Melosus
Meloxicam
Melosus huwa ppreżentat bħala sospensjoni orali ta’ kulur safrani ċar li għandu jingħata mħallat mal- ikel jew direttament fil-ħalq lil klieb jew qtates. Melosus fih is-sustanza attiva meloxicam f’żewġ qawwiet 0.5ml/mg (qtates) u 1.5mg/ml (klieb) għal sospensjoni orali. Melosus huwa ‘ġeneriku’ li jfisser li Melosus huwa simili għal ‘mediċina veterinarja ta’ referenza’ li hija diġà awtorizzata fl-UE (Metacam). Saru studji sabiex jagħtu prova li Melosus huwa ‘bijoekwivalenti’ għal mediċina veterinarja ta’ referenza li tfisser li Melosus huwa ekwivalenti għal Metacam bil-mod li huwa assorbit u użat mill- ġisem.
Melosus jintuża fil-klieb sabiex jitnaqqsu l-infjammazzjoni u l-uġigħ fil-problemi muskuloskeletali. Jista’ jintuża kemm għad-disturbi akuti, osservati pereżempju wara korriment, kif ukoll għad-disturbi kroniċi (fit-tul). Fil-qtates Melosus jintuża biex itaffi infjammazzjoni u wġigħ f’disturbi muskoskeletali kroniċi.
Melosus fih meloxicam li jappartjeni għall-klassi ta’ mediċini msejħa mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs). Meloxicam jaġixxi billi jinibixxi s-sinteżi tal-prostaglandini. Minħabba li l- prostaglandini huma sustanzi li jikkawżaw l-infjammazzjoni, l-uġigħ, il-ħruġ ta’ għaraq u d-deni, meloxicam inaqqas dawn ir-reazzjonijiet.
L-istudji li saru ħarsu lejn kif Melosus ġie assorbit u l-effetti tiegħu fil-ġisem, meta mqabbel ma’ Metacam.
Effetti sekondarji okkażjonali ta’ Melosus huma dawk li jidhru bl-NSAIDs, bħat-telf ta’ aptit, rimetter, dijarrea, demm fil-feċi, kollass renali u apatija (nuqqas ta’ vitalità). Ġeneralment, dawn l-effetti sekondarji jseħħu mal-ewwel ġimgħa tat-trattament u huma temporanji u jisparixxu ladarba t- trattament jitwaqqaf. F’każijiet verament rari, jistgħu jkunu serji jew fatali.
Il-persuni ipersensittivi (allerġiċi) għall-NSAIDs għandhom jevitaw il-kuntatt ma' Melosus. F’każ li l- prodott jinbela’ minn persuna, din għandha tkellem minnufih lil tabib. Fil-każ ta’ inġestjoni aċċidentali, wieħed għandu jfittex parir mediku minnufih u għandu juri l-Fuljett ta’ Tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) ikkunsidra li, skont ir-rekwiżiti tal- Unjoni Ewropea, Melosus kien jidher bħala bijoekwivalenti għal Metacam. Għalhekk l-opinjoni tas-CVMP kienet li, l-istess bħal Metacam, il-benefiċċji ta’ Melosus huma akbar mir-riskji tiegħu meta jintuża sabiex tittaffa infjammazzjoni jew f’uġigħ muskoskeletali u rrakomandaw li Melosus għandu jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
Il-bilanċ bejn il-benefiċċju-riskju jista’ jinstab fil-modulu 6 ta’ dan l-EPAR.
Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Melosus lil CP-Pharma Handelsgesellschaft mbH fl-21/02/2011. L-informazzjoni dwar l-istat tal- preskrizzjoni ta' dan il-prodott tinstab fuq it-tikketta ta' dan il-pakkett.
Melosus
EMA/CVMP/510011/2010 Paġna 2/2
EMA/CVMP/510011/2010 EMEA/V/C/002001
Sommarju tal-EPAR għall-pubbliku
Melosus
Meloxicam
Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport ta’ Valutazzjoni Pubblika Ewropew (EPAR). L-iskop tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni li saret mill-Kumitat għal Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il- kundizzjonijiet tal-użu.
Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi d-diskussjoni wiċċ imb’wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew il-kura tal-kundizzjoni medika tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek. Jekk trid aktar informazzjoni abbażi tar- rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (ukoll parti mill-EPAR).
© 2015.
23 1B 18 B6 2F 5D 43 A8 E0 61 4A 51 5E A1 D1 C8 1E 60 DA 39 87 5A 7A A7 1B 17 54 D9 75 8A 31 B1 88 95 B5 78 A8 79 12 13 9F 95 01 84 5C 6F 1F B7 96 9D DA C1 03 F3 2A 1A A7 BD 66 41 62 4C 8F B7 91 75 F4 18 EB DC 2A F4 CA 1F B5 D1 CD FF B5 C1 3B 5F 69 30 B5 1C 92 A2 AC 55 E6 B3 C5 D3 2D 24 F2 89 94 6A 60 CC FC 2D 49 06 9C 05 7E 8B 19 51 68 4A 8D B6 43 C7 D7 18 15 EB BC 16 94 87 5F 52