Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel Acino Pharma GmbH
clopidogrel

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Clopidogrel Acino Pharma GmbH 75 mg pilloli miksija b’rita

Clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


  1. QABEL MA TIEĦU CLOPIDOGREL ACINO PHARMA GMBH


    Tiħux Clopidogrel Acino Pharma GmbH:

    • Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-clopidogrel jew sustanzi oħra ta’ Clopidogrel Acino Pharma GmbH;

    • Jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl- istonku jew fsada ġewwa l-moħħ;

    • Jekk tbati minn mard sever tal-fwied.


      Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tgħodd għalik, jew jekk għandek xi dubju, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH.

      Oqgħod attent ħafna b’Clopidogrel Acino Pharma GmbH:

      Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH:

    • jekk tinsab f’riskju ta’ fsada bħal:

      • kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku)

      • mard fid-demm li jwassal għal fsada interna (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’

        ġismek);

      • ferita serja riċenti;

      • operazzjoni riċenti (anki tas-snien);

      • operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.


    • jekk fl-aħħar sebat ijiem kellek ċappa ta' demm f'arterja f'moħħok (puplesija iskemika)

    • jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.


      Waqt li qiegħed/qiegħda tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH:

    • Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi operazzjoni ppjanata (anki tas-snien).

    • Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa wkoll bħala Purpura Trombotika Tromboċitopenika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jidher bħal tikek ħomor irqaq, flimkien ma' jew mingħajr għeja kbira mhux spjegata, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew ta' l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4 'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU').

    • Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għax tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU').

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • It-tabib tiegħek jista' jordnalek testijiet tad-demm.


      Tfal u adolexxenti

      Clopidogrel Acino Pharma GmbH m’għandux jingħata lit-tfal jew lill-adolexxenti.


      Meta tieħu mediċini oħra

      Jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

      Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ Clopidogrel Acino Pharma GmbH u viċe-versa.


      Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu

      • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini li jraqqu d-demm,

      • mediċina li hija anti-infjammatorju li mhux sterojde, normalment użat biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,

      • heparin jew xi mediċina oħra li tinjettaużata biex traqqaq id-demm,

      • omeprazole, esomeprazole jew cimetidine, mediċini għat-taqlib tal-istonku

      • fluconazole, voriconazole, ciprofloxacin, jew chloramphenicol, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-batterja u tal-fungu,

      • fluoxetine, fluvoxamine, jew moclobemide, mediċinii li jittrattaw d-dipressjoni,

      • carbamazepine, jew oxcarbazepine, mediċini li jittrattaw xi tip ta’ epilessija,

      • ticlopidine, sustanzi oħra kontra l-plejtlets.


      Acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni: L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1,000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema, iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


      Meta tiehu Clopidogrel Acino Pharma GmbH ma’ l-ikel jew ix-xorb

      Clopidogrel Acino Pharma GmbH jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

      Tqala u treddigħ

      Huwa preferibbli li ma tiħux dan il-prodott waqt it-tqala.


      Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


      M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

      Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.

      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Clopidogrel Acino Pharma GmbH m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


      Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Clopidogrel Acino Pharma GmbH: Clopidogrel Acino Pharma GmbH fih ukoll il-castor oil idroġenat li jista’ jikkawża taqlib ta’ l-istonku jew dijarrea


  2. KIF GĦANDEK TIEĦU CLOPIDOGREL ACINO PHARMA GMBH


    Dejjem għandek tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Id-doża normali hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel Acino Pharma GmbH kuljum li għandha tittieħed mill-ħalq ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt u fl-istess ħin kull ġurnata.


    Għandek tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH aktar milli suppost:

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH

    Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ Clopidogrel Acino Pharma GmbH, iżda tiftakar fit-12-il siegħa ta’ wara, ħu l-pillola mill-ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin

    tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt tieħu.


    Meta tieqaf tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH

    Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  3. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Clopidogrel Acino Pharma GmbH jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    L-effetti sekondarji jistgħu jseħħu b’ċerti frekwenzi, li huma mfissrin kif ġej:

    • Komuni ħafna (taffettwa aktar minn 1 f’kull 10 li jeħduh)

    • Komuni (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 100 li jeħduh)

    • Mhux komuni (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 1,000 li jeħduh)

    • Rari (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 10,000 li jeħduh)

    • Rari ħafna (taffettwa anqas minn 1 f’kull 10,000 li jeħduh)

    • Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli)


      Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

      • jitlagħlek id-deni, ikollok sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

      • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 'Oqgħod attent ħafna b'Clopidogrel Acino Pharma

        GmbH').

      • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.


    L-iżjed effett komuni irrappurtat bi clopidogrel hija l-fsada. Din tista' sseħħ bħala fsada fl-istonku jew fl-imsaren, tbenġil, ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl- awrina. F’numru żgħir ta’ każijiet oħra ġew irrappurtati fsada fl-għajn, fir-ras, fil-pulmun jew fil-ġogi.


    Jekk tbati minn fsada għal perjodu twil waqt li qed tieħu Clopidogrel Acino Pharma GmbH. Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għalfejn tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 'Oqgħod attent ħafna b'Clopidogrel Acino Pharma GmbH').

    Effetti oħra li ġew irrappurtati bi Clopidogrel Acino Pharma GmbH huma:

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Effetti sekondarji komuni:

      Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.


    • Effetti sekondarji mhux komuni:

      Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass żejjed fl-istonku jew fl- imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


    • Effetti sekondarji rari: Vertigo.


    • Effetti sekondarji rari ħafna:

    suffejra; uġigħ addominali qawwi flimkien ma' jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet fin-nifs kultant assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati; nefħa fil-ħalq; infafet fil-ġilda; reazzjoni allerġika fil-ġilda; infjammazzjoni tal-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdiliet fil-mod ta’

    kif jintegħmu l-affarijiet.


    Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jinduna b’xi tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’ lawrina tiegħek.


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. KIF TAĦŻEN CLOPIDOGREL ACINO PHARMA GMBH


    Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tilqa' mill-umdità.


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Tużax Clopidogrel Acino Pharma GmbH wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa few fuq il- folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tużax Clopidogrel Acino Pharma GmbH jekk tinnota kwalunkwe sinjali viżibbli ta' ħsara fil-folja jew fil-pilloli miksija b’rita.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lillispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.


  5. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Clopidogrel Acino Pharma GmbH


Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola fiha 75 mg ta’Clopidogrel (bħala besilate). Is-sustanzi l-oħra huma:

Rita tal-pillola:

Macrogol,

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Cellulose, microcrystalline (E460) Crospovidone type A

Castor oil, hydrogenated


Kisja tar-rita: Macrogol 6000 Ethylcellulose (E462)

Titanium dioxide (E171)


Id-Dehra ta’ Clopidogrel Acino Pharma GmbH u l-kontenuti tal-pakkett


Il-pilloli miksija b’rita Clopidogrel Acino Pharma GmbH huma bojod sa abjad jagħti fil-griż, qishom irħam u bikonvessi. Huma fornuti f’kaxex tal-kartun li fihom 14, 28, 30, 50, 84, 90 u 100 pillola ġo folji tal-aluminju. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Acino Pharma GmbH Am Windfeld 35

83714 Miesbach Il-Ġermanja


Manifattur


Acino AG

Am Windfeld 35

83714 Miesbach Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat