Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Nobilis Influenza H5N2
adjuvanted inactivated vaccine against avian influenza virus type A, subtype H5


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Nobilis Influenza H5N2 emulsjoni għall- injezzjoni għal flieles


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Sid l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Intervet International B.V.

    Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer. Olanda


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Nobilis Influenza H5N2 emulsjoni għal injezzjoni għall-flieles


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Doża ta’ 0.5ml fiha:


    Sustanza attiva:

    Antiġen sħiħ inattivat tal-virus tal-influwenza avjarja, subtip H5N2 (strejn A/duck/Potsdam/1402/86), li jinduċi titru ta’ HI ta’ ≥6.0log2, kif ittestjat skont it-test ta’ potenza.


    Aġġuvant:


    Paraffina likwida ħafifa: 234.8mg


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għal immunizzazzjoni attiva fil-flieles kontra l-influwenza avjarja tip A, subtip H5.


    L-effikaċja kienet evalwata abbażi ta’ riżultati preliminari fil-flieles. Tnaqqis ta’ sinjali kliniċi, imwiet u tneħħija tal-virus wara tlaqqiegħ mal-vaċċin ġew murija fi żmien tliet ġimgħat wara t-tilqim.


    Anti-korpi fis-sirum huma mistennija li jippersistu għal tal-anqas 12-il xahar wara amministrazzjoni ta’

    żewg dożi tal-vaċċin.


  5. KUNTRADIZZJONIJIET


    Tamministrax fil-muskolu fi flieles ta’ anqas minn ġimgħatejn


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Nefħa mifruxa ta’ natura temporanja tista’ sseħħ komuni ħafna fil-post tat-tilqima f’50% tal-annimali, li tippersisti għal madwar 14-il ġurnata.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-

      perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Flieles


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MODI U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Għall-użu taħt il-ġilda jew fil-muskolu.


    Flieles li għandhom minn 8 -14-il ġurnata: 0.25ml taħt il-ġilda

    Flieles li għandhom minn 14-il ġurnata sa sitt ġimgħat: 0.25ml jew 0.5ml taħt il-ġilda jew fil-muskolu. Minn sitt ġimgħat ’il fuq: 0.5ml taħt il-ġilda jew fil-muskolu.


    Tiġieġ li se jinżammu għall-bajd jew għat-tgħammir: amministra t-tieni 0.5ml doża 4 – 6 ġimgħat wara l-ewwel vaċċinazzjoni.


    M’hemmx informazzjoni dwar tilqim fil-preżenza ta’ antikorpi li għaddew mill-omm.

    Tilqim ta’ frieħ minn tjur imlaqqma għandu għaldaqstant jiġi ttardjat sakemm dawn l-antikorpi jkunu tbaxxew ħafna.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Ħalli t-tilqim jilħaq temperatura ta’ 15°C – 25°C

    Ħawwad tajjeb qabel tuża.

    Uża’ siringi u labar sterili. Huwa rakkomandat li tintuża s-sistema ta’ ħafna tilqim fil-magħluq.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn ġranet.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ. Tiffriżax.

    Tużax dan il-prodott veterinarju wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.

    Żmien ta' kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ għall-ewwel darba: 8 sigħat


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat

    Din it-tilqima ġiet ittestjata għas-sigurtà tagħha fil-flieles. Jekk tintuża fi speċi avjarji oħra, ikkunsidrati fil-periklu ta’ infezzjoni, l-użu tagħha f’dawn l-ispeċi għandu jsir bil-għaqal, u huwa ta’ parir li wieħed jipprova t-tilqima fuq numru żgħir ta’ għasafar qabel ma wieħed ilaqqam ammonti kbar. Il-livell ta’ effikaċja fi speċi oħra jista’ jkun differenti minn dak osservat fil-flieles.

    Il-livell ta’ effikaċja milħuq jista’ jvarja u jiddependi minn kemm jixxiebhu l-istrejn tal-vaċċin u l- istrejns li jiċċirkulaw fil-beraħ.

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Għal min se juża:

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Injezzjoni aċċidentali jew jekk tinjetta lilek innifsek jista' jirriżulta f'uġigħ kbir u nefħa speċjalment jekk tinjetta f'ġog jew subgħa u f'każijiet rari jista’ jkun il-kawża li jkollok taqta' subgħajk jekk ma tikkonsultax tabib mal-ewwel. Jekk tiġi injettat bi żball b'dan il-prodott, fittex għajnuna medika, anke jekk ammont żgħir ħafna ġie injettat u ħu l-fuljetta ta' informazzjoni li tinsab fil-pakkett miegħek. Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax-il siegħa, wara l-eżami mediku,

    erġa' kellem lit-tabib.


    Għat-Tabib:

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta’ dan il- prodott tista' tikkawża nefħa intensa, li tista' per eżempju tikkawża nekrożi iskimika u anke l-bżonn li jinqata' xi subgħa. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata mal-ewwel u jista’ jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-subgħa u tiġi irrigata l-parti fejn seħħet l-injezzjoni, speċjalment fejn hemm il- laħam tas-subgħa u t-tendin tal-muskolu.

    Żmien il-bidien:

    Is-sigurtà tal-prodott veterinarju ma ġietx stabbilita waqt żmien il-bidien.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    M'hemm l-ebda informazzjoni fuq is-sigurtà u l-effikaċja ta` dan il-vaċċin meta użat ma’ prodotti veterinarji mediċinali oħra. Deċiżjoni li jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara kwalunkwa prodott veterinarju mediċinali ieħor trid tittieħed fuq bażi ta’ kull każ għalih


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma’ ebda prodott veterinarju mediċinali ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa minnek. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT



  15. TAGĦRIF IEĦOR


Jekk il-virus tal-influwenza avjarja li qed jiċċirkula fil-beraħ għandu l-komponent N tiegħu differenti mill-N2, inkluż fil-vaċċin, ikun possibli li tagħraf tagħżel bejn tjur imlaqqma u dawk infettati billi tuża test dijanjostiku li jagħraf antikorpi Nuraminidejs.


L-użu ta’ dan il-prodott mediċinali veterinarju jitħalla jsir biss taħt kundizzjonijiet partikulari stabbiliti mill-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-kontroll tal-Influwenza Avjarja.


Daqsijiet tal-pakketti:

Kaxxa tal-kartun bi fliexken tal-ħġieġ ta’ aktar minn doża waħda li jesgħu 250 jew 500ml Kaxxa tal- kartun bi fliexken tal-PET ta’ aktar minn doża waħda li jesgħu 250 jew 500ml

Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.