Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Rapiscan
regadenoson

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Rapiscan 400 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni

Regadenoson


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen Rapiscan


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjett u l-kartuna wara EXP. Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Rapiscan ma għandux jintuża jekk tkun biddlet il-kulur jew jekk ikun fiha l-frak.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa ser ikunu responsabbli għall-ħżin u r-rimi ta’ dan il-prodott mediċinali.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Rapiscan

Is-sustanza attiva f’Rapiscan hi regadenoson. Kull kunjett ta’ 5 ml ta’ Rapiscan fih 400 mikrogramma ta’ regadenoson.


Is-sustanzi l-oħra huma: disodium edetate, disodium phosphate dihydrate, sodium dihydrogen phosphate monohydrate, propylene glycol, ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher Rapiscan u l-kontenut tal-pakkett

Rapiscan soluzzjoni għall-injezzjoni hi soluzzjoni ċara, u mingħajr kulur, mingħajr l-ebda frak viżibbli. Rapiscan hu fornut f’kartuna li jkun fiha kunjett wieħed tal-ħġieġ li jintuża darba biss ta’ 5 ml b’tapp tal-lastku u b’għatu ssiġillat tal-aluminju.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: GE Healthcare AS

Nycoveien 1 NO-0485 Oslo

Norveġja


Manifattur:


Millmount Healthcare Limited,

Block 7, City North Business Campus, Stamullen, Co Meath, K32 YD60, Irlanda


Haupt Pharma Wolfratshausen GmbH Pfaffenrieder Str. 5

D-82515 Wolfratshausen,

Il-Ġermanja


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’ 01/2022


.



Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Rapiscan għandu jingħata bħala injezzjoni mgħaġla ta’ 10 sekondi ġe vina periferali bl-użu ta’ kateter jew labra ta’ 22-gauge jew akbar.


5 ml ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni għandha tingħata immedjatament wara l-injezzjoni ta’ Rapiscan.


L-aġent djanjositku għall-aġent tal-immaġni ta’ perfużjoni mijokardijaka għandu jingħata 10-20 sekonda wara sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni. L-aġent djanjostiku jista’ jiġi injettat direttament ġir-istess kateter ta’ Rapiscan.


Għall-kejl tal-FFR, Rapiscan għandu jingħata bħala injezzjoni mgħaġla ta’ 10 sekondi ġo vina periferali, bl-użu ta’ kateter jew labra ta’ 22-gauge jew akbar. 10 mL ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni għandha tingħata immedjatament wara l-injezzjoni ta’ Rapiscan. Għandhom jiġu segwiti tekniki tal-kejl tal-kateterizzazzjoni u tal-FFR standard, u l-FFR għandu jitkejjel bħala l-aktar valur baxx ta’ Pd/Pa li jinkiseb waqt iperimja massima fi stat fiss.


Jekk titqies bħala meħtieġa, tista’ tiġi injettata t-tieni doża ta’ 400 mikrogramma tal-inqas 10 minuti wara l-ewwel doża għal kejl tal-FFR waqt l-istess proċedura ta’ kateterizzazzjoni.


Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.


Dan il-prodott mediċinali għandu jiġi eżaminat viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur qabel ma

jingħata.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu

jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Għal informazzjoni addizzjonali, jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott.