Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NovoThirteen
catridecacog

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent NovoThirteen 2500 UI trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

catridecacog (fattur XIII ta’ koagulazzjoni rikombinanti )


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu NovoThirteen u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoThirteen

  3. Kif għandek tuża NovoThirteen

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen NovoThirteen

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu NovoThirteen u għalxiex jintuża X’inhu NovoThirteen

    NovoThirteen fih is-sustanza attiva catridecacog, li hu identiku mal-fattur uman XIII ta’ koagulazzjoni, enzima neċċessarja sabiex id-demm jikkoagula. NovoThirteen jissostitwixxi l-fattur XIII nieqes u jgħin biex jistabbilizza l-koagulu inizjali tad-demm billi jifforma bħal xibka madwar il- koagulu.


    Għalxiex jintuża NovoThirteen

    NovoThirteen jintuża għal prevenzjoni ta’ tnixxija ta’ demm f’pazjenti li m’għandhomx biżżejjed jew għandhom parti nieqsa ta’ fattur XIII ( li tissejjaħ subunità-A).


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoThirteen


    Huwa importanti li tuża NovoThirteen għall-injezzjoni eżatt wara li jiġi ppreparat.


    Tużax NovoThirteen

    • Jekk inti allerġiku għal catridecacog jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).


      Jekk m’intix ċert, staqsi lit-tabib tiegħek qabel ma tuża din il-mediċina.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża NovoThirteen:

    • Jekk għandek jew qatt kellek riskju ogħla li jiffurmaw emboli tad-demm (trombożi), għax

      NovoThirteen jista’ jżid is-severità ta’ embolu tad-demm li diġa jeżisti

    • Jekk għandek jew qatt kellek ħsara fil-fwied


    Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament:

    • Jekk ikollok tnixxija ta’ demm waqt il-kura b’NovoThirteen li sseħħ b’mod spontanju u/jew

      ikun hemm il-bżonn ta’ kura.

    • Jekk ikollok reazzjoni allerġika għal NovoThirteen. Is-sinjali jistgħu jinkludu: urtikarja, ħaqq, nefħa, diffikultà biex tieħu n-nifs, pressjoni baxxa tad-demm (is-sinjali jinkludu ġilda pallida u kiesħa, il-qalb tħabbat b’mod mgħaġġel), tħossok sturdut/a u għarqan/a.


    Mediċini oħra u NovoThirteen

    Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra. Mhuwiex rakkomandat li tuża NovoThirteen u l-fattur VIIa ta’ koagulazzjoni rikombinanti (fattur ieħor għat-tagħqid tad-demm) flimkien.


    Tqala, treddigħ u fertilità

    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    NovoThirteen fih sodium

    Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) għal kull injezzjoni , jiġifieri tista’ tgħid li huwa ‘mingħajr sodium’.


  3. Kif għandek tuża NovoThirteen


    Il-kura tiegħek b’NovoThirteen għandha tinbeda minn tabib li għandu l-esperjenza fil-kura ta’ disturbi rari fid-demm.

    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta

    ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Qabel ma tista’ tuża NovoThirteen għall-injezzjoni trid tirrikostitwixxi l-prodott. Jekk jogħġbok ara l- istruzzjonijiet għal min qed juża NovoThirteen.


    NovoThirteen jingħata bħala injezzjoni ġo vina. Id-doża tiegħek se tkun tiddependi fuq il-piż tal-ġisem tiegħek. Id-doża normali għall-prevenzjoni ta’ fsada hi ta’ 35 UI għal kull kg ta’ piż tal-ġisem. L- injezzjonijiet jingħataw darba fix-xahar (kull 28 jum ± 2 ijiem).

    Jekk ikollok xi fsada , għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek li se jiddeċiedi jekk għandekx bżonn ta’

    injezzjoni.

    NovoThirteen għandu jiġi injettat b’rata mhux ogħla minn 2 ml/minuta.


    Skont il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni ta’ NovoThirteen, il-volum tad-doża li għandu jiġi injettat (f’millilitri) jista’ jiġi kkalkulat minn din il-formula:

    Volum tad-doża f’millilitri = 0.042 x il-piż tal-ġisem tiegħek f’kilogrammi.


    Għandek tuża biss id-doża ordnata mit-tabib kif ikkalkulata skont din il-formula, minħabba li d-doża u l-konċentrazzjoni normali ta’ NovoThirteen huma differenti minn dawk ta’ prodotti oħra li fihom il- fattur XIII.

    It-tabib jista’ jadatta d-doża skont il-bżonn.


    L-użu fit-tfal żgħar

    Għal tfal li jiżnu inqas minn 24 kg, in-NovoThirteen rikostitwit għandu jiġi dilwit iżjed b’6 ml ta’ sodium chloride0.9% soluzzjoni għall-injezzjoni sabiex ikun jista’ jintuża fid-dożaġġ ta’ tfal żgħar. Għal aktar informazzjoni ara s-sezzjoni ‘Istruzzjonijiet għal min qed juża NovoThirteen – - Istruzzjonijiet dwar kif għandha ssir d-dilwizzjoni ta’ NovoThirteen rikostitwit’.


    Il-volum tad-doża għan-NovoThirteen rikostitwit li ġie dilwit b’6 ml sodium chloride 0.9%, soluzzjoni għall-injezzjoni jista’ jiġi kkalkulat permezz ta’ din il-formula:


    Volum tad-doża f’millilitri= 0.117 x piż tal-ġisem f’kilogrammi.

    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti (li jiżnu iżjed minn 24 kg)

    Fit-tfal u fl-adolexxenti, NovoThirteen jista’ jintuża bħal fl-adulti kemm għall-prevenzjoni ta’ fsadiet u kemm jekk ikollok xi fsada..


    Jekk tuża NovoThirteen aktar milli suppost

    Hemm informazzjoni limitata dwar dożaġġ eċċessiv b’NovoThirteen. L-ebda wieħed mill-każijiet irrappurtati ma wera l-ebda sinjali ta’ mard. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tkun injettajt NovoThirteen li hu iktar mill-istruzzjonijiet li tkun ingħatajt.


    Jekk tinsa tuża NovoThirteen

    Jekk tinsa injezzjoni ta’ NovoThirteen, kellem lit-tabib tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tuża NovoThirteen

    Jekk tieqaf tuża NovoThirteen, m’intix protett kontra tnixxija ta’ demm. Tiqafx tuża NovoThirteen mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se jispjega x’jista’ jiġrilek jekk twaqqaf il-kura, u jiddiskuti miegħek għażliet oħrajn.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    L-effetti sekondarji jinkludu:

    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • Uġigħ ta’ ras

    • Uġigħ fejn tingħata l-injezzjoni

    • Uġigħ fir-riġlejn u fid-dirgħajn

    • Żieda fl-ammont ta’ frak tal-proteini kkawżat mit-tkissir tal-koaguli tad-demm

    • Tnaqqis fin-numru ta’ xi tipi ta’ ċelluli bojod tad-demm . Dan ifisser li ġismek jista’ jkun iktar sensittiv għall-infezzjonijiet

    • Żvilupp ta’ antikorpi kontra fattur XIII li m’għandhom ebda influwenza fuq l-effett tal-

      mediċina.


      Effetti sekondarji fit tfal:

      L-effetti sekondarji li dehru fit-tfal huma l-istess bħall-effetti sekondarji li dehru fl-adulti iżda l-effetti sekondarji jistgħu jkunu iżjed komuni fit-tfal milli fl-adulti.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtarnazzjonaliimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen NovoThirteen


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna ta’ barra wara ‘JIS.’ Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar

    Aħżen fi friġġ (2°C–8°C). Tagħmlux fil-friża


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Ġaladarba tkun ippreparajt NovoThirteen għall-injezzjoni, dan għandu jintuża immedjatament.


    Is-soluzzjoni hi ċara u bla kulur. Tużax din il-mediċina jekk ikun fiha l-frak jew jekk ikun nbidel il- kulur meta jkun ġie rikostitwit.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih NovoThirteen


Kif jidher NovoThirteen u l-kontenut tal-pakkett

NovoThirteen jiġi pprovdut bħala trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni (2500 UI trab

f’kunjett u 3.2 ml ta’ solvent f’kunjett, b’adapter tal-kunjett). Id-daqs tal-pakkett huwa ta’ wieħed.


It-trab huwa abjad u s-solvent huwa ċar u bla kulur.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd Id-Danimarka


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar


.

Istruzzjonijiet għal min qed juża NovoThirteen


Biex tirrikostitwixxi u tagħti dan il-prodott għandek bżonn dawn l-affarijiet li ġejjin: siringa ta’ 10 ml jew siringa ta’ daqs konvenjenti skont il-volum tal-injezzjoni, swabs bl-alkoħol, l-adapter tal-kunjett li hemm inkluż, u sett tal-infużjoni (tubing, labra tat-tip butterfly).


image


Kif tipprepara s-soluzzjoni


Dejjem uża teknika asettika. Qabel ma tibda għandek taħsel idejk. Ħalli l-kunjett tat-trab u l-kunjett bis-solvent jilħqu temperatura ta’ mhux iktar minn 25°C billi żżommhom f’idejk sakemm jinħassu sħan daqs idejk. Neħħi l-għatjien tal-plastik miż-2 kunjetti. Jekk l-għatjien ma jkunux issikkati jew

neqsin, tużax il-kunjetti. Naddaf it-tappijiet tal-gomma fuq il-kunjetti bis-swabs tal-alkoħol u ħallihom jinxfu qabel ma tużahom.


image


Il-prodott jiġi rikostitwit billi tuża l-adapter tal-kunjett li hemm inkluż.

Neħħi l-karta protettiva mill-adapter tal-kunjett mingħajr ma toħroġ l-adapter tal-kunjett minn ġol-

għatu protettiv. Waħħal l-adapter tal-kunjett mal-kunjett bis-solvent (ilma għall-injezzjonijiet). Oqgħod attent li ma tmissx il-ponta fuq l-adapter tal-kunjett.


Ġaladarba twaħħlu, neħħi l-għatu protettiv minn fuq l-adapter tal-kunjett.


Iġbed il-planġer biex tiġbed volum ta’ arja li jkun daqs l-ammont ta’ solvent fil-kunjett bis-solvent .


image


Issikka tajjeb is-siringa fuq l-adapter tal-kunjett fuq il-kunjett bis-solvent. Injetta l-arja ġol-kunjett billi

timbotta l-planġer sakemm tħoss reżistenza tanġibbli.


image


Żomm is-siringa bil-kunjett tas-solvent rasu ’l isfel. Iġbed il-planġer biex tiġbed is-solvent ġos-siringa.


Neħħi l-kunjett vojt tas-solvent billi tmejjel is-siringa bl-adapter tal-kunjett.


image


Ikklikkja l-adapter tal-kunjett, li jkun għadu mwaħħal mas-siringa fuq il-kunjett bit-trab. Żomm is- siringa ftit immejla bil-kunjett iħares ’l isfel. Imbotta l-planġer bil-mod biex tinjetta s-solvent ġol- kunjett bit-trab. Oqgħod attent biex ma timmirax id-direzzjoni tas-solvent direttament lejn it-trab għax dan jikkawża r-ragħwa.


image


Dawwar bil-mod il-kunjett sakemm it-trab kollu jinħall. Iċċaqlaqx il-kunjett bis-saħħa, għax dan jikkawża r-ragħwa.

Qabel ma NovoThirteen jingħata għandu jiġi eżaminat b’mod viżwali għal xi materja estranja (mhux parti mill-prodott) u għal xi tibdil fil-kulur. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn, armi l-prodott mediċinali.

Il-prodott NovoThirteen rikostitwit hu soluzzjoni ċara u bla kulur.

Jekk tkun teħtieġ doża ikbar, irrepeti l-proċedura f’siringa separata sakemm tikseb id-doża meħtieġa.


Tagħrif importanti


Ġaladarba tkun ippreparajt NovoThirteen għall-injezzjoni, dan għandu jintuża immedjatament.

F’każ li jkun hemm bżonn ta’ dilwizzjoni tan-NovoThirteen rikostitwit mur fis-sezzjoni ‘Id- dilwizzjoni tal-prodott rikostitwit b’sodium chloride 0.9 %, soluzzjoni għall-injezzjoni’.


Kif tinjetta s-soluzzjoni


image


Aċċerta ruħek li l-planġer ikun imbuttat s’isfel qabel ma ddawwar is-siringa rasha ’l isfel (jista’ jkun ġie imbuttat ’il barra mill-pressjoni fil-kunjett) Żomm is-siringa bil-kunjett rasu ’l isfel u iġbed il- planġer ’l isfel biex tniżżel l-ammont ikkalkulat għall-injezzjoni.


image


Ħoll l-adapter tal-kunjett bil-kunjett.


Il-prodott issa huwa lest għall-injezzjoni. Segwi l-proċedura tal-injezzjoni skont l-istruzzjonijiet mogħtija lilek mit-tabib tiegħek.


Wara l-injezzjoni


image

Armi s-siringa, l-adapter tal-kunjett, is-sett tal-infużjoni u l-kunjetti b’mod sigur. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l- liġijiet lokali.


Istruzzjonijiet dwar kif għandha ssir id-dilwizzjoni ta’ NovoThirteen rikostitwit


Sabiex issir id-dilwizzjoni ta’ NovoThirteen rikostitwit hemm il-bżonn ta’ dawn l-affarijiet li ġejjin: kunjett li fih sodium chloride 0.9%, soluzzjoni għall-injezzjoni, siringa ta’ 10 ml u garżi żgħar imxarrbin bl-alkoħol.


Istruzzjonijiet ġenerali għad-dilwizzjoni

Id-dilwizzjoni għandha ssir taħt kondizzjonijiet asettiċi.

Iġbed b’attenzjoni eżattament 6 ml ta’ sodium chloride 0.9%, soluzzjoni għall-injezzjoni fis-siringa ta’

10 ml.

Injetta bil-mod is-6 ml ta’ sodium chloride 0.9%, soluzzjoni għall-injezzjoni fil-kunjett tan- NovoThirteen rikostitwit.

Dawwar bil-mod il-kunjett sabiex is-soluzzjoni titħallat.

Is-soluzzjoni dilwita hija soluzzjoni ċara u bla kulur. Eżamina s-soluzzjoni tal-injezzjoni għal xi frak u

għal xi tibdil fil-kulur. Jekk tinduna b’xi wieħed minn dawn, jekk jogħġbok armiha. Wara d-dilwizzjoni mur għall-pass H.

Kull materjal li jibqa’ tal-prodott dilwit għandu jintrema minnufih.


Jekk ikollok xi mistoqsijiet staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.