Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Opdivo
nivolumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


OPDIVO 10 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

nivolumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu OPDIVO u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża OPDIVO

  3. Kif għandek tuża OPDIVO

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen OPDIVO

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu OPDIVO u għalxiex jintuża


    OPDIVO hu mediċina li jintuża għat-trattament ta’:

    • melanoma avvanzata (tip ta’ kanċer tal-ġilda) fl-adulti

    • melanoma wara risezzjoni kompleta fl-adulti (trattament wara kirurġija hija msejħa terapija aġġuvanti)

    • kanċer avvanzat tal-pulmun mhux b’ċelloli żgħar (tip ta’ kanċer tal-pulmun) fl-adulti

    • mesoteljoma plewrali malinna (tip ta’ kanċer li jaffettwa l-kisja tal-pulmun) fl-adulti

    • karċinoma taċ-ċelloli tal-kliewi avvanzata (kanċer tal-kliewi avvanzat) fl-adulti

    • limfoma ta’ Hodgkin klassika li reġgħet tfaċċat wara jew li ma rrispondietx għat-terapiji minn qabel, inkluż trapjant awtologu ta’ ċelluli staminali (trapjant taċ-ċelluli li jipproduċu d-demm tiegħek stess) fl-adulti

    • kanċer avvanzat tar-ras u tal-għonq fl-adulti

    • karċinoma tal-apparat tal-awrina avvanzata (kanċer tal-bużżieqa tal-awrina u tal-apparat tal- awrina) fl-adulti.

    • karċinoma tal-apparat tal-awrina wara risezzjoni sħiħa fl-adulti

    • kanċer kolorettali avvanzat (kanċer tal-kolon jew tar-rektum) fl-adulti

    • kanċer tal-esofagu avvanzat (kanċer tal-kanal tal-ikel) fl-adulti

    • kanċer tal-ġunzjoni esofagali (kanal tal-ikel) jew gastroesofagali b’marda patoloġika residwa wara kimoradjazzjoni segwita minn kirurġija fl-adulti

    • adenokarċinoma gastrika, tal-ġunzjoni gastroesofagali jew esofagali (kanċer tal-istonku jew tal- kanal tal-ikel) fl-adulti.


      Hu fih is-sustanza attiva nivolumab, li hija antikorp monoklonali, tip ta’ proteina mfassla apposta biex tagħraf u teħel ma’ sustanza fil-mira speċifika li tinsab fil-ġisem.


      Nivolumab jeħel ma’ proteina fil-mira msejħa riċettur programmat tal-mewt-1 (programmed death-1, PD-1) li tista titfi l-attività ta’ ċelloli T (tip ta’ ċelloli tad-demm bojod li jiffurmaw parti mis-sistema immuni, id-difiża naturali tal-ġisem). Bit-twaħħil ma’ PD-1, nivolumab jimblokka l-azzjoni tiegħu u jipprevjeni milli jitfi ċ-ċelluli T. Dan jgħin iżid l-attività kontra ċelloli tal-melanoma, tal-kanċer tal- pulmun, tal-kliewi, tal-limfojdi, tar-ras u tal-għonq, tal-kolon, tar-rektum, tal-istonku, tal-bużżieqa tal- awrina, esofagali jew tal-ġunzjoni gastroesofagali.

      OPDIVO jista’ jingħata flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer. Huwa importanti li inti taqra wkoll il-fuljett ta’ tagħrif ta’ dawn il-mediċini l-oħra. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dawn il- mediċini, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża OPDIVO Tiħux OPDIVO

    • jekk inti allerġiku għal nivolumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6 “Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra”). Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża OPDIVO, peress li jista’ jikkaġuna:

    • Problemi bil-qalb tiegħek bħal bidla fir-ritmu jew fir-rata tat-taħbit tal-qalb jew ritmu tal-qalb anormali.

    • Problemi bil-pulmuni tiegħek bħal diffikultajiet biex tieħu n-nifs, jew sogħla. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-pulmuni (pulmonite jew marda interstizjali tal-pulmun).

    • Dijarea (ippurgar maħlul, laxk jew artab) jew xi sintomu ta’ infjammazzjoni tal-imsaren

      (kolite), bħal uġigħ fl-istonku u mukus jew demm fl-ippurgar.

    • Infjammazzjoni tal-fwied (epatite). Is-sinjali u s-sintomi ta’ epatite jistgħu jinkludu testijiet tal- funzjoni tal-fwied mhux normali, għajnejn jew ġilda li jisfaru (suffejra), uġigħ fil-ġenb tal-lemin taż-żona tal-istonku tiegħek, jew għeja.

    • Infjammazzjoni jew problemi bil-kliewi tiegħek. Sinjali u sintomi jistgħu jinkludu testijiet tal-

      funzjoni tal-kliewi mhux normali jew tnaqqis fil-volum ta’ awrina.

    • Problemi bil-glandoli tiegħek li jipproduċu ormoni (li jinkludu l-pitwitarja, il-glandoli tat- tirojde, il-paratirojde u adrenali) li jistgħu jaffettwaw kif jaħdmu dawn il-glandoli. Is-sinjali u s- sintomi li l-glandoli tiegħek mhumiex qed jaħdmu kif suppost jistgħu jinkludu għeja (għeja kbira), bidla fil-piż jew uġigħ ta’ ras, tnaqqis fil-livelli tal-kalċju fid-demm u disturbi fil-vista.

    • Dijabete inkluża problema serja li kultant tkun ta’ theddida għall-ħajja minħabba aċidu fid-demm

      li jiġi prodott mid-dijabete (ketoaċidożi dijabetika). Is-sintomi jistgħu jinkludu li tħossok aktar bil- ġuħ jew bil-għatx mis-soltu, li jkollok bżonn tgħaddi l-awrina aktar regolari, li titlef il-piż, li tħossok għajjien jew li ssib diffikultà biex taħseb b’mod ċar, nifs b’riħa ħelwa jew ta’ frott, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek, jew riħa differenti tal-awrina jew tal-għaraq tiegħek, li tħossok ma tiflaħx jew li taqla’, uġigħ fl-istonku, u teħid ta’ nifs fil-fond u rapidu.

    • Infjammazzjoni tal-ġilda li tista’ twassal għal reazzjoni tal-ġilda severa (magħrufa bħala

      nekrolożi epidermali tossika u s-sindrome ta’ Stevens-Johnson). Is-sinjali u s-sintomi ta’ reazzjoni tal-ġilda severa jistgħu jinkludu raxx, ħakk, u tqaxxir tal-ġilda (possibbilment fatali).

    • Infjammazzjoni tal-muskoli bħal mijokardite (infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb), mijożite

      (infjammazzjoni tal-muskoli) u rabdomijolożi (ebusija fil-muskoli u l-ġogi, spażmi fil-muskoli). Is-sinjali u s-sintomi jistgħu jinkludu uġigħ fil-muskoli, ebusija, dgħufija, uġigħ fis-sider, jew għeja severa.

    • Rifjut ta’ trapjant ta’ organu solidu.

    • Marda ta’ graft versus host.

    • Limfoistjoċitożi emofagoċitika. Marda rari li fiha s-sistema immunitarja tagħna tagħmel wisq ċelloli li s-soltu jkunu normali li jiġġieldu l-infezzjonijiet li jissejħu istjoċiti u limfoċiti. Is-sintomi jistgħu jinkludu fwied imkabbar u/jew milsa mkabbra, raxx tal-ġilda, tkabbir tal-limfonodu, problemi bit-teħid tan-nifs, titbenġel malajr, anormalitajiet tal-kliewi, u problemi tal-qalb.


      Għarraf lit-tabib minnufih jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi jew jekk imorru għall-agħar. Tiktrattamentx is-sintomi tiegħek b’mediċini oħrajn minn jeddek. It-tabib tiegħek jista’

    • jagħtik mediċini oħra sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet u jonqsu s-sintomi tiegħek,

    • jinterrompi d-doża li jmissek ta’ OPDIVO,

    • jew iwaqqaf il-trattament tiegħek b’OPDIVO għal kollox.

      Jekk jogħġbok kun af li kultant dawn is-sinjali u s-sintomi jfeġġu tard, u jistgħu jiżviluppaw ġimgħat jew xhur wara l-aħħar doża tiegħek. Qabel il-trattament, it-tabib tiegħek ser jikkontrolla s-saħħa ġenerali tiegħek. Ser isirulek testijiet tad-demm waqt li tkun għadejja l-trattament wkoll.

      Ivverifika mat-tabib jew mal-infirmier tiegħek qabel tingħata OPDIVO jekk:

    • għandek marda awtoimmuni (kundizzjoni li fiha l-ġisem jattakka ċ-ċelloli tiegħu stess);

    • għandek melanoma tal-għajn;

    • qabel ingħatajt ipilimumab, mediċina oħra għal trattament tal-melanoma, u esperjenzajt effetti sekondarji serji minħabba dik il-mediċina;

    • qalulek li l-kanċer tiegħek infirex għal moħħok;

    • għandek xi storja ta’ infjamazzjoni tal-pulmuni;

    • kont qed tieħu mediċini biex trażżan is-sistema immuni tiegħek.


      Kumplikazzjonijiet ta’ trapjant ta’ ċelloli staminali li jużaw ċelloli staminali ta’ donaturi (alloġeniċi) wara l-trattament b’OPDIVO. Dawn il-kumplikazzjonijiet jistgħu jkunu severi u jistgħu jwasslu għal mewt. Il-professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa tiegħek ser jissorveljak għal sinjali ta’ kumplikazzjonijiet jekk għandek trapjant alloġeniku ta’ ċelloli staminali.


      Tfal u adolexxenti

      OPDIVO ma għandux jintuża fit-tfal u l-adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena.


      Mediċini oħra u OPDIVO

      Qabel ma tingħata OPDIVO, għid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu xi mediċini li jrażżnu s- sistema immuni tiegħek, bħal kortikosterojdi, peress li dawn il-mediċini jistgħu jinterferixxu mal-effett ta’ OPDIVO. Madankollu, ladarba tingħata l-trattament b’OPDIVO, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik kortikosterojdi biex inaqqas xi effetti sekondarji possibbli li jista’ jkollok matul il-trattament tiegħek u dan mhux se jkollu impatt fuq l-effett tal-mediċina.

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħrajn. Ma

      għandek tieħu ebda mediċina oħra matul il-trattament tiegħek mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew taħseb li tista tkun tqila, jew qed tippjana li jkollok tarbija, jew qed tredda’, għarraf lit-tabib tiegħek.


      Tużax OPDIVO jekk inti tqila sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx tagħmel dan b’mod speċifiku. L-effetti ta’ OPDIVO f’nisa tqal mhumiex magħrufin, iżda huwa possibbli li s-sustanza attiva, nivolumab, tagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf.

    • Trid tuża kontraċezzjoni effettiva filwaqt li tkun qed tingħata trattament b’OPDIVO u għal mill-

      inqas 5 xhur wara l-aħħar doża ta’ OPDIVO, jekk inti mara li jista’ jkollok it-tfal.

    • Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tuża OPDIVO kellem lit-tabib tiegħek.


      Mhuwiex magħruf jekk OPDIVO jidħolx fil-ħalib tas-sider. Ma jistax jiġi eskluż riskju għat-tarbija li tkun qed terda’. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax tredda’ matul jew wara l-trattament b’OPDIVO.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      OPDIVO jew OPDIVO flimkien ma’ ipilimumab jista’ jkollu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni; madankollu, agħmel dawn l-attivitajiet bil-galbu sakemm taċċerta ruħek li OPDIVO ma jaffettwakx ħażin.


      OPDIVO fih is-sodium

      Kellem lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda fuq dieta ta’ ftit sodium (ftit melħ) qabel tieħu OPDIVO. Dan il-prodott fih 2.5mg sodium (komponent prinċipali fil- melħ tal-ikel) f’kull mL ta’ konċentrat. Dan il-prodott mediċinali fih 10 mg sodium f’kull kunjett ta’ 4 ml, 25 mg sodium f’kull kunjett ta’ 10 ml, 30 mg sodium f’kull kunjett ta’ 12-il ml jew 60 mg sodium f’kull kunjett ta’ 24 ml, ekwivalenti għal 0. 5%, 1.25 %, 1.5 % jew 3 % rispettivament tal-ammont massimu rakkomandat mill- WHO ta 2 g sodium li għandu jittieħed kuljum minn adult.

      Issib ukoll il-messaġġi ewlenin minn dan il-fuljett ta’ tagħrif fil-kard ta’ twissija għall-pazjent li ngħatajt mit-tabib tiegħek. Huwa importanti li żżomm din il-kard ta’ twissija tal-pazjent u li turiha lis- sieħeb/sieħba tiegħek jew lil dawk li jipprovdu l-trattament.


  3. Kif għandek tuża OPDIVO Kemm jingħata OPDIVO

    Meta OPDIVO jingħata waħdu, id-doża rakkomandata hija ta’ jew 240 mg mogħtija kull ġimagħtejn jew 480 mg mogħtija kull 4 ġimgħat skont l-indikazzjoni.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ kanċer tal-ġilda, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 1 mg ta’ nivolumab għal kull kilogramm tal-piż ta’ ġismek għall- ewwel 4 dożi (fażi kombinatorja). Minn hemm ’il quddiem id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 240 mg mogħtija kull ġimagħtejn jew 480 mg mogħtija kull 4 ġimgħat (fażi b’sustanza waħda).


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ kanċer tal-kliewi avvanzat, id- doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 3 mg ta’ nivolumab għal kull kilogramm tal-piż ta’ ġismek għall-ewwel 4 dożi (fażi kombinatorja). Minn hemm ’il quddiem, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 240 mg mogħtija kull ġimagħtejn jew 480 mg mogħtija kull 4 ġimgħat (fażi b’sustanza waħda).


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għat-trattament ta’ kanċer tal-kolon jew tar-rektum avvanzat, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 3 mg ta’ nivolumab għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem tiegħek għall-ewwel 4 dożi (fażi kombinata). Wara dan, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 240 mg li tingħata kull ġimagħtejn (fażi b’sustanza waħda).


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ mesoteljoma plewrali malinna, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 360 mg kull 3 ġimgħat.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ kanċer esofagali avvanzat, id- doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 3 mg ta’ nivolumab għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem tiegħek għall-ewwel ġimagħtejn jew 360 mg kull 3 ġimgħat.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ kimoterapija għal trattament ta’ kanċer esofagali avvanzat, id- doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 240 mg kull ġimagħtejn jew 480 mg kull 4 ġimgħat.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ kimoetrapija għat-trattament ta’ adenokarċinoma gastrika, tal- ġunzjoni gastroesofagali jew esofagali avvanzata, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 360 mg kull 3 ġimgħat jew 240 mg kull ġimagħtejn.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab u kimoterapija għal trattament ta’ kanċer avvanzat tal-pulmun mhux b’ċelloli żgħar, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 360 mg kull 3 ġimgħat. Wara t-tlestija ta’ 2 ċikli ta’ kimoterapija, OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab, id-doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 360 mg kull 3 ġimgħat.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ cabozantinib għal trattament ta’ kanċer avvanzat tal-kliewi, id- doża rakkomandata ta’ OPDIVO hija ta’ 240 mg li tingħata kull ġimagħtejn jew 480 mg li tingħata kull 4 ġimgħat.


    Skont id-doża tiegħek, l-ammont xieraq ta’ OPDIVO ser jiġi dilwit ma’ sodium

    chloride 9 mg/mL (0.9%) taħlita likwida għall-injezzjoni jew glukosju 50 mg/mL (5%) taħlita likwida għall-injezzjoni qabel ma jintuża. Jista’ jkun hemm il-bżonn ta’ aktar minn kunjett wieħed ta’ OPVIDO biex tinkiseb id-doża meħtieġa.


    Kif jingħata OPDIVO

    Ser tingħata l-trattament b’OPDIVO fi sptar jew klinika, taħt is-superviżjoni ta’ tabib bl-esperjenza.

    OPDIVO ser jingħatalek bħala infużjoni (bi dripp) ġo vina (b’mod intravenuż) tul perjodu ta’ 30 jew 60 minuta, kull ġimagħtejn jew 4 ġimgħat, skont id-doża li tkun qed tirċievi. It-tabib tiegħek ser jibqa’ jagħtik OPDIVO sakemm tibqa’ tibbenefika minnu jew sakemm ma tibqax tittollera l-trattament.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ kanċer tal-ġilda, tal-kliewi avvanzat jew tal-kolon jew tar-rektum avvanzat, inti se tingħata infużjoni tul il-perjodu ta’ 30 minuta, kull 3 ġimgħat għall-ewwel erba’ dożi (fażi kombinatorja). Minn hemm ‘il quddiem inti se tingħata infużjoni tul il-perjodu ta’ 30 jew 60 minuta kull ġimagħtejn jew 4 ġimgħat, skont id-doża li tkun qed tirċievi (fażi b’sustanza waħda).


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ mesoteljoma plewrali malinna, inti se tingħata infużjoni għal perjodu ta’ 30 minuta, kull 3 ġimgħat.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab għal trattament ta’ kanċer esofagali avvanzat, tingħata infużjoni fuq perjodu ta’ 30 minuta, kull ġimagħtejn jew 3 ġimgħat, skont id-doża li qed tirċievi.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ kimoterapija għal trattament ta’ kanċer esofagali avvanzat, tingħata infużjoni fuq perjodu ta’ 30 minuta, kull ġimagħtejn jew 4 ġimgħat, skont id-doża li qed tirċievi.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ kimoterapija għat-trattament ta’ adenokarċinoma gastrika, tal- ġunzjoni gastroesofagali jew esofagali avvanzata, inti se tingħata infużjoni għal perjodu ta’ 30 minuta kull 3 ġimgħat jew kull ġimagħtejn, skont id-doża li tkun qed tirċievi.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ ipilimumab u kimoterapija għal trattament ta’ kanċer avvanzat tal-pulmun mhux b’ċelloli żgħar, inti se tingħata infużjoni għal perjodu ta’ 30 minuta, kull 3 ġimgħat.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ cabozantinib, inti se tingħata infużjoni għal perjodu

    ta’ 30 minuta jew 60 minuta, kull ġimagħtejn jew 4 ġimgħat, skont id-doża li tkun qed tirċievi.


    Jekk tinsa tieħu doża ta’ OPDIVO

    Huwa ferm importanti li tmur għall-appuntamenti kollha tiegħek biex tirċievi OPDIVO. Jekk titlef appuntament, staqsi lit-tabib tiegħek sabiex tiskeda d-doża li jmissek.


    Jekk tieqaf tuża OPDIVO

    Jekk twaqqaf il-trattament tiegħek jista’ jispiċċa l-effett tal-mediċina. Twaqqafx il-trattament b’OPDIVO sakemm ma tkunx iddiskutejt dwar dan mat-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar il-trattament tiegħek jew dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


    Meta OPDIVO jingħata flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer, inti l-ewwel se tingħata OPDIVO u warajh il-mediċina l-oħra.


    Jekk jogħġbok irreferi għall-fuljett ta’ tagħrif ta’ dawn il-mediċini l-oħra sabiex tifhem l-użu ta’ dawn il-mediċini. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwarhom, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek u ser jispjegalek ir-riskji u l-benefiċċji tal-trattament tiegħek.

    Oqgħod attent għal sintomi importanti ta’ infjammazzjoni. OPDIVO jaġixxi fuq is-sistema immuni tiegħek u jista’ jikkawża infjammazzjoni f’partijiet tal-ġisem tiegħek. L-infjammazzjoni tista’ tikkawża ħsara serja lill-ġisem tiegħek u xi kondizzjonijiet infjammatorji jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja u jeħtieġu trattament jew it-twaqqif ta’ OPDIVO.


    B’OPDIVO waħdu ġew irrapportati l-effetti sekondarji li ġejjin:


    Komuni ħafna (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10)

    • Infezzjonijiet fl-apparat respiratorju superjuri

    • Tnaqqis fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm (li jġorru l-ossiġnu), ċelloli bojod tad-demm (li huma importanti biex jiġġieldu l-infezzjonijiet) jew plejtlits (ċelloli li jgħinu lid-demm jgħaqad)

    • Livelli taz-zokkor fid-demm għoljin (ipergliċemija) jew baxxi (ipogliċemija)

    • Dijarea (ippurgar maħlul, laxk jew artab), rimettar, dardir, stitikezza, uġigħ fl-istonku

    • Raxx fuq il-ġilda xi kultant b’infafet, ħakk

    • Għeja jew dgħufija, deni, edema (nefħa)

    • Nuqqas ta’ aptit

    • Uġigħ ta’ ras

    • Qtugħ ta’ nifs (dispnea), sogħla

    • Uġigħ fil-muskoli, l-għadam (uġigħ muskoluskelettriku) u l-ġogi (artralġja)


      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10)

    • Infezzjoni serja tal-pulmun (pulmonite), bronkite

    • Reazzjoni allerġika, reazzjonijiet relatati mal-infużjoni tal-mediċina inkluż reazzjoni allerġika ta’ periklu għall-ħajja

    • Glandola tat-tirojde mhux attiva biżżejjed (li tista’ tikkaġuna għeja jew żieda fil-piż), nefħa tal- glandola tat-tirojde

    • Infjammazzjoni tan-nervituri (li tikkaġuna tnemnim, dgħufija, tingiż jew uġigħ ta’ ħruq tad- dirgħajn u r-riġlejn), sturdament

    • Pressjoni tad-demm għolja (ipertensjoni)

    • Infjammazzjoni tal-pulmun (pulmonite, ikkaratterizzata minn sogħla u diffikultà fit-teħid tan-nifs), fluwidu madwar il-pulmun

    • Infjamazzjoni tal-imsaren (kolite), ulċeri tal-ħalq u infafet tad-deni (stomatite), ħalq xott

    • Bidla tal-kulur tal-ġilda bl-irqajja’ (vitiligo), ġilda xotta, ħmura tal-ġilda, telf ta’ xagħar jew ix- xagħar jeħfief b’mod mhux normali, urtikarja (ħakk, raxx bil-ponot)

    • Infjammazzjoni tal-ġogi (artrite)

    • Uġigħ, uġigħ fis-sider

    • Vista mċajpra, għajnejn xotti

    • Deidrazzjoni, tnaqqis fil-piż tal-ġisem

    • Żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb

    • Falliment ta’ kilwa (inkluż telf f’daqqa tal-funzjoni tal-kliewi)


      Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

    • Żieda f’xi ċelloli bojod tad-demm

    • Tnaqqis fis-sekrezzjoni ta’ ormoni prodotti mill-glandoli adrenali (glandoli li jinsabu fuq il- kliewi), attività baxxa fil-funzjoni tal-glandola pitwitarja (ipopitwitariżmu) jew infjammazzjoni (hypophysitis) tal-glandola pitwitarja li tinsab fil-bażi tal-moħħ, dijabete

    • Żieda fil-livelli tal-aċidu tad-demm

    • Ħsara lin-nervaturi li tikkawża tnemnim u dgħufija (polinewropatija), infjammazzjoni tan-nervituri kkawżata mill-ġisem li jattakka lilu nnifsu, li tikkawża tnemnim, dgħufija, tingiż u uġigħ ta’ ħruq (newropatija awtoimmuni)

    • Infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb

    • Infjammazzjoni tal-għajnejn (li tikkawża uġigħ u ħmura)

    • Infammazzjoni tal-kisja tal-qalb u akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-qalb (disturbi perikardijaċi), ritmu tal-qalb anormali, bidliet fir-ritmu jew fir-rata tat-taħbit tal-qalb

    • Fluwidu fil-pulmun

    • Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite), infjammazzjoni tal-istonku (gastrite)

    • Infjammazzjoni tal-fwied (epatite), imblukkar tal-passaġġi biljari

    • Marda tal-ġilda bi rqajja ħoxnin ta’ ġilda ħamranija, ħafna drabi bi qxur kulur il-fidda (psorjasi), kundizzjoni tal-ġilda tal-wiċċ fejn l-imnieħer u ħaddejn ikunu ħomor b’mod mhux tas-soltu (rosaċeja), kundizzjoni severa tal-ġilda li tikkawża ponot ħomor, ħafna drabi bil-ħakk, simili għar- raxx tal-ħosba, li jibdew fuq ir-riġlejn u xi drabi fuq il-wiċċ u l-bqija tal-ġisem (eritema multiforme)

    • Infjammazzjoni tal-muskoli li tikkawża uġigħ jew ebusija (polymyalgia rheumatica)

    • Mard kroniku assoċjat ma’ akkumulazzjoni ta’ ċelluli infjammatorji f’diversi organi u tessuti, l- aktar komuni fil-pulmun (sarkojdożi)


      Rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 1000):

    • Marda li tikkawża l-infjammazzjoni jew it-twessigħ ta’ glandoli limfatiċi (limfadenite Kikuchi)

    • Aċidu fid-demm prodott mid-dijabete (ketoaċidożi dijabetika)

    • Infjammazzjoni temporanja tan-nervituri li tikkawża uġigħ, dgħjufija u paraliżi fl-estremitajiet (sindromu ta’ Guillain-Barré), telf tar-rita protettiva madwar in-nervituri (demajelinazzjoni), kundizzjoni fejn il-muskoli jiddagħjfu u jgħejjew faċilment (sindromu mijasteniku)

    • Infjammazzjoni tal-moħħ

    • Infjammazzjoni mhux infettiva temporanja u riversibbli tal-membrani protettivi madwar il-moħħ u s-sinsla tad-dahar (meninġite asettika)

    • Tnaqqis fil-funzjoni tal-glandola tal-paratirojde

    • Marda infjammatorja tal-vini/arterji

    • Ulċera tal-intestini ż-żgħar

    • Tqaxxir sever u possibilment fatali tal-ġilda (nekroliżi epidermali tossika jew sindrome ta’ Stevens-Johnson)

    • Marda fejn is-sistema immunitarja tattakka l-glandoli li jagħmlu l-umdità għall-ġisem, bħad-

      dmugħ u l-bżieq (sindromu ta’ Sjogren), uġigħ fil-muskoli, sensittività jew dgħufija, mhux ikkawżati mill-eżerċizzju (mijopatija), infjammazzjoni tal-muskoli (mijożite), ebusija fil-muskoli u l-ġogi, spażmu fil-muskoli (rabdomijoliżi)

    • Infjammazzjoni tal-kilwa

    • Infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-urina. Is-sinjali u s-sintomi jistgħu jinkludu urina frekwenti u/jew bl-uġigħ, urġenza biex tgħaddi l-urina, demm fl-urina, uġigħ jew pressjoni fin-naħa t’isfel tal- addome.


      Effetti sekondarji oħrajn li ġew irrapportati bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

    • Rifjut ta’ trapjant ta’ organu solidu

    • Grupp ta’ kumplikazzjonijiet metaboliċi li seħħew wara trattament għall-kanċer ikkaratterizzati minn livelli għoljin ta’ potassju u fosfati fid-demm, u minn livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm (sindrome ta’ lisi ta’ tumur)

    • Disturb infjammatorju (wisq probabbli ta’ oriġini awtoimmuni) li jaffettwa l-għajnejn, il-ġilda u l-

      membrani tal-widnejn, il-moħħ u l-korda spinali (is-sindrome ta’ Vogt-Koyanagi-Harada)

    • Tibdilet f’xi parti tal-ġilda u/jew il-parti ġenitali li jkunu assoċjati ma’ tnixxif, traqqiq, ħakk u uġigħ (sklerożus tal-lichen jew disturbi oħra tal-lichen)

    • Kondizzjoni fejn is-sistema immunitarja tagħmel wisq ċelloli li jiġġieldu l-infezzjonijiet li jissejħu

      istjoċiti u limfoċiti li jistgħu jikkawżaw diversi sintomi (tissejjaħ limfoistjoċitożi emofagoċitika)


      L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’OPDIVO mogħti flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer (il-frekwenza u s-severità tal-effetti sekondarji tista’ tvarja bil-kombinazzjoni tal-mediċini kontra l-kanċer li wieħed jirċievi):


      Komuni ħafna (jista’ jaffettwa iktar minn persuna 1 minn kull 10)

    • Infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat tan-nifs, infezzjoni serja tal-pulmun (pulmonite)

    • Tnaqqis fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm (li jġorru l-ossiġnu), ċelloli bojod tad-demm (li huma importanti biex jiġġieldu l-infezzjonijiet) jew plejtlits (ċelloli li jgħinu lid-demm jgħaqad)

    • Glandola tat-tirojde mhux attiva biżżejjed (li tista’ tikkaġuna għeja jew żieda fil-piż), glandola tat- tirojde attiva żżejjed (li tista’ tikkawża rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġla, għaraq u telf fil-piż), livelli taz-zokkor fid-demm għoljin (ipergliċemija) jew baxxi (ipogliċemija)

    • Nuqqas ta’ aptit, tnaqqis fil-piż tal-ġisem, livelli mnaqqsa ta’ albumina fid-demm, sens mibdul tat- togħma

    • Infjammazzjoni tan-nervituri (li tikkawża tnemnim, dgħufija, tingiż jew uġigħ ta’ ħruq tad-

      dirgħajn u r-riġlejn), uġigħ ta’ ras, sturdament

    • Pressjoni għolja tad-demm (pressjoni għolja)

    • Ħoss tat-taħdit anormali (disfonija)

    • Qtugħ ta’ nifs (dispnea), sogħla

    • Infjammazzjoni tal-imsaren (kolite), dijarea (ippurgar maħlul, laxk jew artab), stitikezza, rimettar, dardir, uġigħ fl-istonku, ulċeri fil-ħalq u feriti (stomatite)

    • Raxx fuq il-ġilda xi kultant b’infafet, ħakk, uġigħ tal-idejn jew tal-qiegħ tas-saqajn: raxx jew ħmura tal-ġilda, ġilda xotta, tingiż u sensittività li jiżviluppaw għal ħmura simmetrika, nefħa u uġigħ primarjament fuq il-pala tal-id u l-qiegħ tas-sieq (sindrome ta’ eritrodisteżija palmari- plantari)

    • Uġigħ fil-ġogi (artralġja), uġigħ fil-muskoli u fl-għadam (uġigħ muskoluskeletriku), spażmu tal- muskolu

    • Eċċess ta’ proteina fl-awrina

    • Tħossok għajjien/a jew dgħajjef/dgħajfa, deni, edema (nefħa)


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn 10)

    • Bronkite, infjammazzjoni tal-għajn (konġuntivite)

    • Żieda f’xi ċelluli bojod tad-demm, tnaqqis fin-newtrofili bid-deni

    • Reazzjoni allerġika, reazzjonijiet relatati mal-infużjoni tal-mediċina

    • Tnaqqis fis-sekrezzjoni ta’ ormoni prodotti mill-glandoli adrenali (glandoli li jinsabu fuq il- kliewi), attività baxxa fil-funzjoni tal-glandola pitwitarja (ipopitwitariżmu) jew infjammazzjoni (hypophysitis) tal-glandola pitwitarja li tinsab fil-bażi tal-moħħnefħa tal-glandola tat-tirojde, dijabete

    • Deidrazzjoni, tnaqqis fil-livelli tal-fosfat fid-demm

    • Sensazzjonijiet bħal tnemnim, u tingiż (paresteżija), tisma’ ħoss persistenti f’widintek meta ma jkun jeżisti l-ebda ħoss (tinnitu)

    • Infjammazzjoni tal-għajn (li tikkawża uġigħ u ħmura), jew vista mċajpra, għajnejn xotti

    • Rata mgħaġġla tal-qalb, ritmu tal-qalb anormali, infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb

    • Formazzjoni ta’ embolu tad-demm f’vażu (trombożi)

    • Infjammazzjoni tal-pulmun (pulmonite, ikkaratterizzata minn sogħla u diffikultà biex tieħu n-nifs), fluwidu madwar il-pulmun, emboli tad-demm, tinfaraġ minn imnieħrek

    • Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite), ħalq xott, infjammazzjoni tal-istonku (gastrite), uġigħ fil- ħalq, emorrojdi (murliti)

    • Infjammazzjoni tal-fwied

    • Bidla fil-kulur tal- ġilda fi dbabar (inkluż vitiligo), ħmura tal-ġilda, telf jew traqqiq tax-xagħar mhux tas-soltu, tibdil fil-kulur tax-xagħar, urtikarja (raxx bil-ħakk), tibdil fil-kulur jew skurar anormali tal-ġilda (iperpigmentazzjoni tal-ġilda)

    • Infjammazzjoni tal-ġogi (artrite), dgħufija tal-muskoli, uġigħ fil-muskoli

    • Insuffiċjenza tal-kliewi (inkluż telf f’daqqa tal-funzjoni tal-kliewi)

    • Uġigħ, uġigħ fis-sider, sirdat


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 100)

    • Infjammazzjoni mhux infettiva temporanja u riversibbli tal-membrani protettivi madwar il-moħħ u s-sinsla tad-dahar (meninġite asettika)

    • Mard kroniku assoċjat ma’ akkumulazzjoni ta’ ċelluli infjammatorji f’diversi organi u tessuti, l- aktar komuni l-pulmun (sarkojdożi)

    • Żieda fil-livelli tal-aċidu fid-demm

    • Aċidu fid-demm prodott mid-dijabete (kedoaċidożi dijabetika)

    • Tnaqqis fil-funzjoni tal-glandola tal-paratirojde

    • Infjammazzjoni temporanja tan-nervituri li tikkawża uġigħ, dgħufija u paraliżi fl-estremitajiet (sindromu ta’ Guillain-Barré); ħsara lin-nervituri li tikkawża tnemnim u dgħufija (polinewropatija); infjammazzjoni tan-nervituri; waqgħa tas-sieq (paralisi tan-nerv peroneali) infjammazzjoni tan-nervituri kkawżata mill-ġisem li jattakka lilu nnifsu, li tikkawża tnemnim,

      dgħufija, tingiż u uġigħ ta’ ħruq (newropatija awtoimmuni), dgħufija tal-muskoli u għeja mingħajr atrofija (mijastenija gravis jew sindrome),

    • Infjammazzjoni tal-moħħ

    • Bidliet fit-ritmu jew fir-rata tat-taħbit tal-qalb, taħbit tal-qalb bil-mod

    • Perforazzjoni intestinali, infjammazzjoni tad-duwodenu, sensazzjoni ta’ ħruq jew ta’ uġigħ fl- ilsien (glossodinija)

    • Marda tal-ġilda b’irqajja’ magħquda ta’ ġilda ħamra, ħafna drabi bi skali lewn il-fidda (psorjasi),

      kondizzjoni severa tal-ġilda li tikkawża ponot ħomor, ħafna drabi bil-ħakk, simili għar-raxx tal- ħosba, li jibdew fuq ir-riġlejn u xi drabi fuq il-wiċċ u l-bqija tal-ġisem (eritema multiforme)

    • Tqaxxir sever u possibbilment fatali tal-ġilda (sindrome ta’ Stevens-Johnson)

    • Marda kronika tal-ġilda (spondyloarthropathy), marda fejn is-sistema immunitarja tattakka l- glandoli li jagħmlu l-umdità għall-ġisem, bħad-dmugħ u l-bżieq (sindromu ta’ Sjogren), sensittivita ta’ dgħufija fil-muskoli, mhux ikkawżati mill-eżerċizzju (mijopatija), infjammazzjoni tal-muskoli (mijożite), ebusija fil-muskoli u l-ġogi, spażmu fil-muskoli (rabdomijoliżi), infjammazzjoni tal-muskoli li tikkawża uġigħ jew ebusija (polimijalġija rewmatika), ħsara fl- għadma fix-xedaq, ftuħ anormali bejn żewġ partijiet tal-ġisem, bħal organu jew vażu u struttura oħra (fistula)

    • Infjammazzjoni tal-kliewi

    • Infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-urina. Is-sinjali u s-sintomi jistgħu jinkludu urina frekwenti u/jew bl-uġigħ, urġenza biex tgħaddi l-urina, demm fl-urina, uġigħ jew pressjoni fin-naħa t’isfel tal- addome.


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000)

    • Tqaxxir sever u possibbilment fatali tal-ġilda (nekroliżi epidermali tossika)


      Effetti sekondarji oħrajn li ġew irrapportati bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

    • Rifjut ta’ trapjant ta’ organu solidu

    • Grupp ta’ kumplikazzjonijiet metaboliċi li seħħew wara trattament għall-kanċer ikkaratterizzati minn livelli għoljin ta’ potassju u fosfati fid-demm, u minn livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm (sindrome ta’ lisi ta’ tumur)

    • Disturb infjammatorju (wisq probabbli ta’ oriġini awtoimmuni) li jaffettwa l-għajnejn, il-ġilda u l- membrani tal-widnejn, il-moħħ u l-korda spinali (is-sindrome ta’ Vogt-Koyanagi-Harada)

    • Infjamazzjoni tal-kisja tal-qalb u akkumulazzjni ta’ fluwidu madwar il-qalb (disturbi perikardijaċi)

    • Tibdilet f’xi parti tal-ġilda u/jew il-parti ġenitali li jkunu assoċjati ma’ tnixxif, traqqiq, ħakk u uġigħ (sklerożus tal-lichen jew disturbi oħra tal-lichen)

    • Kondizzjoni fejn is-sistema immunitarja tagħmel wisq ċelloli li jiġġieldu l-infezzjonijiet li jissejħu istjoċiti u limfoċiti li jistgħu jikkawżaw diversi sintomi (tissejjaħ limfoistjoċitożi emofagoċitika)


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji elenkati hawn fuq. Tippruvax tiktrattament s-sintomi tiegħek b’mediċini oħrajn waħdek.


      Bidliet fir-riżultati tat-test

      OPDIVO waħdu jew mogħti f’kombinazzjoni jista’ jikkawża bidliet fir-riżultati tat-testijiet imwettqa mit-tabib tiegħek. Dawn jinkludu:

    • Riżultati anormali għat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied (żidiet fl-ammonti tal-enzimi tal-fwied aspartate aminotransferase, alanine aminotransferase, gamma-glutamyltransferase jew alkaline phosphatase fid-demm tiegħek, livelli ogħla ta’ prodott ta’ skart ta’ bilirubina fid-demm)

    • Testijiet tal-funzjoni anormali tal-kliewi (żidiet fl-ammonti ta’ kreatinina fid-demm tiegħek)

    • Livell miżjud tal-enzima li tkisser ix-xaħam u tal-enzima li tkisser il-lamtu

    • Ammont miżjud jew imnaqqas ta’ kalċju jew potassju

    • Livelli tad-demm miżjuda jew imnaqqsa ta’ manjesju jew sodium

    • Żieda fl-ammont tal-ormon li jistimula t-tirojde

    • Żieda fil-livelli ta’ trigliċeridi tad-demm fid-demm

    • Żieda fil-livelli tal-kolesterol fid-demm

      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen OPDIVO


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Il-kunjett mhux miftuħ jista’ jinħażen f’temperatura ambjentali kkontrollata sa 25°C b’dawl fil-kamra sa massimu ta’ 48 siegħa.


    Ma għandek taħżen ebda ammont mhux użat mis-soluzzjoni għall-infużjoni sabiex terġa’ tużah. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih OPDIVO


Wara l-għoti tad-doża ta’ nivolumab, naddaf il-pajp b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride jew soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 50 mg/mL (5%) glukożju.


Kundizzjonijiet tal-ħżin u żmien kemm idum tajjeb il-prodott

Kunjett mhux miftuħ

OPDIVO jrid jinħażen fi friġġ (2°C sa 8°C). Il-kunjetti jridu jinżammu fil-pakkett oriġinali sabiex jiġu protetti mid-dawl. OPDIVO ma għandux jiġi ffriżat.

Il-kunjett mhux miftuħ jista’ jinħażen f’temperatura ambjentali kkontrollata sa 25°C b’dawl fil-kamra

sa massimu ta’ 48 siegħa.


Tużax OPDIVO wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq it-tikketta tal-kunjett wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


Infużjoni ta’ OPDIVO

L-istabilità kimika u fiżika waqt l-użu mill-ħin tal-preparazzjoni ntweriet kif ġej (il-ħinijiet huma inklussivi tal-perjodu ta’ amministrazzjoni):



Preparazzjoni tal-infużjoni

Stabilità kimika u fiżika waqt l-użu

Ħżin f’2ºC sa 8ºC protetta mid-dawl

Ħżin f’temperatura ambjentali (≤ 25°C) u dawl tal-kamra

Mhux dilwita jew dilwita ma’ soluzzjoni għal injezzjoni ta’ klorur tas-sodju 9 mg/mL (0.9%)


30 jum


24 siegħa

(ta’ total ta’ 30 jum ħżin)

Dilwita ma’ 50 mg/mL (5%) soluzzjoni għal injezzjoni ta’ glukożju


7 ijiem


8 sigħat

(ta’ total ta’ 7 ijiem ħżin)


Minn perspettiva mikrobijoloġika, is-soluzzjoni għal infużjoni mħejjija, ikun xi jkun id-dilwent, għandha tintuża minnufih. Jekk ma tintużax minnufih, il-ħinijiet ta’ ħżin waqt l-użu u l-kundizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent u normalment ma jkunux itwal minn 7 ijiem f’temperatura ta’ 2 ºC sa 8 ºC jew 8 sigħat (mit-total 7 ijiem ta’ ħżin) f’temperatura ambjentali (≤ 25°C). Għandu jiġi żgurat l-immaniġġjar asettiku matul il-preparazzjoni tal-infużjoni.


Rimi

Ma għandekx taħżen ebda ammont mhux użat mis-soluzzjoni għal infużjoni sabiex terġa’ tużah. Kull fdal tal-mediċina li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


ANNESS IV


KONKLUŻJONIJIET XJENTIFIĊI U RAĠUNIJIET GĦALL- VARJAZZJONI GĦAT-TERMINI TAL-AWTORIZZAZZJONI(JIET) GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSUR(s) għal nivolumab, il- konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


Il-PRAC qabel li jaġġorna sezzjoni 4.8 tas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (SmPC) biex imexxi r-reazzjonijiet avversi: “limfopenija, lewkopenija, newtropenija, tromboċitopenija u anemija”, minn “Investigazzjonijiet” għal “Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika”, u li jmexxi r-reazzjonijiet avversi: “ipergliċemija, ipogliċemija u tnaqqis fil-piż”, minn “Investigazzjonijiet” għal “Disturbi fil- metaboliżmu u n-nutrizzjoni”. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-pazjenti jkunu infurmati bis-sħiħ dwar x’inhi ketoaċidożi dijabetika (DKA, diabetic ketoacidosis) u dwar is-sinjali partikolari li għandhom ikunu konxji minnhom, ir-riskju ta’ DKA u s-sintomi rilevanti għandhom jiġu riflessi fil- Fuljett ta’ Tagħrif.


Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq


Abbażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi għal nivolumab is-CHMP huwa tal-fehma li l-bilanċ bejn il- benefiċċju u r-riskju tal-prodott(i) mediċinali li fih/fihom nivolumab mhuwiex mibdul suġġett għall- bidliet proposti għall-informazzjoni tal-prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq għandhom ikunu varjati.