Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Nobivac Piro
vaccine against babesiosis in dogs

Medicinal product no longer authorised


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Medicinal product no longer authorised

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Intervet International B.V. Wim de Körverstraat 35, NL-5831Boxmeer


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Nobivac Piro lajofiliżejt u solvent għal suspensjoni għal injezzjoni għall-klieb.


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull doża ta’ ml ta’ proott imħallat:

    Total ta’ 606 (301-911) partijiet antiġeniċi ta’ massa (SPA) minn kulturi ta’ Babesia canis u Babesia rossi.


    Adjuvant: 250 (225 – 275 μg saponin (mis-solvent)


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Għal immunizzazzjoni ta’ klieb ta sitt xhur jew ikbar kontra Babesia canis sabiexx jitnaqqsu s-severita u sinjali kliniċi assoċjati ma Babesjosi akuta (B. Canis) u anemja kif imkejla mill-volum ta’ ċelloli ppakkjati.

    L-immunita tibda minn: Tlett ġimgħat wara l-kors bażiku ta’ vaċċinazzjoni. L-immunita ddum sa: 6 xhur wara l-aħħar (ri-) vaċċinazzjoni


  5. KUNTRADIZZJONIJIET


    Tużax waqt it-Tqala jew waqt li l-kelbiet ikunu jreddgħu.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet li jiġu rappurtati b’mod komuni wara t-tilqim huwa nefħa mifruxa u / jew għoqda iebsa, akkumpanjati bl-uġiegħ, fil-post fejn ingħatat it-tilqima, li ġeneralment imorru fi żmien erbat’ijiem. Rarament dawn ir-reazzjonijiet jistgħu idumu sa 14 il-ġurnata wara t-tieni doża tat-tilqim. Ma dawn jiġri b'komuni li l-annimal ikollu sinjali nterni, bħal telqa u nuqqas ta’ aptit, kultant bid-deni u b’ħarsa ċassa. Dawn ir-reazzjonijiet ġeneralment imorru fi żmien jumejn jew tlieta.

    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb

    Medicinal product no longer authorised

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Agħti 1ml ta’vaċċin imħallat, bħala titqiba taħt il-ġilda.


    Skema ta’ tilqim:

    Kors ta’ tilqim bażiku: L-ewwel titqiba minn sitt xhur, it-tieni tiqiba 3 – 6 ġimgħat war. Ri-vaċċinazzjoni: doża waħda, kull sitt xhur wara l-aħħar (ri-) vaċċinazzjoni.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Ħalli s-solvent jilħaq it-temperatura tal-kamra (15 – 25oC). B’mod asettiku, żid is-solvent mal- lajofiliżejt. Ħalli l-lajofiliżejt idub kompletament, TĦABBATX, dawru bil-mod. Iġbed it-taħlita kollha tal-vaċċin ġo siringa sterili, u amministra l-kontenut kollu taħt il-ġilda.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Aħżen fil-friġġ (2°C – 8°C)

    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Klieb b’saħħithom biss ghandhom jiġu mlaqqma. Klieb li jġorru l-marda kronokament, iżda ma jurux sintomi, għandhom jiġu identifikati u trattati qabel it-tilqim, b’sustanzi li ma jikkompromettux ir- rispons għat-tilqima.


    Huwa rakkomandat li t-tilqim jingħata tal-inqas xahar qabel jibda l-istaġun tal-qurdien.


    Minħabba li infezzjoni attiva ta’ Babisja tista’ tinterferixxi fl-iżvilupp ta’ immunita protettiva, huwa rakkomandat li għandha titnaqqas l-espożizzjoni għall-qurdien matul il-żmien tat-tilqim.


    Bħalissa ma hemmx evidenza dwar l-effikaċja tat-tilqim kontra meta ċċalinġjat bil-B. Canis. Hemm il- possibilita li kieb imlaqqma u ffaċċjati b’ċalinġ b’babisjas oħra, jistgħu jimirdu u jkollhom bżonn trattament.


    Tilqima bin-Nobivac Piro ma tiprevenix infezzjoni. Konsegwentement tista’ toħroġ forma dgħajfa tal- marda kkawżata minn B. Canis. Jekk joħorġu sintomi li jixbhu lil dawk tal-babisja u jdumu aktar minn jumejn, fittex parir ta’ veterinarju.


    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effiċjenza ta’ din it-tilqima jekk tintuża ma kwalunkwe prodott ieħor. Id-deċiżjoni li tuża dan il-vaċċin qabel jew wara kwalunkwe prodott mediċinali ieħor għaldaqstant għandha issir fuq bażi ta’kull kas għalih.


    Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kumpattibilita, tħallatx ma xi prodott mediċinali veterinarju ieħor ħlief mas- solvent li hemm mal-vaċċin.

    F'każ li tinjetta lilek innifsek, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta'

    informazzjoni li jkun fih ġewwa.

    Medicinal product no longer authorised

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.


  14. DATA META ĠIE RIVEDUT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    data


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakkett:

Kaxxa tal-kartun li fiha fjala waħda ta’ lajofiliżejt u fjala waħda ta’ solvent. Kaxxa tal-kartun li fiha 5 fjali ta’ lajofiliżejt u 5 fjali ta’ solvent.

Kaxxa tal-kartun li fiha 10 fjali ta’ lajofiliżejt u 10 fjali ta’ solvent.


Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċ.


Għal Trattament tal-Annimali Biss.