Ireland

INO Therapeutics UK 185 Carver Drive

Kent Science Park

Sittingbourne Kent ME9 8NP

Tel: +44 1795 411552

ukcsc@inotherapy.co.uk

Slovenija

GTG plin d.o.o. Bukovžlak 65/b

3000 CELJE

Tel: + 386 (0)3 42 60 746

prodaja@gtg-plin.com


Ísland

Linde Gas ehf Breiðhöfða 11

110 Reykjavik

Sími: + 354 577 3030

healthcare.is@linde.com

Slovenská republika Linde Gas s.r.o. Tuhovská 3

831 06 Bratislava

Tel: +421 2 49 10 25 16

healthcare.sk@linde.com


Italia

LINDE MEDICALE S.r.L

Via Guido Rossa 3 20010 Arluno (MI)

Tel : +39 02 903731 / 800 600 633

Suomi/Finland Oy Linde Gas Ab Itsehallintokuja 6

02600 Espoo

Puh/Tel: + 358 10 2421

hctilaus@fi.linde.com


Κύπρος

Linde Hadjikyriakos Gas Ltd

Λεωφόρος Λεμεσού 260, 2029 Στρόβολος Λευκωσία, Κύπρος.

Τηλ. +357-22482330

info@cy.linde-gas.com

Sverige

Linde Gas AB Rättarvägen 3

169 68 Solna

Tel: + 46 8 7311800

healthcare.se@linde.com


Latvija

Linde Gas SIA, Katrīnas iela 5

Rīga, 1045

Tel: +371 80005005

ksc.lv@linde.com

United Kingdom INO Therapeutics UK 185 Carver Drive Kent Science Park Sittingbourne

Kent ME9 8NP

Tel: +44 1795 411552

ukcsc@inotherapy.co.uk


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.